EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2293

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2293 tat-18 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll approvat dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-limiti ta’ residwi massimi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi u tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ kontaminanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/8221

ĠU L 304, 24.11.2022, p. 31–40 (BG, CS, DA, DE, ET, EL, EN, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 304, 24.11.2022, p. 31–41 (ES, FR, PL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2293/oj

24.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/31


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2293

tat-18 ta’ Novembru 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll approvat dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-limiti ta’ residwi massimi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi u tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ kontaminanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE (1) u 91/664/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1), ir-raba’ subparagrafu, u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet ta’ kontroll oħrajn imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi verifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost l-oħrajn, fil-qasam tas-sikurezza alimentari fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. B’mod partikolari, huwa jistabbilixxi li huma biss il-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jidher fuq lista mħejjija mill-Kummissjoni għal dak l-iskop li għandhom jidħlu fl-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 (3) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti għallanqas bħala ekwivalenti tiegħu. B’mod partikolari, ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jidentifika l-annimali u l-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma soġġetti għar-rekwiżit li jiġu minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu, li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (4) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625.

(4)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 ħassar id-Direttiva 96/23/KE, iżda jipprevedi li l-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva jibqa’ japplika sal-14 ta’ Diċembru 2022.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (5) telenka l-pajjiżi terzi li fil-każ tagħhom il-pjanijiet ta’ kontroll dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-limiti ta’ residwi massimi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-livelli ta’ residwi massimi ta’ pestiċidi u l-livelli massimi ta’ kontaminanti, li jissemmew fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 96/23/KE flimkien mal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, ġew approvati.

(6)

L-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 jipprevedi li, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti komposti għandhom jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiż terz inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi approvati għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali li jipproduċu l-ikel jew tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem ikkonċernati.

(7)

F’ġieħ li jiġu żgurati t-trasparenza u l-konsistenza filwaqt li jiġi ffaċilitat id-dħul tal-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem fl-Unjoni, il-listi kollha tal-pajjiżi terzi li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-oġġetti jew l-annimali li jesportaw lejn l-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti relevanti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 meta jiddaħħlu fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att ta’ implimentazzjoni uniku. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2011/163/UE jenħtieġ li titħassar u l-lista stipulata fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiddaħħal fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

(8)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jiġi emendat skont dan.

(9)

Billi r-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 japplika mill-15 ta’ Diċembru 2022, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika minn dik id-data wkoll.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 2:

“Artikolu 2a

Lista ta’ pajjiżi terzi bi pjanijiet ta’ kontroll approvati dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, pestiċidi u kontaminanti f’ċerti annimali li jipproduċu l-ikel u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem

1.   Il-pjanijiet ta’ kontroll għal sustanzi farmakoloġikament attivi, pestiċidi u kontaminanti, imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 (*1), li tressqu lill-Kummissjoni mill-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fit-tabella stipulata fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament, huma approvati għall-annimali li jipproduċu l-ikel u għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem immarkati b’“X” f’dik it-tabella.

2.   Il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, li talbu biex jiddaħħlu fil-lista msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 li iżda ma ressqux pjanijiet ta’ kontroll għal sustanzi farmakoloġikament attivi, pestiċidi u kontaminanti u li, skont dik it-talba, beħsiebhom jużaw għall-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni materja prima biss jew minn Stati Membri inkella minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjoni ta’ tali materja prima fl-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma mmarkati b’“Δ”, għall-ispeċi jew oġġett relevanti, fit-tabella fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, li talbu biex jiddaħħlu fil-lista msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292 li iżda ma ressqux pjanijiet ta’ kontroll għal sustanzi farmakoloġikament attivi, pestiċidi u kontaminanti għalannimali bovini, ovini/kaprini, porċini u ekwini, fniek jew pollam u li, skont dik it-talba, beħsiebhom jesportaw prodotti komposti fl-Unjoni billi jużaw prodotti tal-annimali proċessati minn dawk l-ispeċijiet miksuba minn Stat Membru jew minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu li għandu fis-seħħ pjanijiet ta’ kontroll għal sustanzi farmakoloġikament attivi, pestiċidi jew kontaminanti huma mmarkati b’“O”, għall-ispeċijiet koperti mit-talba, fit-tabella fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, li talbu biex jiddaħħlu fil-lista msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292, li huma mmarkati b’“X” fit-tabella fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament għall-kategoriji “akkwakultura”, “ħalib” jew “bajd” u li, skont dik it-talba, beħsiebhom jipproduċu prodotti komposti, huma mmarkati wkoll b’“O”, għall-bqija ta’ dawn il-kategoriji mhux immarkati b’“X”, fit-tabella fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, li talbu biex jiddaħħlu fil-lista msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2292, li huma mmarkati b’“X” fit-tabella fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament għall-kategoriji “bovini”, “ovini/kaprini”, “porċini”, “ekwini”, “pollam”, “akkwakultura”, “ħalib”, “bajd”, “fniek”, “kaċċa selvaġġa” jew “kaċċa mrobbija” u li jipproduċu prodotti komposti bi prodotti proċessati derivati minn molluski bivalvi li joriġinaw jew fi Stati Membri jew f’pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, huma mmarkati wkoll b’“P” fit-tabella fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1).”;"

