Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2292

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/6496

    ĠU L 304, 24.11.2022, p. 1–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/12/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/2292/oj

    24.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 304/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2292

    tas-6 ta’ Settembru 2022

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 126(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, minn kunsinni ta’ annimali u oġġetti minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom maħsuba għall-konsum mill-bniedem, mad-dħul fl-Unjoni.

    (2)

    Ir-Regolament (UE) 2017/625 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex tissupplimenta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ta’ ċerti oġġetti. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali, b’mod partikolari l-possibbiltà li l-annimali u l-oġġetti jitħallew jidħlu biss minn pajjiżi terzi li jidhru f’listi mfassla mill-Kummissjoni għal dak il-għan. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jinkludu garanziji ta’ konformità ma’:

    il-miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi f’annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont id-Direttivi tal-Kunsill 96/23/KE (2) u 96/22/KE (3);

    ir-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli f’annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

    il-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti li jirregolaw l-ikel b’mod ġenerali u s-sikurezza tal-ikel b’mod partikolari fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

    ir-regoli ġenerali għal operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

    ir-regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali għal operaturi tan-negozju tal-ikel, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

    ir-regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa, u għall-azzjonijiet meħuda, mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-produzzjoni ta’ ċerti annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (8) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (9).

    (3)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (10) jistabbilixxi tali rekwiżiti addizzjonali u ilu japplika mill-14 ta’ Diċembru 2019. Dan ma jkoprix ir-rekwiżiti diġà stabbiliti fid-Direttiva 96/23/KE.

    (4)

    Fil-preżent, il-pajjiżi terzi li minnhom l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa pubblika huma inklużi u jinżammu f’listi mfassla abbażi ta’ diversi rekwiżiti, inkluż l-eżistenza ta’ pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminati li jistabbilixxi garanziji dwar il-monitoraġġ ta’ ċerti gruppi ta’ sustanzi u r-residwi u kontaminanti tagħhom, f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/23/KE.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) 2017/625 ħassar id-Direttiva 96/23/KE b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2019 u ppreveda l-applikazzjoni tranżizzjonali, sal-14 ta’ Diċembru 2022, ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

    (6)

    L-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali biex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u tal-gruppi ta’ residwi fl-annimali u fl-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem stabbiliti fid-Direttiva 96/23/KE jenħtieġ li tiġi kkombinata mar-rekwiżiti addizzjonali diġà stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/625.

    (7)

    Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawn ir-rekwiżiti addizzjonali kollha f’Regolament Delegat wieħed, u b’hekk li jiġu ssimplifikati l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom u tissaħħaħ it-trasparenza għall-pajjiżi terzi.

    (8)

    Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi rekwiżiti għal operaturi tan-negozju tal-ikel li jdaħħlu fl-Unjoni prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Kif xieraq, ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-kontrolli uffiċjali jenħtieġ li jkunu konsistenti ma’ dawk diġà stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    (9)

    Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti r-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, jenħtieġ li ssir referenza għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (11), sabiex jiġu identifikati b’mod ċar dawn l-oġġetti u l-annimali.

    (10)

    Il-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, meta l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li minnhom joriġinaw dawn l-annimali u l-oġġetti jkunu jistgħu jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza ta’ dawk l-annimali u l-oġġetti u ta’ dawk il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom ikunu inklużi, f’konformità mal-Artikolu 127(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, fil-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 (12).

    (11)

    Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għal ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, biex jiġi żgurat li l-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom jipprovdu garanziji dwar l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali fuq is-sikurezza tal-ikel fir-rigward ta’ dawk l-annimali u l-oġġetti. Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom jenħtieġ li jidhru biss fil-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405, wara li jkunu pprovdew evidenza u garanziji li l-annimali u l-oġġetti li joriġinaw minnhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (UE) 2017/625, ir-Regolament Delegat (UE) 2019/624 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627, jew b’rekwiżiti rikonoxxuti bħala ekwivalenti għalihom.

    (12)

    Skont l-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni tista’ tagħmel id-deċiżjoni li jiġu inklużi pajjiżi terzi fil-listi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 soġġetta għad-dispożizzjoni, minn dawk il-pajjiżi terzi, ta’ evidenza u garanziji ta’ konformità xierqa mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi f’annimali li jipproduċu l-ikel u tal-konformità ta’ kunsinni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti maħsuba biex jidħlu fl-Unjoni bil-limiti massimi ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ kontaminanti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jiżgura li dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti joffru l-istess livell ta’ protezzjoni tas-saħħa bħal dak previst mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel.

    (13)

    Sabiex jiġi żgurat dak l-istess livell ta’ protezzjoni tas-saħħa, jenħtieġ li jiġu pprovduti evidenza u garanziji billi jiġi ppreżentat pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġiċi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti li jissodisfa ċerti rekwiżiti, previsti f’dan ir-Regolament. Sabiex tiġi żgurata konformità kontinwa ma’ dawk ir-rekwiżiti, jenħtieġ li jiġu ppreżentati pjanijiet ta’ kontroll aġġornati lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

    (14)

    Il-pajjiżi terzi jistgħu jiġu inklużi wkoll fil-lista stabbilita fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 jekk jipprovdu evidenza u garanziji xierqa li l-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi dawk użati fi prodotti komposti li jidħlu fl-Unjoni, joriġinaw minn Stat Membru jew minn pajjiż terz inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll approvat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti għal dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali inklużi dawk użati fil-prodotti komposti. Jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-proċeduri stabbiliti biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-annimali li jipproduċu l-ikel u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali kkonċernati u biex tiġi ggarantita l-oriġini ta’ dawk l-annimali u l-prodotti biex jibbenefikaw minn dik id-deroga.

    (15)

    Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi regoli dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi u tistabbilixxi limiti għar-residwi tagħhom fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jirriżultaw minn tali użu. L-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali inklużi dawk użati fil-prodotti komposti jenħtieġ li jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li jiżguraw li l-kontrolli fuq l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi u r-residwi tagħhom fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk tal-pjanijiet ta’ kontroll tal-Unjoni inklużi fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1644 (13) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 (14). Ir-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 (15) jenħtieġ li japplikaw għall-kontrolli uffiċjali fuq dawk is-sustanzi u r-residwi.

    (16)

    L-użu, f’annimali li jipproduċu l-ikel fl-Unjoni, ta’ beta-agonisti u sustanzi li għandhom azzjoni ormonali jew tirostatika huwa pprojbit skont id-Direttiva 96/22/KE. Bl-istess mod, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (16) jelenka fit-Tabella 2 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament sustanzi farmakoloġikament attivi, li huma pprojbiti għall-użu fl-Unjoni. Huma biss il-pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji li l-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi dawk użati fil-prodotti komposti, jikkonformaw ma’ dawn id-dispożizzjonijiet jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti bħala ekwivalenti għalihom li jenħtieġ li jitħallew idaħħlu tali annimali u tal-prodotti lejn l-Unjoni.

    (17)

    Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) jistabbilixxi programm ta’ kontroll ikkoordinat tal-Unjoni dwar il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi f’ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali, jew fuqhom, bil-għan li jiġu vvalutati l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-UE. Dan il-programm ta’ kontroll tal-Unjoni jifforma parti integrali mill-programmi ta’ kontroll nazzjonali pluriennali għar-residwi tal-pestiċidi li għandhom jistabbilixxu l-Istati Membri. L-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali inklużi dawk użati fil-prodotti komposti jenħtieġ li jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, li jiżguraw li l-kontrolli fuq ir-residwi tal-pestiċidi jitwettqu skont l-istess kriterji stretti bħal dawk imposti fuq l-Istati Membri permezz tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll pluriennali għar-residwi tal-pestiċidi stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1355 (18). Għalhekk jenħtieġ li jiġi żgurat li tiġi pprovduta evidenza, permezz ta’ kampjunar statistikament rappreżentattiv, li l-prodotti maħsuba għad-dħul fl-Unjoni jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar ir-residwi tal-pestiċidi.

    (18)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/931 (19) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/932 (20) jipprevedu l-istabbiliment u l-kontenut ta’ pjanijiet ta’ kontroll ibbażati fuq ir-riskju għall-kontaminanti fl-ikel. Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti jenħtieġ li jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, li jiżguraw li jitwettqu kontrolli fuq il-kontaminanti biex jipprovdu evidenza li l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti maħsuba għad-dħul fl-Unjoni jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kontaminanti.

    (19)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (21) tistabbilixxi, f’konformità mad-Direttiva 96/23/KE, lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul ta’ ċerti speċijiet ta’ annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali fl-Unjoni.

    (20)

    Wara t-tħassir tad-Direttiva 96/23/KE, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2293 (22) issostitwixxa d-Deċiżjoni 2011/163/UE fl-intier tagħha.

    (21)

    Il-kunsinni ta’ ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss meta dawk l-oġġetti jintbagħtu minn stabbilimenti li jidhru fuq lista mfassla u miżmuma aġġornata f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625, u jinkisbu jew jiġu ppreparati fihom. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel, jew ma’ regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, huwa xieraq li jiġi previst li, meta titfassal u tiġi aġġornata dik il-lista, il-pajjiż terz jenħtieġ li jipprovdi garanziji addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 127(3), il-punti (e)(i) u (iv), tar-Regolament (UE) 2017/625.

    (22)

    Il-listi tal-istabbilimenti msemmija fl-Artikolu 127(3), il-punt (e)(i) tar-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex tiġi żgurata t-trasparenza għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-konsumaturi. Sabiex tissaħħaħ din it-trasparenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu biss id-dħul ta’ kunsinni ta’ annimali u oġġetti meta jinħarġu ċ-ċertifikati uffiċjali meħtieġa għal tali kunsinni skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz wara l-pubblikazzjoni ta’ dawk il-listi.

