EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1741

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1741 tat-23 ta’ Settembru 2019 li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (notifikata bid-dokument C(2019) 6745) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/6745

ĠU L 267, 21.10.2019, p. 3–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/02/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1741/oj

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/3


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1741

tat-23 ta’ Settembru 2019

li tistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE

(notifikata bid-dokument C(2019) 6745)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament”), l-Istati Membri jirrapportaw data lill-Kummissjoni dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti ta’ inkwinanti minn faċilitajiet industrijali kbar. Il-Kummissjoni tikkompila din id-data f’Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti elettroniku u disponibbli pubblikament (minn hawn ’il quddiem il-“PRTR Ewropew”) sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali u fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-ambjent.

(2)

Sabiex tissaħħaħ il-koerenza mar-rapportar tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) dwar l-emissjonijiet industrijali li l-format, il-frekwenza u l-kontenut tagħha huma stabbiliti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 (3), ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (minn hawn ’il quddiem “l-Emenda”) biex jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-informazzjoni li trid tkun disponibbli skont ir-Regolament, u tabolixxi l-format tar-rapportar stabbilit attwalment f’dak ir-Regolament.

(3)

L-Emenda enfasizzat l-importanza predominanti li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jaċċessaw malajr l-informazzjoni ambjentali u l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jagħmlu d-data disponibbli pubblikament malajr daqs kemm fattibbli teknikament. L-Emenda ddeterminat ukoll li r-rapportar mill-Istati Membri jenħtieġ li jsir sa mhux aktar tard minn 11-il xahar wara tmiem is-sena u stabbiliet l-għan li l-informazzjoni tkun disponibbli fi żmien tliet xhur minn tmiem is-sena, inkluż billi jsir progress lejn dan l-objettiv permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont ir-Regolament.

(4)

Il-prattiċi u t-teknoloġija tal-informatika li qed jintużaw illum għar-rapportar għandhom l-għan li jiżguraw il-kwalità għolja tad-data, kemm fir-reġistri dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta’ inkwinanti nazzjonali u fil-PRTR Ewropew. Jenħtieġ li l-objettiv li l-informazzjoni tal-PRTR Ewropew issir disponibbli għall-pubbliku aktar kmieni, ikun jippromwovi r-rapportar ta’ informazzjoni ta’ kwalità għolja. Peress li dan l-objettiv jeħtieġ l-implimentazzjoni ta’ approċċ gradwali u tħejjija bir-reqqa, inkluż l-ittestjar ta’ metodi ġodda ta’ rapportar u l-iżvilupp ta’ għodod ġodda ta’ rapportar, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ validazzjoni u kontroll tal-kwalità tad-data rrapportata, jenħtieġ li l-iskadenzi tar-rapportar jiġu riveduti fid-dawl tal-progress fit-teknoloġija tal-informatika, tar-riżultati tal-ittestjar pilota u tal-aqwa prattiki tal-Istati Membri.

(5)

Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit b’Artikolu 19 tar-Regolament.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness, billi jużaw l-format elettroniku speċifiku li għandu jiġi żviluppat għall-finijiet ta’ dan ir-rapportar.

L-informazzjoni stabbilita fl-Anness għandha tiġi sottomessa l-ewwel għas-sena ta’ rapportar 2019, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor f’dak l-Anness.

L-informazzjoni amministrattiva stabbilita fit-Taqsimiet 1 sa 4 tal-Anness għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ rapportar ta’ wara.

L-informazzjoni tematika stabbilita fit-Taqsimiet 5 sa 10 tal-Anness għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ rapportar ta’ wara.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-fattibbiltà tal-progress lejn l-objettiv li l-pubbliku jkollu disponibbiltà aktar kmieni tad-data tal-PRTR Ewropew. Dan ir-rieżami għandu jinkludi skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar l-aqwa prattiki nazzjonali u t-tekniki u l-għodod disponibbli li jippermettu rapportar aktar kmieni.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1135 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 40)

(4)  Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 115).


ANNESS

Li jistabbilixxi l-format u l-frekwenza tad-data li għandhom jagħmlu disponibbli l-Istati Membri għall-finijiet tar-rapportar skont ir-Regolament (KE) Nru 166/2006

Nota:

L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-informazzjoni li huma jqisu kunfidenzjali, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet li jidhrilhom li jipprekludu lill-Kummissjoni milli tagħmilha pubblikament disponibbli.

A. Informazzjoni amministrattiva

1.

