EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1464

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 tat-2 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo (Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo. ) wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra

C/2017/3631

ĠU L 209, 12.8.2017, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R0823

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1464/oj

12.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1464

tat-2 ta' Ġunju 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija lill-Kosovo (*1) wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ipprovda aċċess illimitat bla dazju għas-suq tal-Unjoni għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw mill-pajjiżi u t-territorji li jibbenefikaw mill-proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni sa fejn u sakemm ftehimiet bilaterali ma' dawk il-pajjiżi u t-territorji ġew konklużi.

(2)

L-aħħar ta' dawn il-ftehimiet bilaterali, il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat (2) u konkluż (3). Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2016.

(3)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jistabbilixxi reġim ta' kummerċ kuntrattwali bejn l-Unjoni u l-Kosovo. Il-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fuq in-naħa tal-Unjoni huma komparabbli mal-preferenzi unilaterali mogħtija mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009.

(4)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 il-Kummissjoni hija responsabilizzata li tadotta atti delegati biex tintroduċi l-emendi u aġġustamenti tekniċi neċessarji għall-Annessi I u II tar-Regolament, wara li saru emendi għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u s-suddiviżjonijiet tat-TARIC, kif ukoll l-aġġustamenti neċessarji wara l-għoti ta' preferenzi kummerċjali skont arranġamenti oħra bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji msemmija f'dan ir-Regolament.

(5)

Il-kontinwazzjoni tal-preferenzi unilaterali mogħtija lill-pajjiżi u t-territorji kollha tal-Balkani tal-Punent fil-forma tas-sospensjoni tad-dazji kollha għall-prodotti koperti mill-Kapitoli 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda u l-aċċess tagħhom għal kwota ta' rata tariffarja globali għall-inbid ta' 30 000 hl għandha tiġi żgurata. Barra minn hekk, billi l-kwota tar-rata tariffarja għall-vitella mogħtija lil Kosovo hija inkluża fil-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo, ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

B'żieda ma' dan, billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (4) għamel tibdiliet fin-Nomenklatura Magħquda għal ċerti prodotti tas-sajd u tal-inbid koperti mir-Regolament (KE) Nru 1215/2009, l-Anness I ta' dak ir-Regolament għandu jiġi emendat u aġġustat kif xieraq, għal raġunijiet ta' ċarezza.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Arranġamenti preferenzjali

1.   Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Bosnja u Ħerzegovina, fl-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fit-territorju doganali tal-Kosovo, fil-Montenegro, u fis-Serbja li huma koperti mill-Kapitoli 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda jiġu ammessi għal importazzjoni fl-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet jew miżuri kwantitattivi b'effett ekwivalenti u b'eżenzjoni mid-dazji doganali u tariffi b'effett ekwivalenti.

2.   Il-prodotti li joriġinaw fl-Albanija, fil-Bożnija-Ħerzegovina, fl-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fit-territorju doganali tal-Kosovo, fil-Montenegro jew fis-Serbja għandhom ikomplu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament meta indikat hekk. Tali prodotti għandhom ukoll jibbenefikaw minn kwalunkwe konċessjoni stipulata f'dan ir-Regolament li hija aktar favorevoli minn dik prevista taħt ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi.”

(2)

Fl-Artikolu 3, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, “475 tunnellati” huwa sostitwit bil-kliem “0 tunnellati”.

(3)

L-Anness I qed jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(*1)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(1)  ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/2423 (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 18).

(2)  ĠU L 290, 6.11.2015, p. 4.

(3)  ĠU L 71, 16.3.2016, p. 1.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).


ANNESS

ANNESS I

LI JIKKONĊERNA L-KWOTI TARIFFARJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użati għad-deskrizzjoni tal-prodotti huma meqjusa indikattivi biss, u l-iskema preferenzjali tiġi stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn ex kodiċijiet tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni magħquda tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti.