    (23)

    Mhuwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti tali rekwiżiti tal-elenkar fir-rigward ta’ merkanzija maħsuba għat-tranżitu, peress li dik il-merkanzija tirrappreżenta riskju baxx minn perspettiva ta’ sikurezza tal-ikel u ma titqiegħedx fis-suq fl-Unjoni. Barra minn hekk, tali rekwiżiti jenħtieġ li ma japplikawx għal stabbilimenti li jwettqu biss attivitajiet ta’ produzzjoni primarja, operazzjonijiet ta’ trasport, ħżin ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li ma jirrikjedux kundizzjonijiet ta’ ħżin b’temperatura kkontrollata jew produzzjoni ta’ prodotti raffinati ħafna ta’ oriġini mill-annimali msemmija fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    (24)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 (23) jirrikjedi li stabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel, jew ma’ regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, in-nebbieta jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk jiġu prodotti fi stabbilimenti, li jidhru f’listi mfassla u aġġornati f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

    (25)

    Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel, jew ma’ regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, prodotti minn stabbilimenti li jimmanifatturaw laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparati tal-laħam, prodotti tal-laħam, laħam separat mekkanikament u materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen, jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk dawk l-istabbilimenti jidhru f’listi mfassla u aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625. Barra minn hekk, il-materja prima li minnha jiġu mmanifatturati dawn il-prodotti, jenħtieġ li tiġi minn stabbilimenti (biċċeriji, stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti li jipproċessaw prodotti tas-sajd) li jidhru f’listi mfassla u aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625.

    (26)

    Il-kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss minn żoni tal-produzzjoni f’pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li jidhru f’listi mfassla u aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625 sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti speċifiċi applikabbli għal dawn il-prodotti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627, jew ma’ regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom. Il-pubblikazzjoni ta’ dawk il-listi jenħtieġ li tiżgura t-trasparenza għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-konsumaturi rigward iż-żoni tal-produzzjoni li minnhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni l-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gasteropodi tal-baħar ħajjin.

    (27)

    Il-kunsinni ta’ prodotti tas-sajd jenħtieġ li jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss fejn dawk il-kunsinni jintbagħtu minn stabbiliment fuq l-art, jew minn bastimenti reefer, fabbrika jew friża li jtajru l-bandiera ta’ pajjiż terz li jidher f’listi mfassla u aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625, jew li jinkisbu jew jiġu ppreparati fih, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, b’mod partikolari mar-rekwiżiti speċifiċi għall-prodotti tas-sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627, jew ma’ regoli rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom. Il-pubblikazzjoni ta’ tali listi jenħtieġ li tiżgura t-trasparenza għall-operaturi tan-negozju tal-ikel u għall-konsumaturi rigward il-bastimenti li l-prodotti tas-sajd tagħhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni.

    (28)

    Ir-riskju assoċjat ma’ prodotti komposti jiddependi mit-tip ta’ ingredjenti tagħhom u mill-kundizzjonijiet tal-ħżin ta’ dawk l-ingredjenti. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar il-kunsinni ta’ prodotti komposti, biex jiġi żgurat li l-prodotti komposti li jippreżentaw riskju jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Il-prodotti komposti li jippreżentaw riskju huma dawk li fihom prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali, li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti speċifiċi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jew li għalihom huwa meħtieġ pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi.

    (29)

    Fid-dawl tan-numru ta’ notifiki li waslu fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem jippreżentaw riskju miżjud ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-ikel. Għalhekk, jenħtieġ li l-kunsinni ta’ tali annimali u oġġetti jkunu soġġetti għal ċertifikazzjoni individwali għal kull kunsinna qabel id-dħul fl-Unjoni. Dik iċ-ċertifikazzjoni tikkontribwixxi wkoll biex tfakkar lill-operaturi tan-negozju tal-ikel u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom dwar ir-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (24) jistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jew mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali jew it-tnejn għal dak il-għan. Il-kunsinni għal tali annimali u oġġetti li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn ċertifikati tas-saħħa tal-annimali jew minn ċertifikati uffiċjali b’attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali, filwaqt li ma tkunx meħtieġa attestazzjoni tas-saħħa pubblika għal dawk l-annimali u l-oġġetti, peress li mhumiex se jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni. Fir-rigward ta’ ċerti prodotti komposti, li jippreżentaw riskju baxx, attestazzjoni privata mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun qed idaħħal oġġetti fl-Unjoni jenħtieġ li tissostitwixxi ċ-ċertifikazzjoni biex jiġi żgurat approċċ proporzjonat u bbażat fuq ir-riskju.

    (30)

    Il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li jirrappreżentaw riskju negliġibbli, bħal dawk fejn l-uniku prodott tal-annimali preżenti fil-prodott kompost finali huwa aġenti għat-titjib tal-ikel, b’mod partikolari l-vitamina D3, l-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel jew l-aromatizzanti tal-ikel, jenħtieġ li jiġu eżentati mill-kontrolli fil-fruntieri u mir-rekwiżiti tal-attestazzjoni privata.

    (31)

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom l-għan li jissostitwixxu kompletament dawk tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jitħassar.

    (32)

    Peress li l-Annessi I, II, III u IV tad-Direttiva 96/23/KE mhumiex se jibqgħu japplikaw fl-14 ta’ Diċembru 2022, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-15 ta’ Diċembru 2022,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom sabiex jiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti li huma rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom.

    2.   Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ikopru:

    (a)

    l-identifikazzjoni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ta’ ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem soġġetti għar-rekwiżiti li ġejjin għad-dħul fl-Unjoni:

    (i)

    ir-rekwiżit li dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu elenkat f’konformità mal-Artikolu 126(2), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (ii)

    ir-rekwiżit li dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jintbagħtu minn stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, u jinkisbu jew jiġu ppreparati fihom, jew rekwiżiti rikonoxxuti bħala mill-inqas ekwivalenti għalihom, u li jidhru f’listi mfassla u aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punti (e)(ii) u (iii), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (iii)

    ir-rekwiżit li kull kunsinna ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem tkun akkumpanjata minn ċertifikat uffiċjali, jew minn attestazzjoni uffiċjali jew minn kwalunkwe evidenza oħra ta’ konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625, bħal attestazzjoni privata, f’konformità mal-Artikolu 126(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (b)

    rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 127(2) tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (c)

    rekwiżiti li l-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jintbagħtu minn stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, jew ma’ rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom, u jinkisbu jew jiġu ppreparati fihom, u li jidhru f’listi mfassla u aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punti (e)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (d)

    rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti bażiċi speċifiċi li ġejjin minbarra r-rekwiżiti stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) 2017/625:

    (i)

    laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparati tal-laħam, prodotti tal-laħam, laħam separat mekkanikament u materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen;

    (ii)

    molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar;

    (iii)

    prodotti tas-sajd;

    (iv)

    prodotti komposti;

    (e)

    rekwiżiti addizzjonali għaċ-ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali u attestazzjonijiet privati li għandhom jakkumpanjaw annimali li jipproduċu l-ikel u ċerti oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għad-dħul fl-Unjoni;

    (f)

    ir-rekwiżiti għall-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi f’annimali li jipproduċu l-ikel u r-residwi tagħhom u għal-livelli ta’ kontaminanti u residwi tal-pestiċidi fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti, fejn dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi u huma maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni, u dawk ir-rekwiżiti huma meħtieġa biex jiġi żgurat li tali annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti jipprovdu livell ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ekwivalenti għal dak previst mir-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel;

    (g)

    ir-rekwiżit li l-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti għandhom jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li jipprovdu evidenza u garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament billi jissottomettu pjan ta’ kontroll.

    3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

    (a)

    annimali u oġġetti mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem, iżda meta d-destinazzjoni tal-annimali u tal-oġġetti ma tkunx ġiet deċiża mad-dħul fl-Unjoni u l-intenzjoni għall-konsum mill-bniedem ma tkunx tista’ tiġi eskluża, japplika dan ir-Regolament;

    (b)

    annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jagħmlu biss tranżitu mill-Unjoni mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq;

    (c)

    oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem għall-fini ta’ kampjuni għall-analiżi tal-prodotti u l-ittestjar tal-kwalità mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “li jidħlu fl-Unjoni” jew “dħul fl-Unjoni” tfisser l-azzjoni li jidħlu fl-Unjoni jew id-dħul fl-Unjoni kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (40), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (2)

    “kunsinna” tfisser kunsinna kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (37), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (3)

    “annimali” tfisser annimali kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (9), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (4)

    “oġġetti” tfisser oġġetti kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (5)

    “ekwivalenti” tfisser ekwivalenti kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e), tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

    (6)

    “stabbiliment” tfisser stabbiliment kif iddefinit fl-Artikolu 2(1), il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 852/2004;

    (7)

    “ċertifikat uffiċjali” tfisser ċertifikat uffiċjali kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (8)

    “attestazzjoni uffiċjali” tfisser attestazzjoni uffiċjali kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (28), tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (9)

    “attestazzjoni privata” tfisser attestazzjoni ffirmata mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun qed idaħħal oġġetti fl-Unjoni;

    (10)

    “tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

    (11)

    “laħam frisk” tfisser laħam frisk kif iddefinit fil-punt 1.10 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (12)

    “ikkapuljat” tfisser laħam ikkapuljat kif iddefinit fil-punt 1.13 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (13)

    “preparati tal-laħam” tfisser preparati tal-laħam kif iddefinit fil-punt 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (14)

    “prodotti tal-laħam” tfisser prodotti tal-laħam kif iddefinit fil-punt 7.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (15)

    “laħam separat mekkanikament” tfisser laħam separat mekkanikament kif iddefinit fil-punt 1.14 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (16)

    “ġelatina” tfisser ġelatina kif iddefinit fil-punt 7.7 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (17)

    “kollaġen” tfisser kollaġen kif iddefinit fil-punt 7.8 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (18)

    “prodotti raffinati ħafna li joriġinaw mill-annimali” tfisser prodotti raffinati ħafna msemmija fit-Taqsima XVI, il-punt 1, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (19)

    “molluski bivalvi” tfisser molluski bivalvi kif iddefinit fil-punt 2.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (20)

    “prodotti tas-sajd” tfisser prodotti tas-sajd kif iddefinit fil-punt 3.1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (21)

    “prodott kompost” tfisser ikel li fih kemm prodotti ta’ oriġini mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali;

    (22)

    “sustanza farmakoloġikament attiva” tfisser sustanza farmakoloġikament attiva kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (a) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2090 (25);

    (23)

    “kontaminant” tfisser kontaminant kif iddefinit fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (26);

    (24)

    “residwi tal-pestiċidi” tfisser residwi tal-pestiċidi kif iddefinit fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005;

    (25)

    “prodott ta’ oriġini mill-annimali” tfisser prodott ta’ oriġini mill-annimali kif iddefinit fil-punt 8.1. tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (26)

