Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0595

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/595 tal-11 ta' April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/2947

ĠU L 103, 12.4.2019, pp. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1158

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/595/oj

12.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/595

tal-11 ta' April 2019

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi qbil mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dak il-perjodu. Ir-Renju Unit imbagħad isir pajjiż terz.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 (2) jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi milquta mill-inċident ta' Chernobyl joħorġu ċertifikati tal-esportazzjoni li jattestaw li l-prodotti li jakkumpanjaw ikunu konformi mal-livelli massimi permessi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 733/2008. Il-pajjiżi terzi speċifiċi kkonċernati huma elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/370 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 sabiex ir-Renju Unit jitqiegħed fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/370 japplika mid-data ta' wara dik li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għal u fir-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx daħal fis-seħħ ftehim dwar il-ħruġ sa dik id-data jew il-perjodu ta' sentejn imsemmi fl-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma jkunx ġie estiż.

(4)

Fuq talba tar-Renju Unit, fl-22 ta' Marzu 2019, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jestendi l-perjodu msemmi fl-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2019/370, kif speċifikat fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, ma jistgħux jibqgħu jiġu ssodisfati.

(5)

Għalhekk, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan u għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dik l-emenda.

(6)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta' urġenza.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1635/2006, tiżdied l-entrata li ġejja:

“Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-għada tal-jum li fih il-liġi tal-Unjoni tieqaf tapplika għar-Renju Unit u fih.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' April 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 201, 30.7.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1635/2006 tas-6 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident tal-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl (ĠU L 306, 7.11.2006, p. 3).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/370 tas-7 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1635/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 737/90, minħabba l-irtirar tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (ĠU L 68, 8.3.2019, p. 1).


Top