Identifikazzjoni ta’ min jagħmel rapport

Tip

Format

1.1.

L-identifikatur tal-pajjiż

L-identifikazzjoni tal-pajjiż fejn tinsab il-faċilità rrapportata.

1.2.

Is-sena tar-rapportar

Is-sena kalendarja li għaliha jirreferi r-rapportar.

2.

Identifikazzjoni tal-faċilità  (1),  (2)

Tip

Format

2.1.

inspireId

Identifikatur uniku tal-faċilità li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)

2.2.

thematicId (4)

Identifikatur ta’ oġġett tematiku.

2.3.

Identifikatur tal-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

Fejn l-installazzjoni tkun koperta kompletament jew parzjalment mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-identifikatur li jintuża għar-rapportar skont dik id-Direttiva.

2.4.

Isem il-faċilità

Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tal-faċilità.

2.5.

Isem il-kumpanija prinċipali

Kumpanija prinċipali hija kumpanija li tippossjedi jew tikkontrolla l-kumpanija li topera l-faċilità (pereżempju billi jkollha aktar minn 50 % tal-kapital tal-ishma tal-kumpanija jew maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta’ azzjonisti jew assoċjati) – ara d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

2.6.

Indirizz

L-indirizz postali tal-faċilità kif definit skont in-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż.

2.7.

Ġeometrija

Latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tal-faċilità) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames (5) ċifri deċimali.

2.8.

Distrett tal-Baċir tax-Xmara

Identifikatur tal-kodiċi u/jew isem assenjat lid-distrett tal-baċir ta’ kanal tal-ilma.

2.9.

Funzjoni

Attivitajiet imwettqa mill-faċilità. Il-funzjoni tiġi deskritta mill-attivitajiet tal-faċilità espressi bħala kodiċijiet NACE.

2.10.

Attivitajiet tal-PRTR Ewropew tal-Anness I

Attivitajiet tal-Anness I imwettqa fil-faċilità, bl-indikazzjoni tal-attività ewlenija u l-attivitajiet l-oħrajn kollha.

2.11.

Status

L-istatus operazzjonali tal-faċilità.

2.12.

Volum tal-produzzjoni (7),  (8)

 

2.13.

Numru ta’ sigħat ta’ tħaddim fis-sena (9)

Mhux obbligatorja.

2.14.

Numru ta’ impjegati (10)

Mhux obbligatorja.

2.15.

Indirizz tas-sit web

L-indirizz tas-sit web tal-faċilità jew tal-kumpanija prinċipali li turi r-rapport ambjentali jew id-dikjarazzjoni tal-EMAS għall-faċilità jew għall-kumpanija prinċipali.

2.16.

Rimarki

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Mhux obbligatorja.

3.

Informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-PRTR Ewropew għall-faċilità

Tip

Format

3.1.

Isem l-awtorità kompetenti

 

3.2.

Indirizz tal-awtorità kompetenti

L-indirizz postali kif definit skont in-numru tal-binja, it-triq, il-belt/ir-raħal, il-kodiċi postali, il-pajjiż.

3.3.

Indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti

 

3.4.

Numru tat-telefown tal-awtorità kompetenti

 

4.

Informazzjoni fejn il-faċilità tal-PRTR Ewropew tkun parti minn jew tikkoinċidi ma’ “Sit ta’ produzzjon i”  (11)

Tip

Format

4.1.

inspireId

Identifikatur uniku tas-sit ta’ produzzjoni li jsegwi r-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/2/KE.

4.2.

thematicId (12)

Identifikatur ta’ oġġett tematiku tas-sit ta’ produzzjoni.

4.3.

Ġeometrija

Latitudni u lonġitudni (il-koordinati taċ-ċentru approssimattiv tas-sit ta’ produzzjoni) espressi b’referenza għas-sistema ta’ referenza ta’ koordinati ETRS89 (2D)-EPSG:4258, bi preċiżjoni ta’ ħames (5) ċifri deċimali.

4.4.

Isem is-sit ta’ produzzjoni

Denominazzjoni uffiċjali, isem proprju jew konvenzjonali tas-sit ta’ produzzjoni.

B. Informazzjoni tematika

5.

Data dwar ir-rilaxx fl-arja – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

5.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

5.2.

Massa ta’ rilaxx totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tar-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

5.3.

Massa ta’ rilaxx aċċidentali

Il-parti mill-“massa ta’ rilaxx totali” li tirriżulta minn aċċidenti (kg/sena).