    “pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti” tfisser pjan ta’ kontroll dwar l-użu tas-sustanzi farmakoloġikament attivi, il-limiti massimi ta’ residwi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi, il-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tal-kontaminanti fl-annimali li jipproduċu l-ikel, fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi dawk użati fil-prodotti komposti;

    (27)

    “insetti” tfisser ikel li jikkonsisti, huwa iżolat jew prodott minn insetti jew mill-partijiet tagħhom, inkluż kwalunkwe stadju tal-ħajja ta’ insetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li, meta applikabbli, huma awtorizzati f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) u inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (28) (“il-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid”);

    (28)

    “tranżitu” tfisser tranżitu kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (44) tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (29)

    “laħam tar-rettili” tfisser il-partijiet li jittieklu, jew mhux ipproċessati jew ipproċessati, idderivati minn rettili mrobbija, li jappartjenu għall-ispeċijiet Alligator mississippiensis, Crocodylus johnstoni, Crocodylus niloticus, Crocodylus porosus, Timon lepidus, Python reticulatus, Python molurus bivittatus jew Pelodiscus sinensis, li huma, meta applikabbli, awtorizzati f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2283 u inklużi fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid;

    (30)

    “bebbux” tfisser bebbux kif iddefinit fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kull speċi oħra ta’ bebbux tal-familja ta’ Helicidae, Hygromiidae jew Sphincterochilidae, maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

    (31)

    “ikel” tfisser ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

    (32)

    “għalf” jew “għalf tal-annimali” tfisser għalf jew għalf tal-annimali kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

    (33)

    “awditu” tfisser awditu kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (30) tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (34)

    “awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (35)

    “nebbieta” tfisser nebbieta kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 (29);

    (36)

    “produzzjoni primarja” tfisser produzzjoni primarja kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (17) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

    (37)

    “biċċerija” tfisser biċċerija kif iddefinit fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (38)

    “stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa” tfisser stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa kif iddefinit fil-punt 1.18 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (39)

    “impjant tat-tqattigħ” tfisser impjant tat-tqattigħ kif iddefinit fil-punt 1.17 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (40)

    “żona ta’ produzzjoni” tfisser żona ta’ produzzjoni kif iddefinit fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (41)

    “bastiment fabbrika” tfisser bastiment fabbrika kif iddefinit fil-punt 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (42)

    “bastiment friża” tfisser bastiment friża kif iddefinit fil-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (43)

    “bastiment reefer” tfisser bastiment mgħammar biex jaħżen u jittrasporta oġġetti permezz ta’ pellets jew merkanzija mhux marbuta (bl-ingrossa) fi stivi jew kmamar b’temperatura kkontrollata;

    (44)

    “prodotti tal-ħalib” tfisser prodotti tal-ħalib kif iddefinit fil-punt 7.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (45)

    “prodotti tal-bajd” tfisser prodotti tal-bajd kif iddefinit fil-punt 7.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (46)

    “operatur ta’ negozju tal-ikel” tfisser operatur ta’ negozju tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

    (47)

    “operatur” tfisser operatur kif iddefinit fl-Artikolu 3, il-punt (29) tar-Regolament (UE) 2017/625;

    (48)

    “post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” tfisser post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (38) tar-Regolament (UE) 2017/625.

    KAPITOLU II

    KUNDIZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-UNJONI FIR-RIGWARD TA’ PAJJIŻI TERZI TA’ ORIĠINI JEW REĠJUNI TAGĦHOM

    Artikolu 3

    Annimali li jipproduċu l-ikel u oġġetti li huma meħtieġa li jiġu minn pajjiżi terzi jew minn reġjuni tagħhom li huma inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625

    Il-kunsinni tal-annimali li jipproduċu l-ikel u l-oġġetti li ġejjin, li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz jew mir-reġjun tiegħu inkluż fil-lista għal dawk l-annimali u l-oġġetti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405:

    (a)

    annimali ħajjin li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (“kodiċijiet NM”) fit-Tieni Parti, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, fejn dawk l-annimali ħajjin huma annimali li jipproduċu l-ikel;

    (b)

    prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi laħam tar-rettili u insetti sħaħ mejta, partijiet ta’ insetti jew insetti pproċessati, maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet li ġejjin fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87:

    (i)

    il-kodiċijiet NM fil-Kapitoli 2 sa 5, 15, 16 jew 29; jew

    (ii)

    L-intestaturi tas-Sistema Armonizzata (“intestaturi SA”) 0901, 1702, 2105, 2106, 2301, 3001, 3002, 3302, 3501, 3502, 3503, 3504, 3507, 3913, 3926, 4101, 4102, 4103 jew 9602;

    (c)

    bebbux ħaj, minbarra bebbux tal-baħar, li ssir referenza għalih bil-kodiċi NM 0307 60 00 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

    (d)

    dqiq tal-polline li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 1212 99 95 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

    Artikolu 4

    Rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali li jipproduċu l-ikel u oġġetti minn pajjiż terz jew reġjun tiegħu

    Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi biss fuq l-inklużjoni ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2), il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament jekk ir-rekwiżiti li ġejjin ikunu rikonoxxuti mill-Kummissjoni li huma tal-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti rilevanti fl-Unjoni għall-annimali li jipproduċu l-ikel u l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament:

    (a)

    il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz dwar:

    (i)

    il-produzzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali;

    (ii)

    l-użu ta’ prodotti veterinarji mediċinali, inklużi regoli dwar il-projbizzjoni jew l-awtorizzazzjoni tagħhom, it-tqassim tagħhom, it-tqegħid tagħhom fis-suq u r-regoli li jkopru l-amministrazzjoni u l-ispezzjonijiet;

    (iii)

    il-preparazzjoni u l-użu tal-għalf, inklużi l-proċeduri għall-użu ta’ addittivi u l-preparazzjoni u l-użu tal-għalf medikat, kif ukoll il-kwalità tal-iġjene tal-materja prima użata għall-preparazzjoni tal-għalf u tal-prodott finali;

    (b)

    il-kundizzjonijiet tal-iġjene tal-produzzjoni, tal-manifattura, tal-immaniġġar, tal-ħżin u tad-dispaċċ attwalment applikati għall-prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għall-Unjoni;

    (c)

    kwalunkwe esperjenza ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ kwalunkwe kontroll uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni;

    (d)

    meta disponibbli, ir-riżultati ta’ awditi mwettqa mill-Kummissjoni fil-pajjiż terz relatati ma’ annimali li jipproduċu l-ikel u oġġetti oħrajn li għalihom il-pajjiż terz diġà huwa elenkat f’konformità mal-Artikolu 127(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, b’mod partikolari r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz awditjat, u l-azzjoni li ħadu l-awtoritajiet kompetenti fid-dawl ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni indirizzata lilhom wara tali awditi mill-Kummissjoni;

    (e)

    l-eżistenza, l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ programm ta’ kontroll ta’ żoonożi approvat mill-Kummissjoni meta applikabbli;

    (f)

    ir-rekwiżiti tal-pajjiż terz fir-rigward ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, pestiċidi u kontaminanti, f’konformità mal-Artikolu 6.

    Artikolu 5

    Annimali u prodotti li għalihom japplikaw l-Artikoli 6 sa 12

    1.   Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 għandhom japplikaw għall-annimali u l-prodotti li ġejjin:

    (a)

    annimali ħajjin li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM fit-Tieni Parti, it-Taqsima 1, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, fejn dawk l-annimali huma annimali li jipproduċu l-ikel;

    (b)

    prodotti ta’ oriġini mill-annimali, li għalihom ġew stabbiliti kodiċijiet NM fit-Tieni Parti, il-Kapitoli 2 sa 5, 15 u 16, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, u li għalihom ġew stabbiliti subintestaturi tas-Sistema Armonizzata (“subintestaturi SA”) taħt l-intestaturi SA 0901, 2105, 3501, 3502 u 3504;

    (c)

    prodotti komposti li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM fit-Tieni Parti, it-Taqsima III, il-Kapitolu 15 u t-Taqsima IV, il-Kapitoli 16 sa 22, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

    2.   Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 6 sa 12 ma għandhomx japplikaw

    għall-ġelatina u għall-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina, imsemmija fit-Taqsima XIV, il-Kapitolu I, il-punt 1, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u

    għall-kollaġen u għall-materja prima għall-produzzjoni tal-kollaġen, imsemmija fit-Taqsima XV, il-Kapitolu I, il-punt 1, tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament, u

    għall-prodotti raffinati ħafna ta’ oriġini mill-annimali, u

    għall-insetti, għaż-żrinġijiet, għas-saqajn taż-żrinġijiet, għall-bebbux, għar-rettili u għal-laħam tar-rettili.

    Artikolu 6

    Rekwiżiti addizzjonali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti, fir-rigward ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi u residwi tagħhom, kontaminanti u residwi tal-pestiċidi

    1.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti, għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz li jkollu stabbilit pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti li jistabbilixxi garanziji fir-rigward tal-konformità ma’:

    (a)

    ir-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-limiti massimi ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi u l-livelli massimi ta’ kontaminanti; u

    (b)

    ir-rekwiżiti addizzjonali speċifikati fl-Artikoli 9 sa 12 ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-inklużjoni ta’ pajjiż terz fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament biss jekk dak il-pajjiż terz jipprovdi evidenza u garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, flimkien mal-informazzjoni elenkata fil-Parti II tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, fit-talba għall-inklużjoni fil-lista ta’ pajjiżi terzi li dak il-pajjiż terz għandu jissottometti skont l-Artikolu 127(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

    3.   Wara li tkun approvat l-inklużjoni tal-pajjiż terz fil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati, il-Kummissjoni għandha tiżgura, f’konformità mal-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, li l-pajjiż terz ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tqis l-evidenza aġġornata u l-garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, inkluża l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pjan ta’ kontroll tal-pajjiż terz għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti f’konformità mal-Parti II tal-Anness I, li jrid jiġi ppreżentat minn dak il-pajjiż terz sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

    Artikolu 7

    Inklużjoni ta’ pajjiż terz f’lista ta’ pajjiżi terzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u r-residwi tagħhom, il-kontaminanti u r-residwi tal-pestiċidi

    Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625, il-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali u ta’ prodotti komposti, għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz li jikkonforma mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 6(1) u li huwa inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi approvati għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali li jipproduċu l-ikel ikkonċernati jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali, stabbilit fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405.