(2)

fl-Artikolu 3, il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament”;

3.

fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament”;

(4)

fl-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-‘bajd’” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament għall-‘bajd’”;

(5)

fl-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament”;

(6)

fl-Artikolu 11, il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-‘budellat’” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament għall-‘budellat’”;

(7)

fl-Artikolu 15, il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-‘ħalib’” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament għall-‘ħalib’”;

(8)

fl-Artikolu 16, il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-‘ħalib’” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament għall-‘ħalib’”;

(9)

fl-Artikolu 21, il-kelmiet “elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE għall-‘għasel’” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I għall-‘għasel’”;

(10)

fl-Artikolu 25, il-punt (a), il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE meta applikabbli” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament, fejn applikabbli”;

(11)

fl-Artikolu 25, il-punt (c), il-kelmiet “u elenkati fid-Deċiżjoni 2011/163/UE meta applikabbli” huma sostitwiti mill-kelmiet “u elenkati fl-Anness -I ta’ dan ir-Regolament, fejn applikabbli”;

(12)

it-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness -I qabel l-Anness I.

Artikolu 2

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2011/163/UE hija mħassra.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-15 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).


ANNESS

“ANNESS -I

Lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom bi pjanijiet ta’ kontroll approvati għal ċerti annimali li jipproduċu l-ikel u prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 2a, l-Artikolu 3, l-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, l-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, l-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, l-Artikoli 11, 15, 16, 21 u l-Artikolu 25, il-punti (a) u (c)

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Pajjiż terz  (1) jew reġjuni tiegħu

Bovini

Ovini/kaprini

Porċini

Ekwini

Pollam

Akkwakultura  (17)

Ħalib

Bajd

Fniek

Kaċċa selvaġġa

Kaċċa mrobbija

Għasel

Budellati

AD

L-Andorra

X

X

Δ

X

 

P

 

 

 

 

 

X

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

Δ

P

X (2)

O

O

 

 

 

X (3)

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X (14)

P

O

X

 

 

 

 

X

AM

L-Armenja

 

 

 

 

 

X (14)

P

O

O

 

 

 

X

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X (14)

P

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

M

X

X

 

X

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

 

X

X (14)

P

X

X

 

 

 

X

 

BD

Il-Bangladesh

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

BF

Il-Burkina Faso

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BJ

Il-Benin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BN

Il-Brunei

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

P

O

O

 

 

 

X

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

BY

Il-Belarussja

 

 

 

X (8)

 

X (14)

P

X

X

 

 

 

X

X

BZ

Il-Belize

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

 

 

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

M

X

X

X

X

X

X

 

CH

L-Iżvizzera (7)

X

X

X

X

X

X (14)

M

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X (5)

X

 

X

X (14)

M

X

O

 

X

 

X

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

P

O

X

X

 

 

X

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

P

X

Δ

 

 

 

 

X

CR

Il-Costa Rica

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

X

 

DO

Ir-Repubblika Dominicana

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

EG

L-Eġittu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X (5)

 

 

 

X (14)

P

O

O

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X (14)

P

O

O

 

 

 

 

 

GB

Ir-Renju Unit (6)

X

X

X

X

X

X (14)

Δ

M

X

X

X

X

X

X

X

GE

Il-Georgia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

GG

Guernsey

 

 

 

 

 

O

M

X

O

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X (5)

 

 

 

M

 

 

 

 

X

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

X

 

HK

Hong Kong

 

 

 

 

 

Δ

P

 

Δ

 

 

 

 

 

HN

Il-Honduras

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael (4)

 

 

 

 

X

X (14)

P

X

X

 

 

 

X

 

IM

Isle of Man

X

X

X

 

 

X (14)

M

X

O

 

 

 

X

 

IN

L-Indja

 

 

 

 

O

X

P

O

X

 

 

 

X

X

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X (15)

X (16)

P

O

O

 

 

 

 