Numru tal-ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota fis-sena (1)

Benefiċjarji

Rata ta' dazju

09.1571

0301 91 00

0302 11 00

0303 14 00

0304 42 00

ex 0304 52 00

0304 82 00

ex 0304 99 21

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

0305 43 00

ex 0305 59 85

ex 0305 69 80

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0 tunnellata

It-territorju doganali tal-Kosovo (2)

0 %

09.1573

0301 93 00

0302 73 00

0303 25 00

ex 0304 39 00

ex 0304 51 00

ex 0304 69 00

ex 0304 93 90

ex 0305 10 00

ex 0305 31 00

ex 0305 44 90

ex 0305 52 00

ex 0305 64 00

Karpjun komuni (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0 tunnellata

It-territorju doganali tal-Kosovo (2)

0 %

09.1575

ex 0301 99 85

0302 85 10

0303 89 50

ex 0304 49 90

ex 0304 59 90

ex 0304 89 90

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 85

ex 0305 69 80

Pagru (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef, immellaħ jew fis-salmura, iffumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0 tunnellata

It-territorju doganali tal-Kosovo (2)

0 %

09.1577

ex 0301 99 85

0302 84 10

0303 84 10

ex 0304 49 90

ex 0304 59 90

ex 0304 89 90

ex 0304 99 99

ex 0305 10 00

ex 0305 39 90

ex 0305 49 80

ex 0305 59 85

ex 0305 69 80

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj; frisk jew imkessaħ; iffriżat; imnixxef; immellaħ jew fis-salmura, affumikat; fletti u laħam ieħor tal-ħut; dqiq, tħin u gerbub, tajbin għall-konsum mill-bniedem

0 tunnellata

It-territorju doganali tal-Kosovo (2)

0 %

09.1530

ex 2204 21 93

ex 2204 21 94

ex 2204 21 95

ex 2204 21 96

ex 2204 21 97

ex 2204 21 98

ex 2204 22 93

ex 2204 22 94

ex 2204 22 95

ex 2204 22 96

ex 2204 22 97

ex 2204 22 98

ex 2204 29 93

ex 2204 29 94

ex 2204 29 95

ex 2204 29 96

ex 2204 29 97

ex 2204 29 98

Inbid ta' għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux aktar minn 15 % vol, għajr inbid effervexxenti

30 000 hl

L-Albanija (3), il-Bożnija-Ħerzegovina (4), it-Territorju doganali tal-Kosovo (5), l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (6), il-Montenegro (7), is-Serbia (8).

Eżenzjoni

09.1560

ex 2204 21 93

ex 2204 21 94

ex 2204 21 95

ex 2204 21 96

ex 2204 21 97

ex 2204 21 98

ex 2204 22 93

ex 2204 22 94

ex 2204 22 95

ex 2204 22 96

ex 2204 22 97

ex 2204 22 98

ex 2204 29 93

ex 2204 29 94

ex 2204 29 95

ex 2204 29 96

ex 2204 29 97

ex 2204 29 98

Inbid ta' għeneb frisk, ta' saħħa alkoħolika reali bil-volum ta' mhux aktar minn 15 % vol, għajr inbid effervexxenti

0 hl

It-territorju doganali tal-Kosovo (2)

0 %


(1)  Volum globali wieħed għal kull kwota tariffarja aċċessibbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji.

(2)  Suġġett għal restrizzjonijiet importanti speċifikati skont l-Anness IV jew il-Protokoll II tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Kosovo (l-użu ta' dan l-isem hu mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo), min-naħa l-oħra.

(3)  L-aċċess għall-inbid li joriġina mill-Albanija għal din il-kwota tariffarja globali, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel tiġi eżawrita l-kwota tariffarja individwali stipulata fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Albanija. Dik il-kwota individwali hija miftuħa skont l-ordni Nru 09.1512 u Nru 09.1513.

(4)  L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Bożnja-Ħerzegovina, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Bożnja-Ħerzegovina. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1528 u Nru 09.1529.

(5)  L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Kosovo, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Kosovo. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1570 u Nru 09.1572.

(6)  L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mill-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiskadu ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll Addizzjonali dwar l-inbid konkluż mal-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1558 u Nru 09.1559.

(7)  L-aċċess għall-inbid li joriġina mill-Montenegro għall-kwota tariffarja globali, sakemm jikkonċerna l-prodotti tal-kodiċi NM 2204 21, huwa soġġett għall-eżawriment preċedenti tal-kwota tariffarja individwali stipulata fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mal-Montenegro. Dik il-kwota tariffarja individwali tinfetaħ skont in-Nru tal-ordni 09.1514.

(8)  L-aċċess għal din il-kwota tariffarja globali, għall-inbid li joriġina mis-Serbja, jingħata bil-kundizzjoni li l-ewwel jiġu eżawriti ż-żewġ kwoti tariffarji individwali stipulati fil-Protokoll dwar l-inbid konkluż mas-Serbja. Dawk il-kwoti individwali huma miftuħa skont l-ordni Nru 09.1526 u Nru 09.1527.


Top