    Artikolu 8

    Deroga mir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti

    1.   B’deroga mill-Artikolu 7, il-kunsinni ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti jistgħu jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li ma għandhomx pjan ta’ kontroll approvat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti iżda jiżguraw li l-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi dawk użati fil-prodotti komposti, joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward ta’ dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel jew il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

    2.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-inklużjoni ta’ pajjiż terz fil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2), il-punt (a) ta’ dak ir-Regolament biss jekk l-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz tipprovdi lill-Kummissjoni b’evidenza u b’garanziji ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Tali evidenza u garanziji għandhom jikkonsistu f’informazzjoni dwar il-proċeduri stabbiliti f’dak il-pajjiż terz biex jiggarantixxu t-traċċabbiltà u l-oriġini ta’ dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel u dawk il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

    3.   Meta pajjiż terz jiġi inkluż, f’konformità mal-paragrafi (1) u (2), fil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għal annimali li jipproduċu l-ikel jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali speċifiċi, id-dħul għal dak il-pajjiż terz għandu jkun akkumpanjat bin-nota li ġejja:

    “Pajjiż terz, li jdaħħal fl-Unjoni annimali speċifiċi li jipproduċu l-ikel jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss – bħala tali jew bħala ingredjenti ta’ prodotti komposti – li joriġinaw (a) minn pajjiżi terzi oħrajn awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ tali annimali li jipproduċu l-ikel jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali, jew (b) mill-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292.”.

    Għall-pajjiżi terzi li, minħabba r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali, ma jistgħux idaħħlu fl-Unjoni annimali li jipproduċu l-ikel jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali speċifiċi bħala tali, id-dħul għal dak il-pajjiż terz għandu jkun akkumpanjat min-nota li ġejja:

    “Pajjiż terz, li jdaħħal fl-Unjoni prodotti komposti li fihom prodotti pproċessati ta’ oriġni mill-annimali, li joriġinaw (a) minn pajjiżi terzi oħrajn awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ tali prodotti ta’ oriġini mill-annimali, jew (b) mill-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2292.”.

    4.   Għall-produzzjoni ta’ budellati maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, il-pajjiżi terzi jistgħu jużaw materja prima ta’ oriġini mill-annimali miksuba minn Stati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn jew minn reġjuni tagħhom li huma awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk, jew ta’ ċerti prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u intestini ttrattati, u li huma elenkati fil-listi rilevanti ta’ tali laħam frisk u prodotti tal-laħam tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (30) jew tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405. Il-pajjiżi terzi li jdaħħlu budellati fl-Unjoni għandhom ikunu elenkati fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għall-budellati. Barra minn hekk, l-istabbilimenti li minnhom il-budellati jkunu se jiddaħħlu fl-Unjoni għandhom jiġu elenkati f’konformità mal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament.

    5.   Wara li tkun approvat l-inklużjoni tal-pajjiż terz fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura, f’konformità mal-Artikolu 127(4) tar-Regolament (UE) 2017/625, li l-pajjiż terz ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    KAPITOLU III

    KUNDIZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-UNJONI FIR-RIGWARD TAL-UŻU TA’ SUSTANZI FARMAKOLOĠIKAMENT ATTIVI U R-RESIDWI TAGĦHOM, KONTAMINANTI U RESIDWI TAL-PESTIĊIDI

    Artikolu 9

    Rekwiżiti fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi f’annimali li jipproduċu l-ikel u r-residwi tagħhom fi prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti

    1.   L-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti għandhom jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji li l-kontrolli fuq l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi msemmija fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/XXX u fuq ir-residwi tagħhom ikunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa għall-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/XXX.

    2.   Meta pajjiż terz jawtorizza l-użu f’annimali li jipproduċu l-ikel ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex awtorizzati għal annimali bħal dawn fl-Unjoni, l-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti għandhom jidħlu fl-Unjoni biss sakemm dak il-pajjiż terz jipprovdi garanziji li ma jkun preżenti l-ebda residwu tagħhom f’dawk l-annimali u prodotti. Il-metodi ta’ analiżi użati biex juru n-nuqqas ta’ residwi bħal dawn għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808 jew mar-rekwiżiti ekwivalenti għalihom.

    Artikolu 10

    Rekwiżiti fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ ċerti sustanzi

    1.   L-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti għandhom jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji ta’ konformità mal-projbizzjoni tal-użu ta’ beta-agonisti u kwalunkwe sustanza stilbene, tirostatika, estroġenika, androġenika u ġestaġenika f’annimali tar-razzett stabbiliti fid-Direttiva 96/22/KE, u bil-projbizzjoni tal-użu tas-sustanzi elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010.

    2.   Annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti minn pajjiżi terzi li jawtorizzaw l-użu tas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 f’annimali li jipproduċu l-ikel jew li ma jkollhomx regoli dwar l-użu ta’ dawk is-sustanzi għandhom jidħlu fl-Unjoni biss sakemm dawk il-pajjiżi terzi jipprovdu garanziji li:

    (a)

    huma stabbilew sistema ta’ produzzjoni segregata biex jiżguraw li l-annimali li jipproduċu l-ikel, il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti maħsuba għad-dħul fl-Unjoni ma jiġux ittrattati bis-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1, u

    (b)

    huma stabbilew sistema xierqa ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà tal-annimali, kif ukoll sistema għall-kontroll tad-distribuzzjoni tas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 u għaż-żamma tar-rekords tal-għoti ta’ prodotti mediċinali veterinarji.

    Artikolu 11

    Rekwiżiti fir-rigward tar-residwi tal-pestiċidi fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti

    Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji li jitwettqu kontrolli rappreżentattivi fuq ir-residwi tal-pestiċidi sabiex jintwera li dawk il-prodotti jikkonformaw mal-livelli massimi ta’ residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dawk il-garanziji għandhom ikunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk previsti mill-programmi nazzjonali ta’ kontroll pluriennali għar-residwi tal-pestiċidi msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1355.

    Artikolu 12

    Rekwiżiti fir-rigward ta’ kontaminanti fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u prodotti komposti

    Il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali u l-prodotti komposti għandhom jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi li jipprovdu garanziji li dawk il-prodotti jikkonformaw mat-tolleranzi massimi għall-kontaminanti stabbiliti abbażi tar-Regolament (KEE) Nru 315/93. Dawk il-garanziji għandhom ikunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk previsti mill-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2022/931 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/932.

    KAPITOLU IV

    KUNDIZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-UNJONI FIR-RIGWARD TAL-ISTABBILIMENTI

    Artikolu 13

    Rekwiżiti għall-istabbilimenti

    1.   Il-kunsinni tal-oġġetti li ġejjin għandhom jidħlu fl-Unjoni biss meta dawk il-kunsinni jintbagħtu minn stabbilimenti li jidhru fuq il-listi mfassla u miżmuma aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punti (e)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) 2017/625, u jinkisbu u jiġu ppreparati fihom:

    (a)

    prodotti ta’ oriġini mill-annimali li r-rekwiżiti għalihom huma stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet li ġejjin fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87:

    (i)

    il-kodiċijiet NM fil-Kapitoli 2 sa 5, 15 jew 16; jew

    (ii)

    is-subintestaturi SA taħt l-intestaturi 1702, 2105, 2106, 2301, 2932, 3001, 3002, 3501, 3502, 3503, 3504, 4101, 4102 jew 4103;

    (b)

    nebbieta li jaqgħu taħt is-subintestaturi SA li ġejjin: 0704 90, 0706 90, 0708 10, 0708 20, 0708 90 jew 1214 90 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

    2.   L-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitpoġġew fuq il-listi msemmija fl-Artikolu 127(3), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2017/625 biss jekk, minbarra l-garanziji stabbiliti fl-Artikolu 127(3), il-punti (e)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) 2017/625, il-pajjiż terz fejn jinsabu l-istabbilimenti jipprovdi l-garanziji li ġejjin:

    (a)

    tali stabbilimenti, flimkien ma’ kwalunkwe stabbiliment li jimmaniġġja materja prima ta’ oriġini mill-annimali użata fil-manifattura tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali msemmija fil-paragrafu 1(a), jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(1) tar-Regolament (UE) 2017/625, b’mod partikolari dawk tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom;

    (b)

    tali stabbilimenti, fejn xieraq, jimmaniġġaw biss materja prima ta’ oriġini mill-annimali li tiġi minn pajjiżi terzi bi pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat għal dik il-kategorija ta’ prodotti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2022/XXX mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/XXX jew mill-Istati Membri;

    (c)

    għandu setgħat reali li jwaqqaf lil stabbilimenti bħal dawn milli jidħlu fl-Unjoni prodotti ta’ oriġini mill-annimali f’każ li l-istabbilimenti jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni jew ir-rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti għalihom.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bi kwalunkwe lista ġdida u aġġornata li tirċievi mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e)(iii) tar-Regolament (UE) 2017/625 u għandha tippubblika tali listi fuq is-sit web tagħha.

    4.   L-Istati Membri għandhom jippermettu d-dħul fl-Unjoni tal-kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 biss sakemm iċ-ċertifikati uffiċjali li huma meħtieġa li jakkumpanjaw tali kunsinni skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-listi ta’ stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 14

    Stabbilimenti li mhumiex soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 13(1)

    Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(1) ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jwettqu biss l-attivitajiet li ġejjin:

    (a)

    il-produzzjoni primarja;

    (b)

    operazzjonijiet ta’ trasport;

    (c)

    ħżin ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li ma għandhomx bżonn kundizzjonijiet ta’ ħżin b’temperatura kkontrollata;

    (d)

    produzzjoni ta’ prodotti raffinati ħafna ta’ oriġini mill-annimali msemmija fl-intestaturi SA 2930, 2932, 3503, 3507 jew 3913 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

    (e)

    produzzjoni ta’ kapsuli tal-ġelatina li ssir referenza għalihom fl-intestaturi SA 3913, 3926 jew 9602 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

    KAPITOLU V

    REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ĊERTI OĠĠETTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

    Artikolu 15

    Rekwiżiti għall-kunsinni ta’ laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparati tal-laħam, laħam separat mekkanikament u prodotti tal-laħam, u materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen

    Il-kunsinni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali għandhom jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ġew immanifatturati minn materja prima miksuba f’biċċeriji, stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti li jipproċessaw prodotti tas-sajd, li jidhru fil-listi ta’ stabbilimenti mfassla u miżmuma aġġornati f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2017/625:

    (a)

    laħam frisk;

    (b)

    laħam ikkapuljat;

    (c)

    preparati tal-laħam;

    (d)

    laħam separat mekkanikament u prodotti tal-laħam, esklużi l-budellati kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (45) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (31);

    (e)

    materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-ġelatina u tal-kollaġen imsemmija rispettivament fit-Taqsima XIV, il-Kapitolu I, il-punt 4(a), u fit-Taqsima XV, il-Kapitolu I, il-punt 4(a), tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

    Artikolu 16

    Rekwiżiti għall-kunsinni ta’ molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar

    1.   Minkejja l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, il-kunsinni ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM taħt l-intestatura 0307 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn żoni ta’ produzzjoni f’pajjiżi terzi li jidhru f’listi mfassla mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u ppubblikati mill-Kummissjoni.