6.

Data dwar ir-rilaxx fl-ilma – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

6.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

6.2.

Massa ta’ rilaxx totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tar-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

6.3.

Massa ta’ rilaxx aċċidentali

Il-parti mill-“massa ta’ rilaxx totali” li tirriżulta minn aċċidenti (kg/sena).

7.

Datadwar ir-rilaxx fl-art – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

7.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

7.2.

Massa ta’ rilaxx totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tar-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

7.3.

Massa ta’ rilaxx aċċidentali

Il-parti mill-“massa ta’ rilaxx totali” li tirriżulta minn aċċidenti (kg/sena).

8.

Trasferiment barra mis-sit lejn impjant tat-trattament tal-ilma mormi – għal kull inkwinant li jaqbeż valur limitu fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

8.1.

Isem l-inkwinant

F’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 166/2006.

8.2.

Massa ta’ trasferiment totali

Il-massa totali għal kull inkwinant tat-trasferimenti kollha mis-sorsi kollha fil-faċilità (kg/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

9.

Trasferimenti barra mis-sit ta’ skart perikoluż – fejn jinqabeż il-valur limitu fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

9.1.

Fil-pajjiż għall-irkuprar (R)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

9.2.

Fil-pajjiż għar-rimi (D)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

9.3.

Lejn pajjiżi oħra għall-irkuprar (R)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

L-isem u l-indirizz tal-faċilità tal-irkupru.

L-indirizz tas-sit effettiv tal-irkuprar li qed jirċievi t-trasferiment.

9.4.

Lejn pajjiżi oħra għar-rimi (R)

Il-massa ta’ trasferiment totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

L-isem u l-indirizz tal-faċilità tar-rimi.

L-indirizz tas-sit effettiv tar-rimi li qed jirċievi t-trasferiment.

10.

Trasferiment barra mis-sit ta’ skart mhux perikoluż – fejn jinqabeż il-valur limitu fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 166/2006

Tip

Format

10.1.

Għall-irkuprar (R)

Il-massa ta’ trasferimenti totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.

10.2.

Għar-rimi (D)

Il-massa ta’ trasferimenti totali (tunnellata/sena).

Metodu ta’ kwantifikazzjoni użat: Imkejjel (b’indikazzjoni tal-metodu analitiku); Ikkalkulat (b’indikazzjoni tal-metodu); Stmat.


(1)  Din hija “Faċilità ta’ Produzzjoni (Production Facility)” kif definita fl-Anness IV, punt 8.2.1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2013 tal-21 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta’ dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 331, 10.12.2013, p. 1) bħala “installazzjoni waħda jew iktar fl-istess sit operata mill-istess persuna fiżika jew ġuridika, maħsuba, mibnija jew installata sabiex taqdi skopijiet speċifiċi ta’ produzzjoni jew industrijali, li tinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha” u koperta mir-Regolament (KE) Nru 166/2006.

(2)  Fejn Faċilità tkun koperta wkoll mid-Direttiva 2010/75/UE, il-bażi ġuridika għall-għoti ta’ din l-informazzjoni hija d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1135.

(3)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(4)  Dan il-kamp għandu multipliċità ta’ 0-1 skont INSPIRE, u għaldaqstant mhuwiex kamp obbligatorju.

(5)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(6)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(7)  Fakultattiv għas-snin ta’ rapportar 2019 u 2020. Mis-sena ta’ rapportar 2021, ir-rapportar huwa obbligatorju għas-setturi fejn il-Kummissjoni għandha unitajiet u metriċi għar-rapportar.

(8)  Il-punti tad-data individwali mhux se jsiru pubbliċi permezz tar-PRTR Ewropew, mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali.

(9)  Ara n-Nru 7 (aktar ’il fuq)

(10)  Ara n-Nru 7 (aktar ’il fuq)

(11)  Din hija “Faċilità ta’ Produzzjoni (Production Facility)” kif definita fir-Regolament (UE) Nru 1253/2013, l-Anness IV, il-punt 8.2.4 bħala “L-art kollha f’lokalità ġeografika distinta fejn kienet lokalizzata, hija lokalizzata jew huwa maħsub li tiġi lokalizzata l-faċilità ta’ produzzjoni. Din tinkludi l-infrastruttura, it-tagħmir u l-materjali kollha .” u hija koperta mir-Regolament (KE) Nru 166/2006.

(12)  Dan il-kamp għandu multipliċità ta’ 0-1 skont INSPIRE.


Top