X

JE

Jersey

X

 

 

 

 

M

X

O

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

M

 

 

 

 

 

X

 

JP

Il-Ġappun

X

 

X

 

X

X (14)

M

X

X

 

 

 

Δ

X

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

X (14)

P

O

O

 

 

 

 

 

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

X

X

M

O

O

 

 

 

Δ

 

LB

Il-Libanu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

X

X (14)

Δ

M

O

O

 

 

 

 

X

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

X

X (14)

P

X

X

 

 

 

X

 

ME

Il-Montenegro

X

X (5)

X

 

X

X (14)

P

X

X

 

 

 

X

 

MG

Il-Madagascar

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

X

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

X

X

X

 

X

X (14)

P

X

X

 

X

 

X

 

MM

Il-Myanmar

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

X

 

MN

Il-Mongolja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

MU

Il-Mauritius

 

 

 

 

 

X (14)

P

O

O

 

 

 

Δ

 

MX

Il-Messiku

 

 

Δ

 

 

X

P

O

X

 

 

 

X

 

MY

Il-Malażja

 

 

 

 

Δ

X

P

O

O

 

 

 

 

 

MZ

Il-Mozambique

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X (5)

 

 

 

P

 

 

 

X

 

 

 

NC

In-New Caledonia

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

X

X

 

NG

In-Niġerja

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

 

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

X

 

NZ

New Zealand

X

X

O

X

O

X (14)

M

X

O

O

X

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

 

X

M

O

O

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

PK

Il-Pakistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

 

 

X

P

 

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

X

RS

Is-Serbja

X

X

X

X (8)

X

X (14)

P

X

X

X

X

 

X

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

 

X

O

P

X

X

 

 

X (9)

X

X

RW

Ir-Rwanda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

P

O

O

 

 

 

 

 

SG

Singapore

Δ

Δ

Δ

X (10)

Δ

X (14)

P

Δ

Δ

 

X (10)

X (10)

 

 

SM

San Marino

X

 

Δ

 

 

O

P

X

O

 

 

 

X

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

SY

Is-Sirja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

L-Eswatini

X

 

 

 

 

P

 

 

 

 

 

 

 

TG

It-Togo

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

TH

It-Tajlandja

O

 

O

 

X

X

M

O

Δ

 

 

 

X

 

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

 

X (14)

M

O

O

 

 

 

 

X

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X (14)

M

X

X

 

 

 

X

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

P

O

X

 

 

 

X

 

TZ

It-Tanzanija

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

X

 

UA

L-Ukrajna

X

 

X

 

X

X (14)

M

X

X

X

 

 

X

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

US

L-Istati Uniti

X

X (11)

X

 

X

X

M

X

X

X

X

X

X

 

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X (14)

M

X

O

 

X

 

X

X

UZ

L-Użbekistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X (15)

P

O

O

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

M

O

O

 

 

 

X

 

WF

Wallis u Futuna

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

XK

Il-Kosovo (12)

 

 

 

 

Δ

 

 

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

P

 

 

 

X

X (13)

 

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 


(1)  Lista ta’ territorji u pajjiżi terzi (mhijiex limitata għall-pajjiżi rikonoxxuti mill-Unjoni).

(2)  Ħalib tal-ġemel biss.

(3)  Ir-reġjun ta’ Ras al Khaimah biss.

(4)  Minn hawn ’il quddiem mifhum bħala l-Istat ta’ Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-Amministrazzjoni tal-Istat ta’ Iżrael mill-5 ta’ Ġunju 1967, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, l-Istrixxa ta’ Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.

(5)  Speċi ovini biss.

(6)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

(7)  Skont il-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).

(8)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ ekwidi ħajjin għat-tbiċċir (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(9)  Renni biss.

(10)  Biss għal kunsinni ta’ laħam frisk li joriġina minn New Zealand, destinat lejn l-Unjoni u li jinħatt, bil-ħżin jew mingħajru, f’Singapore u li jitgħabba mill-ġdid fi stabbiliment approvat matul it-tranżitu minn Singapore.

(11)  Speċi kaprini biss.

(12)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza tal-Kosovo.

(13)  Ratiti biss.

(14)  Ħut bil-pinen biss.

(15)  Krustaċji biss.

(16)  Bajd tal-ħut u kavjar biss.

(17)  L-akkwakultura tkopri l-ħut bil-pinen, inkluż is-sallur, u l-prodotti tal-ħut bil-pinen (bħall-bajd tal-ħut u l-kavjar) u l-krustaċji. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom elenkati fl-Anness VIII għall-molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati huma mmarkati b’“M” f’din il-kolonna.”


Top