    2.   Il-prodotti li ġejjin jistgħu jidħlu fl-Unjoni, anke jekk jitkabbru f’żoni li ma ġewx ikklassifikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz ta’ produzzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(6) tar-Regolament (UE) 2017/625:

    (a)

    pectinidae, ħlief fejn id-data mill-programmi ta’ monitoraġġ stabbilita fl-Artikolu 57 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jikklassifikaw postijiet tas-sajd kif previst fit-Taqsima VII, il-Kapitolu IX, il-punt 2, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

    (b)

    gasteropodi tal-baħar li mhumiex organiżmi filtraturi u ekinodermi li mhumiex organiżmi filtraturi.

    Artikolu 17

    Lista ta’ żoni ta’ produzzjoni

    1.   Qabel ma l-listi msemmija fl-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament jitfasslu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-garanziji li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jistgħu jipprovdu rigward il-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 52 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 dwar il-klassifikazzjoni u l-kontroll taż-żoni tal-produzzjoni.

    2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq żjara ta’ kontroll fuq il-post qabel ma jitfasslu l-listi msemmija fl-Artikolu 16(1).

    3.   Ladarba l-listi msemmija fl-Artikolu 16(1) jitfasslu, u meta l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz joffru biżżejjed garanziji dwar il-klassifikazzjoni u l-kontroll taż-żoni ta’ produzzjoni taħt ir-responsabbiltà tagħhom, iż-żjara ta’ kontroll fuq il-post tal-Kummissjoni ma hemmx għalfejn titwettaq qabel ma tiżdied żona ta’ produzzjoni ġdida ma’ lista eżistenti stabbilita f’konformità mal-Artikolu 13.

    Artikolu 18

    Rekwiżiti speċjali għall-prodotti tas-sajd

    Il-kunsinni tal-prodotti tas-sajd li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM taħt l-intestaturi 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0308, 0309, 1504, 1516, 1517, 1603, 1604, 1605 jew 2106 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandhom jidħlu fl-Unjoni biex jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu nkisbu jew ġew ippreparati, fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni tagħhom, fi stabbiliment fuq l-art, fabbrika jew bastiment friża jew maħżuna f’maħżen kiesaħ jew bastiment reefer li jidhru f’lista mfassla u aġġornata f’konformità mal-Artikolu 127(3), il-punt (e) tar-Regolament (UE) 2017/625 u ppubblikata mill-Kummissjoni.

    Artikolu 19

    Rekwiżiti speċjali għall-elenkar tal-bastimenti

    1.   Bastiment jista’ jiġi inkluż fil-listi ta’ stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 127(3), il-punt (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625 dment li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz ieħor li għalih l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment qiegħed itajjar il-bandiera tiegħu ddelegaw ir-responsabbiltà għall-ispezzjoni tal-bastiment ikkonċernat, jipprovdu lill-Kummissjoni b’komunikazzjoni konġunta li tiddikjara li r-rekwiżiti kollha li ġejjin ġew issodisfati:

    (a)

    iż-żewġ pajjiżi terzi jidhru fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, imfassla f’konformità mal-Artikolu 127(3) tar-Regolament (UE) 2017/625, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd;

    (b)

    il-prodotti kollha tas-sajd mill-bastiment ikkonċernat li huma destinati għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jinħattu l-art direttament fil-pajjiż terz li għalih għandu responsabbiltà delegata l-pajjiż terz li l-bastiment qiegħed itajjar il-bandiera tiegħu rigward l-ispezzjoni tal-bastiment ikkonċernat;

    (c)

    l-awtoritajiet kompetenti delegati spezzjonaw il-bastiment u ddikjaraw li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni;

    (d)

    l-awtoritajiet kompetenti delegati ddikjaraw li se jispezzjonaw regolarment il-bastiment biex jiżguraw li jibqa’ jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni.

    2.   Bastiment jista’ jiġi inkluż fil-listi ta’ stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 127(3), il-punt (e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/625 fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment itajjar il-bandiera tiegħu u mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, li għalih l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera tiegħu ddelegaw ir-responsabbiltà għall-ispezzjoni tal-bastiment ikkonċernat, jekk ir-rekwiżiti kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

    (a)

    il-prodotti kollha tas-sajd mill-bastiment ikkonċernat li huma destinati għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni jinħattu l-art direttament fl-Istat Membru li għalih għandu responsabbiltà delegata l-pajjiż terz li l-bastiment qiegħed itajjar il-bandiera tiegħu rigward l-ispezzjoni tal-bastiment ikkonċernat;

    (b)

    l-awtoritajiet kompetenti delegati spezzjonaw il-bastiment u ddikjaraw li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni;

    (c)

    l-awtoritajiet kompetenti delegati ddikjaraw li se jispezzjonaw regolarment il-bastiment biex jiżguraw li jibqa’ jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tal-Unjoni.

    Artikolu 20

    Rekwiżiti għall-kunsinni ta’ prodotti komposti

    1.   Il-kunsinni tal-prodotti komposti li ssir referenza għalihom bil-kodiċijiet NM skont l-intestaturi 1517, 1518, 1601 00, 1602, 1603 00, 1604, 1605, 1702, 1704, 1806, 1901, 1902, 1904, 1905, 2001, 2004, 2005, 2008, 2101, 2103, 2104, 2105 00, 2106, 2202 jew 2208 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jidħlu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq biss jekk kull prodott ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali li jinsab fil-prodotti komposti, kien ġie prodott fi stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi jew f’reġjuni tagħhom u awtorizzati li jdaħħlu fl-Unjoni dawk il-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali f’konformità mal-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jew inkella fi stabbilimenti li jinsabu fi Stati Membri.

    2.   Sakemm il-Kummissjoni tistabbilixxi lista speċifika ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jdaħħlu fl-Unjoni prodotti komposti, il-kunsinni ta’ prodotti komposti minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom jistgħu jidħlu fl-Unjoni, soġġett għall-konformità mar-regoli li ġejjin:

    (a)

    il-prodotti komposti msemmija fil-paragrafu 1 li jeħtieġ li jiġu ttrasportati jew li jeħtieġ li jinħażnu f’temperaturi kkontrollati, għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom awtorizzati, skont l-Artikolu 3, sabiex idaħħlu fl-Unjoni kull prodott ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali li jinsab fil-prodotti komposti;

    (b)

    il-prodotti komposti msemmija fil-paragrafu 1 li ma għandhomx bżonn jiġu ttrasportati jew maħżuna f’temperaturi kkontrollati u li fihom kwalunkwe kwantità ta’ prodotti bbażati fuq il-kolostru jew prodotti tal-laħam, għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom u huma awtorizzati, skont l-Artikolu 3, li jdaħħlu fl-Unjoni l-prodotti bbażati fuq il-kolostru jew il-prodotti tal-laħam li jinsabu fil-prodotti komposti;

    (c)

    il-prodotti komposti msemmija fil-paragrafu 1 li ma għandhomx għalfejn jiġu ttrasportati jew maħżuna f’temperaturi kkontrollati u li fihom prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali minbarra prodotti bbażati fuq il-kolostru jew prodotti tal-laħam, li għalihom huma stabbiliti rekwiżiti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandhom joriġinaw minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li huma awtorizzati, skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, biex idaħħlu fl-Unjoni prodotti tal-laħam, prodotti tal-ħalib, prodotti tas-sajd jew prodotti tal-bajd abbażi tar-rekwiżiti tas-saħħa pubblika u tal-annimali tal-Unjoni u li huma elenkati ta-inqas għal wieħed minn dawn il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

    3.   Il-pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom li jdaħħlu prodotti komposti fl-Unjoni għandhom jiġu elenkati fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 bħala li għandhom pjan ta’ kontroll approvat, f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, għall-ispeċijiet jew il-komoditajiet li minnhom huma dderivati l-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali u li jinsabu fil-prodotti komposti, bl-eċċezzjoni tal-kollaġen, il-ġelatina u l-prodotti raffinati ħafna ta’ oriġini mill-annimali.

    4.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li jkun fihom biss prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali jew prodotti komposti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33), ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34), jew li fihom biss il-vitamina D3.

    KAPITOLU VI

    KUNDIZZJONIJIET GĦAD-DĦUL FL-UNJONI FIR-RIGWARD TAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI U L-ATTESTAZZJONI

    Artikolu 21

    Ċertifikat uffiċjali

    1.   Kull kunsinna tal-prodotti li ġejjin għandha tidħol fl-Unjoni biss meta l-kunsinna tkun akkumpanjata minn ċertifikat uffiċjali ħlief fil-każ ta’ kunsinni li għalihom l-Unjoni mhijiex id-destinazzjoni finali:

    (a)

    annimali ħajjin li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet NM fit-Tieni Parti, it-Taqsima I, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, fejn dawk l-annimali ħajjin huma annimali li jipproduċu l-ikel;

    (b)

    prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li għalihom ġew stabbiliti l-kodiċijiet li ġejjin fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87:

    (i)

    il-kodiċijiet NM fil-Kapitoli 2 sa 5, 15, 16 jew 29; jew

    (ii)

    l-intestaturi SA 0901, 1702, 2105, 2106, 2301, 3001, 3002, 3501, 3502, 3503, 3504, 3507, 3913, 3926, 4101, 4102, 4103 jew 9602;

    (c)

    nebbieta u żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni ta’ nebbieta u msemmija bis-subintestaturi SA li ġejjin: 0704 90, 0706 90, 0708 10, 0708 20, 0708 90, 0712 34, 0712 35, 0712 50, 0712 60, 0713 10, 0713 33, 0712 34, 0713 39, 0713 40, 0713 90, 0910 99, 1201 10, 1201 90, 1207 50, 1207 99, 1209 10, 1209 21, 1209 91 jew 1214 90 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

    (d)

    dqiq tal-polline li ssir referenza għalih bil-kodiċi NM 1212 99 95 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

    (e)

    bebbux ħaj, minbarra bebbux tal-baħar, li ssir referenza għalih bil-kodiċi NM 0307 60 00 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87;

    (f)

    il-prodotti komposti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 20(2), il-punti (a) u (b) ta’ dan ir-Regolament, bl-esklużjoni tal-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma jkunx fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru jew laħam ipproċessat għajr il-ġelatina, il-kollaġen jew prodotti raffinati ħafna ta’ oriġini mill-annimali.

    2.   Meta kunsinni ta’ prodotti tas-sajd jidħlu fl-Unjoni direttament minn bastiment reefer, fabbrika jew friża li jtajjar il-bandiera ta’ pajjiż terz, iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jista’ jiġi ffirmat mill-kaptan.

    3.   Ma huwa meħtieġ l-ebda ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kapsuli tal-ġelatina koperti mill-intestaturi SA 3913, 3926 jew 9602 tat-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, fejn dawk il-kapsuli ma jkunux derivati mill-għadam tar-ruminanti.

    4.   Iċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiċċertifikaw li l-prodotti jikkonformaw:

    (a)

    mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 jew mad-dispożizzjonijiet rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti;

    (b)

    ma’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku għad-dħul fl-Unjoni stabbilit f’dan ir-Regolament.

    5.   Iċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu dettalji meħtieġa f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tas-saħħa pubblika u tal-annimali.

    6.   Iċ-ċertifikat uffiċjali għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsuba għall-produzzjoni tan-nebbieta, imsemmija fil-paragrafu 1(c), għandhom jakkumpanjaw lill-kunsinna sakemm tasal fid-destinazzjoni tagħha kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali. Fil-każ li l-kunsinna tinqasam, għandu jkun hemm kopja taċ-ċertifikat uffiċjali ma’ kull parti tal-kunsinna.

    7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tad-dispaċċ jistgħu jiċċertifikaw kunsinni ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jirrikjedu biss attestazzjoni tas-saħħa pubblika, jew kunsinni ta’ nebbieta, li jkunu ġejjin minn pajjiż terz ieħor, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tad-dispaċċ ikunu jistgħu jiżguraw il-konformità tal-kunsinni mar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 22

    Attestazzjoni privata

    1.   Attestazzjoni privata li tikkonferma li l-kunsinni jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli msemmija fl-Artikolu 126(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, imħejjija u ffirmata mill-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun qiegħed idaħħal oġġetti fl-Unjoni, għandha takkumpanja:

    (a)

    il-kunsinni tal-prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 20(2), il-punt (b) ta’ dan ir-Regolament, meta l-prodotti komposti ma jkunx fihom prodotti bbażati fuq il-kolostru jew laħam ipproċessat għajr il-ġelatina, il-kollaġen jew prodotti raffinati ħafna ta’ oriġini mill-annimali; u

    (b)

    il-kunsinni tal-prodotti komposti msemmija fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għall-prodotti komposti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, f’konformità mal-Artikolu 48, il-punt (h) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-attestazzjoni privata għandha takkumpanja l-prodotti komposti fil-mument li jitqiegħdu fis-suq.

    3.   L-attestazzjoni privata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura t-traċċabbiltà tal-kunsinni u għandha tinkludi:

    (a)

    informazzjoni rigward il-konsenjatur u l-konsenjatarju tal-oġġetti mdaħħla fl-Unjoni;

    (b)

    il-lista ta’ prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li jinsabu fil-prodotti komposti, indikati f’ordni dixxendenti tal-piż, kif irreġistrat fil-mument tal-użu tagħhom fil-manifattura tal-prodotti komposti;

    (c)

    in-numru tal-approvazzjoni tal-istabbiliment(i) li jimmanifattura(w) il-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li jinsabu fil-prodotti komposti ġie assenjat malli ngħatat l-approvazzjoni skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, indikat mill-operatur tan-negozju tal-ikel li qiegħed idaħħal oġġetti fl-Unjoni.

    4.   L-attestazzjoni privata msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiċċertifika li:

    (a)

    il-pajjiż terz jew reġjun tiegħu li jipproduċi l-prodotti komposti huwa elenkat tal-inqas għal waħda mill-kategoriji ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali li ġejjin:

    (i)

    prodotti tal-laħam;

    (ii)

    prodotti tal-ħalib jew prodotti bbażati fuq il-kolostru;

    (iii)

    prodotti tas-sajd;

    (iv)

    prodotti tal-bajd;

    (b)

    l-istabbiliment li jipproduċi l-prodotti komposti jissodisfa standards tal-iġjene rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 852/2004;

    (c)

    il-prodotti komposti ma għandhomx bżonn jinħażnu jew jiġu trasportati f’temperatura kkontrollata;

    (d)

    il-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali fil-prodotti komposti joriġinaw minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom awtorizzati li jdaħħlu kull prodott ipproċessat ta’ oriġini mill-annimali fl-Unjoni, jew mill-Istati Membri, u huma miksuba minn stabbilimenti elenkati;

    (e)

    il-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali użati fil-prodotti komposti jkunu għaddew tal-inqas minn wieħed mit-trattamenti msemmija fl-Artikolu 163(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, b’deskrizzjoni qasira ta’ kwalunkwe proċess li jkunu għaddew minnu u ta’ temperaturi applikati għall-prodott kompost.

    KAPITOLU VII

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 23

    Referenzi

    Ir-referenzi għall-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 24

    Tħassir

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/625 jitħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament Delegat imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 25

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-15 ta’ Diċembru 2022.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

    (2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

    (8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1).

    (9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).

    (10)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).

    (11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

    (12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/405 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 118).

    (13)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1644 tas-7 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati bħala prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf u ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati u residwi tagħhom (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 3).

    (14)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 tat-23 ta’ Settembru 2022 dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati bħala prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf u ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati u residwi tagħhom, dwar kontenut speċifiku ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u arranġamenti speċifiċi għat-tħejjija tagħhom (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 32).

    (15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/808 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar il-prestazzjoni ta’ metodi analitiċi għal residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi użati f’annimali li jipproduċu l-ikel u dwar l-interpretazzjoni tar-riżultati kif ukoll dwar il-metodi li jridu jintużaw għat-teħid tal-kampjuni u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2002/657/KE u 98/179/KE (ĠU L 180, 21.5.2021, p. 84).

    (16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).

    (17)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

    (18)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1355 tat-12 ta’ Awwissu 2021 dwar programmi nazzjonali pluriennali għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri (ĠU L 291, 13.8.2021, p. 120).

    (19)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/931 tat-23 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 162, 17.6.2022, p. 7).

    (20)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/932 tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ kontaminanti fl-ikel, dwar kontenut addizzjonali speċifiku ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u arranġamenti addizzjonali speċifiċi għat-tħejjija tagħhom (ĠU L 162, 17.6.2022, p. 13).

    (21)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

    (22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2293 tal-18 ta' Novembru 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll approvat dwar l-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-limiti massimi ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi u pestiċidi u l-livelli massimi ta’ kontaminanti (Ara l-paġna 31 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 210/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jipproduċu n-nebbieta skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 24).

    (24)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).

    (25)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2090 tad-19 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward każijiet ta’ nonkonformità suspettata jew stabbilita mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf jew mar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-użu jew għar-residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 28).

    (26)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

    (27)  Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001, (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).

    (28)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

    (29)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 208/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ traċċabbiltà għan-nebbieta u ż-żrieragħ maħsubin għall-produzzjoni tan-nebbieta (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 16).

    (30)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

    (31)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

    (32)  Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enzimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).

    (33)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

    (34)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).


    ANNESS I

    Dan l-Anness jistabbilixxi l-informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u l-pjan ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti li pajjiż terz għandu jissottometti għall-finijiet tal-inklużjoni u ż-żamma tiegħu fil-lista msemmija fl-Artikolu 7.

    PARTI I

    Rekwiżiti ġenerali fir-rigward tas-sottomissjoni tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u tal-pjan ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti

    1.

    Il-pjanijiet ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti li pajjiż terz għandu jissottometti, flimkien mat-talba tiegħu għall-inklużjoni fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 għal annimali li jipproduċu l-ikel jew għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali speċifiċi, għandhom jinkludu l-informazzjoni speċifikata fil-Parti II ta’ dan l-Anness.

    2.

    Wara li pajjiż terz jiġi inkluż fil-lista msemmija fil-punt 1, huwa għandu jippreżenta, biex jinżamm f’dik il-lista, pjan ta’ kontroll aġġornat kull sena għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, bl-informazzjoni speċifikata fil-Parti III.

    3.

    Fi kwalunkwe ħin tista’ tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali biex tikkomplementa l-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u l-pjan ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti msemmija fil-punti 1 u 2.

    4.

    Id-dokumenti ta’ gwida rilevanti fir-rigward ta’ sustanzi pprojbiti, ir-residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji, ir-residwi tal-pestiċidi u l-kontaminanti, magħmula disponibbli għall-pubbliku mill-Kummissjoni għandhom jitqiesu għas-sottomissjoni tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u tal-pjan ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

    5.

    Il-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti għandu jintbagħat lill-Kummissjoni b’mod elettroniku, fil-format deskritt fid-dokumenti ta’ gwida msemmija fil-punt 4 jew f’format ieħor, dment li dan jinkludi l-informazzjoni kollha elenkata fil-Partijiet II u III, meta applikabbli.

    PARTI II

    Pjan ta’ kontroll tal-pajjiżi terzi għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti – informazzjoni meħtieġa

    A.   Ambitu tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti

    (1)

    Lista ta’ kategoriji ta’ annimali li jipproduċu l-ikel, prodotti ta’ oriġini mill-annimali, inklużi dawk użati bħala ingredjenti fi prodotti komposti, koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, inklużi dettalji dwar l-ispeċijiet u s-subspeċijiet tal-annimali.

    (2)

    Informazzjoni dwar l-oriġini tal-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, b’mod partikolari jekk humiex prodotti, fil-pajjiż terz, kompletament minn annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali u li joriġinaw minn dak il-pajjiż jew jekk jinkludux annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali u li joriġinaw minn pajjiżi terzi oħrajn jew minn Stati Membri. Jekk l-annimali li jipproduċu l-ikel u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali ma jiġux prodotti fil-pajjiż terz li jissottometti l-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ oriġini u l-iskop maħsub ta’ dawk l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali, b’mod partikolari billi jiġi spjegat jekk il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali humiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni bħala tali jew bħala ingredjenti ta’ prodotti komposti.

    (3)

    Data nazzjonali dwar il-produzzjoni mis-sena ta’ qabel għall-ispeċijiet tal-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

    (4)

    Spjegazzjoni ta’ jekk, għall-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali kkonċernati, il-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti jkoprix il-produzzjoni nazzjonali totali jew proporzjon tal-produzzjoni nazzjonali (pereżempju, il-produzzjoni ta’ ċerti azjendi/produtturi u l-volum ta’ ċerti stabbilimenti maħsuba għad-dħul fl-Unjoni). Jekk tkun koperta biss parti mill-produzzjoni nazzjonali, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tas-sistema stabbilita biex jiġi żgurat li dawk l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss minn dik il-popolazzjoni segregata koperta mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti jkunu eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni.

    B.   Awtoritajiet kompetenti responsabbli u s-setgħat legali tagħhom

    (1)

    Dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti: l-isem u l-indirizz tal-awtorità jew tal-awtoritajiet kompetenti ċentrali u d-dettalji tal-punt ta’ kuntatt għall-korrispondenza dwar il-pjanijiet ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti (eż., indirizzi tal-posta elettronika, numri tat-telefown).

    (2)

    Deskrizzjoni tal-istruttura tal-awtoritajiet kompetenti, inklużi, meta rilevanti, id-diversi livelli ta’ organizzazzjoni (eż. ċentrali, reġjonali, lokali), id-dipartimenti involuti u l-organigrammi.

    (3)

    Deskrizzjoni tar-rwol tal-awtoritajiet kompetenti involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, inkluż dwar aspetti relatati mat-tfassil tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, il-koordinazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, il-ġbir ta’ kampjuni, il-kollazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati, l-applikazzjoni ta’ miżuri korrettivi, jekk ikun meħtieġ, li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi biex iwaqqfu l-okkorrenza tan-nuqqas ta’ konformità, u s-sottomissjoni ta’ pjani ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti lill-Kummissjoni.

    (4)

    Il-bażi legali tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, inklużi referenzi għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti d-dritt li jidħlu fil-bini rilevanti, li jiġbru kampjuni, li jwettqu investigazzjonijiet ta’ segwitu meta jinstabu riżultati mhux konformi u li jimponu azzjonijiet korrettivi f’każijiet bħal dawn, pereżempju, restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-annimali, il-qerda tal-annimali jew l-impożizzjoni ta’ multi.

    C.   Sustanzi farmakoloġikament attivi

    (1)

    Ir-rekwiżiti ssodisfati mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, b’mod partikolari jekk dawn ir-rekwiżiti humiex dawk imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1646 jew rekwiżiti ekwivalenti. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jingħataw aktar dettalji dwar kif dawn ir-rekwiżiti jindirizzaw il-punti kollha elenkati fil-Parti II, il-punti C sa K, ta’ dan l-Anness.

    (2)

    Il-lista ta’ gruppi ta’ sustanzi koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti għal kull speċi ta’ annimal u prodott kif speċifikat:

    (a)

    fil-punt A.1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1646 għal sustanzi tal-grupp A kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644;

    (b)

    fil-punt B.1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 għal sustanzi tal-grupp B kif imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644. Għal sustanzi tal-grupp B, l-għażla tal-gruppi koperti mill-pjan ta’ kontroll għandha tqis l-awtorizzazzjoni u l-użu ta’ tali sustanzi u r-riskji ta’ residwi fl-annimali u fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni.

    (3)

    Fi ħdan il-grupp ta’ sustanzi koperti mill-pjan ta’ kontroll, il-lista ta’ sustanzi u r-residwi markaturi tagħhom li għandhom jiġu analizzati għall-ispeċijiet u għall-prodotti speċifiċi tal-annimali fil-matriċijiet speċifiċi, inkluża ġustifikazzjoni għall-għażla tagħhom abbażi tal-kriterji tar-riskju stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644.

    (4)

    L-għadd ta’ kampjuni għal kull speċi ta’ annimali u l-prodotti għal kull wieħed mill-gruppi ta’ sustanzi koperti mill-pjan ta’ kontroll abbażi tal-frekwenzi ta’ kontroll stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1646 jew garanziji ekwivalenti. Deskrizzjoni tal-kriterji għall-għażla tal-punti ta’ kampjunar u tal-annimali jew tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għandhom jittieħdu kampjuni tagħhom abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644.

    (5)

    Deskrizzjoni tal-istrateġija tal-kampjunar, li tispjega kif tindirizza d-dispożizzjonijiet tal-Anness III tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644.

    D.   Pestiċidi

    (1)

    Il-lista ta’ sustanzi li sar test għalihom fil-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u l-għadd korrispondenti ta’ kampjuni għal kull kategorija ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1355.

    (2)

    Ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ sustanzi koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, b’mod partikolari li l-firxa ta’ sustanzi li sar test għalihom tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

    (3)

    Il-kontrolli għandhom jipprovdu garanziji dwar il-konformità tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali maħsub għad-dħul fl-Unjoni mal-livelli massimi ta’ residwi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Dawn il-garanziji għandhom jiġu pprovduti għall-pestiċidi kollha awtorizzati fil-pajjiż terz, b’mod partikolari għal dawk il-pestiċidi, li huma awtorizzati fil-pajjiż terz, iżda li mhumiex awtorizzati fl-Unjoni.

    (4)

    Ġustifikazzjoni għall-għażla tal-pestiċidi koperti mill-pjan, filwaqt li jitqiesu r-riskji mill-għalf tal-annimali u mill-ambjent u l-pestiċidi li għalihom huma stabbiliti livelli massimi ta’ residwi fl-Unjoni, kif ukoll ġustifikazzjoni għall-għadd ta’ kampjuni ppjanati, abbażi tal-livell ta’ fiduċja miksub fl-identifikazzjoni ta’ ċertu perċentwal ta’ qbiż tal-livelli massimi ta’ residwu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni.

    E.   Kontaminanti

    (1)

    Il-lista ta’ kontaminanti li sar test għalihom fil-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u l-għadd korrispondenti ta’ kampjuni għal kull kategorija ta’ annimali li jipproduċu l-ikel u prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2022/931 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/932.

    (2)

    Ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ kontaminanti koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti filwaqt li jitqiesu r-riskji mill-għalf tal-annimali u mill-ambjent, kif ukoll il-kontaminanti li għalihom ġew stabbiliti limiti massimi fl-Unjoni fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

    F.   Metodi u laboratorji analitiċi

    (1)

    Il-lista ta’ laboratorji uffiċjali jew laboratorji kkuntrattati, jew it-tnejn, involuti fit-twettiq ta’ analiżijiet għall-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

    (2)

    L-istatus ta’ akkreditazzjoni, inkluż l-ambitu tal-akkreditazzjoni, ta’ kull wieħed mil-laboratorji uffiċjali li jwettqu analiżijiet għall-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

    (3)

    Għal kull wieħed mil-laboratorji, lista tal-metodi kollha użati fil-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, b’indikazzjoni dwar jekk humiex inklużi jew le fl-ambitu tal-akkreditazzjoni għall-matriċijiet speċifiċi koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

    (4)

    Għal kull wieħed mil-laboratorji, lista tal-metodi użati fil-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, b’indikazzjoni ta’ jekk humiex ivvalidati f’konformità mar-regoli rilevanti tal-Unjoni, jew regoli ekwivalenti, jew mhux ivvalidati, għall-matriċijiet speċifiċi koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, li tispeċifika l-istandard użat għall-validazzjoni.

    (5)

    Għal kull sustanza li sar test għaliha fil-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, lista tal-metodi analitiċi u l-istandards regolatorji użati għall-interpretazzjoni tar-riżultati analitiċi u r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni tal-metodi analitiċi, inkluża informazzjoni dwar:

    (a)

    is-sustanza analizzata u r-residwi markaturi;

    (b)

    il-matriċijiet analizzati;

    (c)

    l-identifikazzjoni tal-metodu analitiku (eż. ELISA, LC-MS/MS, AAS);

    (d)

    it-tip ta’ metodu analitiku (skrinjar jew konferma);

    (e)

    il-metodi ta’ skrinjar u ta’ konferma użati, il-limiti ta’ detezzjoni u l-limiti ta’ kwantifikazzjoni jew, jekk rilevanti, il-limitu tad-deċiżjoni għall-konferma (CCα) u l-kapaċità ta’ detezzjoni għall-iskrinjar (CCß) kif iddefiniti fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, il-punti (14) u (15) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/808;

    (f)

    il-konċentrazzjoni li ’l fuq minnha riżultat jitqies bħala mhux konformi għall-finijiet tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti. B’mod partikolari, għandhom jiġu indikati d-differenzi mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    G.   Sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati fi prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ikel u projbizzjonijiet fuq l-użu f’annimali bħal dawn

    (1)

    Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola t-tqegħid fis-suq u l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fir-rigward ta’ speċijiet ta’ annimali li jipproduċu l-ikel koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, inklużi referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti.

    (2)

    Il-lista ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati għall-ispeċijiet ta’ annimali li jipproduċu l-ikel koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti li tindika għal kull prodott, l-isem tal-prodott, is-sustanza/i farmakoloġikament attiva/i li jinsabu fih u l-ispeċijiet fil-mira. Dawk is-sustanzi li huma awtorizzati fil-pajjiż terz iżda li mhumiex awtorizzati għal tali użu fl-Unjoni għandhom jiġu enfasizzati fil-lista. Il-lista għandha tinkludi wkoll addittivi tal-għalf li huma farmakoloġikament attivi, bħall-antibijotiċi, il-koċċidjostati u l-istomonostati.

    (3)

    Deskrizzjoni tas-sistema stabbilita biex jiġi żgurat li, għal kull waħda mis-sustanzi li huma awtorizzati fil-pajjiż terz għall-użu fl-ispeċijiet ta’ annimali koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, iżda mhux awtorizzati għal tali użu fl-Unjoni, ma hemm l-ebda residwu preżenti f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jiġu kkwantifikati b’mod affidabbli f’tali annimali jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni. Għandha tiġi pprovduta evidenza li sustanzi bħal dawn sar test għalihom fil-matriċijiet xierqa fil-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti għall-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali rilevanti.

    (4)

    Dikjarazzjoni dwar jekk xi waħda mis-sustanzi inklużi fit-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 hijiex awtorizzata għall-użu fl-ispeċijiet ta’ annimali li jipproduċu l-ikel koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti. Jekk tali sustanzi jkunu awtorizzati, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tas-sistema li tiżgura li l-annimali ttrattati b’tali sustanzi u prodotti dderivati minnhom ma jkunux eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni. Jekk l-użu ta’ sustanzi f’annimali li jipproduċu l-ikel ikun ipprojbit fil-pajjiż terz, għandha tiġi pprovduta referenza għall-bażi legali nazzjonali għal dik il-projbizzjoni.

    (5)

    Konferma li s-sustanzi tal-istilbeni (jiġifieri l-istilbeni, id-derivattivi tal-istilbeni, l-imluħa u l-esteri tagħhom) jew is-sustanzi tirostatiċi mhumiex awtorizzati għall-użu fi speċijiet ta’ annimali li jipproduċu l-ikel koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti, irrispettivament mill-eliġibbiltà tagħhom għad-dħul fl-Unjoni, u referenza għall-bażi legali nazzjonali għal dik il-projbizzjoni.

    (6)

    Dikjarazzjoni dwar jekk is-sustanzi li għandhom azzjoni estroġenika, androġenika jew ġestaġenika u l-beta-agonisti humiex awtorizzati għal skopijiet ta’ promozzjoni tat-tkabbir fl-ispeċijiet ta’ annimali li jipproduċu l-ikel koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti. Jekk tali sustanzi jkunu awtorizzati, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tas-sistema stabbilita biex jiġi żgurat li l-annimali ttrattati ma jkunux eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni. Jekk tali sustanzi jew ma jkunux awtorizzati jew ikunu espressament ipprojbiti, għandha tiġi pprovduta referenza għall-bażi legali nazzjonali għall-projbizzjoni.

    H.   Informazzjoni speċifika għall-annimali bovini, kaprini u ovini u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali dderivati minnhom, inkluż il-ħalib

    (1)

    Dikjarazzjoni dwar jekk l-estradjol 17-beta u d-derivattivi tiegħu li jixbhu l-esteri humiex awtorizzati u użati fi prodotti mediċinali veterinarji għal kwalunkwe għan fl-ispeċi inkwistjoni, inklużi trattamenti żootekniċi jew terapewtiċi. Jekk tali sustanzi jkunu awtorizzati, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tas-sistema li tiżgura li l-annimali ttrattati b’tali sustanzi u l-prodotti dderivati minnhom ma jkunux eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni. Jekk tali sustanzi jkunu pprojbiti, għandha tiġi pprovduta referenza għall-bażi legali nazzjonali għall-projbizzjoni.

    (2)

    L-annimali bovini, kaprini u ovini u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali derivati minnhom, inkluż il-ħalib eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni minn pajjiż terz inklużi f’lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat, kif imsemmi fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għandhom joriġinaw minn dak il-pajjiż terz, jew mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jimplimentaw pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat mill-Kummissjoni.

    I.   Informazzjoni speċifika għall-għasel

    (1)

    Jekk għat-trattament jew għall-prevenzjoni ta’ mard fin-naħal tal-għasel ikunu awtorizzati sustanzi antimikrobiċi, deskrizzjoni tas-sistema stabbilita biex tipprovdi garanziji li ma jkun hemm l-ebda residwu, f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jiġu kkwantifikati, fl-għasel maħsub għad-dħul fl-Unjoni.

    (2)

    L-għasel maħsub għad-dħul fl-Unjoni minn pajjiż terz inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat kif imsemmi fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għandu joriġina minn dak il-pajjiż terz, jew mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jimplimentaw pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat mill-Kummissjoni.

    J.   Informazzjoni speċifika għall-akkwakultura

    (1)

    Jekk ikunu awtorizzati koloranti għat-trattament u għall-prevenzjoni tal-mard fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, deskrizzjoni tal-koloranti użati u tal-prodotti tas-sajd (inklużi l-krustaċji) li għalihom it-trattament huwa awtorizzat u tas-sistema stabbilita biex tipprovdi garanziji li ma jkun hemm l-ebda residwu f’konċentrazzjonijiet li jistgħu jiġu kkwantifikati fil-prodotti tal-akkwakultura maħsuba għad-dħul fl-Unjoni.

    (2)

    Il-prodotti tal-akkwakultura maħsuba għad-dħul fl-Unjoni minn pajjiż terz inkluż f’lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat kif imsemmi fl-Anness -I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/405 għandhom joriġinaw minn dak il-pajjiż terz, jew mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jimplimentaw pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat mill-Kummissjoni.

    K.   Informazzjoni speċifika għall-annimali ekwini

    (1)

    Deskrizzjoni tas-sistema stabbilita biex jiġi żgurat li l-annimali ekwini ttrattati b’sustanzi pprojbiti jew mhux awtorizzati fl-Unjoni għall-użu f’annimali li jipproduċu l-ikel u prodotti għall-konsum mill-bniedem idderivati minn tali annimali ma jkunux eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni. Għandhom jiġu deskritti l-elementi li ġejjin ta’ sistema bħal din:

    (a)

    l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-annimali ekwini;

    (b)

    iż-żamma tar-rekords tal-għoti ta’ prodotti mediċinali veterinarji;

    (c)

    rekords li jindikaw it-trattamenti kollha b’sustanzi farmakoloġikament attivi.

    (2)

    Meta l-annimali ekwini jiġu ttrattati b’sustanzi meqjusa essenzjali skont ir-regoli tal-Unjoni, deskrizzjoni tas-sistema stabbilita biex jiġi żgurat li l-ikel idderivat minn tali annimali ma jkunx eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni sakemm ikunu għaddew sitt xhur mill-aħħar trattament.

    (3)

    L-annimali ekwini li jipproduċu l-ikel eliġibbli għad-dħul fl-Unjoni għandhom joriġinaw mill-pajjiż terz, li jkollu l-ħsieb li jdaħħal annimali ekwini fl-Unjoni, jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jimplimentaw pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat mill-Kummissjoni.

    L.   Informazzjoni speċifika li għandha tiġi pprovduta mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2)

    (1)

    Dikjarazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tikkonferma li l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħsuba għad-dħul fl-Unjoni bħala tali, jew bħala ingredjenti ta’ prodotti komposti, joriġinaw biss minn pajjiżi terzi inklużi fil-lista ta’ pajjiżi terzi bi pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti approvat għal dawk l-annimali li jipproduċu l-ikel jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali, u li l-proċeduri li għandha stabbiliti għal dan il-għan huma biżżejjed biex jiggarantixxu t-traċċabbiltà u l-oriġini ta’ dawk il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

    (2)

    Deskrizzjoni komprensiva, mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tal-proċeduri stabbiliti fil-pajjiż terz, biex tissostanzja d-dikjarazzjoni msemmija fil-punt 1.

    M.   Informazzjoni speċifika għall-budellati tal-annimali

    Deskrizzjoni tas-sistema stabbilita biex jiġi żgurat li ma tintuża l-ebda sustanza antimikrobika, li l-użu tagħha fl-annimali li jipproduċu l-ikel huwa pprojbit fl-Unjoni f’konformità mat-Tabella 2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, fit-trattament tal-budellati.

    PARTI III

    Pjan ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti – informazzjoni meħtieġa

    A.   Bidliet introdotti fil-pjan ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti

    (1)

    Data aġġornata dwar il-produzzjoni tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali koperti mill-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u l-impatt fuq l-għadd ta’ kampjuni ppjanati.

    (2)

    Dettalji dwar kwalunkwe bidla li tkun seħħet mis-sottomissjoni annwali preċedenti tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti u li tbiddel l-informazzjoni pprovduta qabel fil-Parti II, il-punti A sa M.

    (3)

    Fin-nuqqas ta’ bidliet, meta rilevanti, għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni li ma kien hemm l-ebda bidla fil-Parti II, il-punti A sa M.

    B.   Riżultati tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti tas-sena preċedenti

    (1)

    Ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontroll għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti tas-sena preċedenti, flimkien mal-pjan ta’ kontroll aġġornat għas-sustanzi farmakoloġikament attivi, għall-pestiċidi u għall-kontaminanti.

    (2)

    Ġustifikazzjoni għal kwalunkwe diskrepanza bejn l-għadd ta’ kampjuni, jew is-sustanzi li kellhom jiġu analizzati, u l-għadd ta’ kampjuni u/jew is-sustanzi analizzati realment.

    (3)

    Dettalji dwar ir-riżultati mhux konformi mal-limiti massimi ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi, il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi jew il-livelli massimi ta’ kontaminanti tal-Unjoni, inklużi, għal kull wieħed minn dawn ir-riżultati mhux konformi, id-dati tal-kampjunar, id-dati tad-disponibbiltà tar-riżultati analitiċi, ir-residwi markaturi identifikati, il-konċentrazzjonijiet imkejla, il-metodi analitiċi użati u l-laboratorji involuti.

    (4)

    Għal kull wieħed mir-riżultati mhux konformi, deskrizzjoni tal-eżitu tal-investigazzjonijiet ta’ segwitu mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, x’kienet ir-raġuni għan-nuqqas ta’ konformità u kwalunkwe miżura meħuda biex tiġi pprevenuta r-rikorrenza.

    ANNESS II

    Tabella ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 24, it-tieni paragrafu

    Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/625

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 13

    Artikolu 6

    Artikolu 14

    Artikolu 7

    Artikolu 15

    Artikolu 8

    Artikolu 16

    Artikolu 9

    Artikolu 17

    Artikolu 10

    Artikolu 18

    Artikolu 11

    Artikolu 19

    Artikolu 12

    Artikolu 20

    Artikolu 13

    Artikolu 21

    Artikolu 14

    Artikolu 22


    Top