This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2405
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2405 of 18 December 2015 opening and providing for the management of EU tariff quotas for agricultural products originating in Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2405 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Ukrajna
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2405 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Ukrajna
ĠU L 333, 19.12.2015, p. 89–96
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R1987 Ara Art. 4
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32020R1987 | 01/01/2021 |
19.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/89 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2405
tat-18 ta' Diċembru 2015
li jiftaħ u jipprevedi l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Ukrajna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 187(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE (2) awtorizzat l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (3) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim. L-Artikolu 29(1) tal-Ftehim jistipula li d-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna jridu jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-Anness I-A tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV ta' dak il-Ftehim. L-Appendiċi ta' dak l-Anness jelenka l-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna, inklużi prodotti agrikoli li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(2) |
Sakemm il-Ftehim jiġi applikat b'mod provviżorju, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), infteħu kwoti tariffarji għall-2014 u l-2015 għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw fl-Ukrajna u dawn kienu amministrati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (5). |
(3) |
Il-Ftehim se jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Għalhekk jeħtieġ li jinfetħu kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli mniżżlin fl-Anness I-A tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tal-Ftehim mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. |
(4) |
Kif previst fil-Ftehim, sabiex jibbenefikaw mill-konċessjonijiet tariffarji previsti f'dan ir-Regolament, il-prodotti mniżżlin fl-Anness għandu jkollhom magħhom prova tal-oriġini. |
(5) |
In-Nomenklatura Magħquda (NM) mogħtija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (6), kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 (7), fiha kodiċijiet tan-NM ġodda li huma differenti minn dawk imsemmija fil-Ftehim. Għaldaqstant, l-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jirrifletti l-kodiċijiet tan-NM l-ġodda. |
(6) |
Parti mill-Ftehim għandha tiġi applikata b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. Sabiex ikun żgurat li l-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim jiġu applikati u amministrati b'mod effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016 'il quddiem. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għandhom jinfetħu kwoti tariffarji tal-UE għall-prodotti mniżżlin fl-Anness li joriġinaw fl-Ukrajna.
Artikolu 2
Id-dazji doganali li japplikaw għall-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti mniżżlin fl-Anness li joriġinaw fl-Ukrajna għandhom jiġu sospiżi fil-kwoti tariffarji rispettivi stipulati fl-Anness.
Artikolu 3
Il-prodotti mniżżlin fl-Anness għandu jkollhom magħhom prova tal-oriġini kif stipulat fl-Anness III tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra.
Artikolu 4
Il-kwoti tariffarji stipulati fl-Anness għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/668/UE tat-23 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-Titolu III (bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw it-trattament ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment impjegati bħala ħaddiema fit-territorju tal-Parti l-oħra) u t-Titoli IV, V, VI u VII tiegħu, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli relatati (ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1).
(3) Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 118, 22.4.2014, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1).
ANNESS
Minkejja r-regoli ta' interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv, filwaqt li l-iskop tal-iskema preferenzjali jkun deċiż, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu meta jiġi adottat dan ir-Regolament.
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwota |
Volum annwali tal-kwota (il-piż nett f'tunnellati sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) |
09.6700 |
0204 22 50 0204 22 90 |
Saqajn tan-nagħaġ u qatgħat oħrajn bl-għadma (minbarra l-karkassi u n-nofs karkassi, il-kwarti ta' quddiem qosra u l-qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf), friski jew imkessħin |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
1 500 (1) |
0204 23 |
Laħam tan-nagħaġ bla għadma, frisk jew imkessaħ |
|||
0204 42 30 0204 42 50 0204 42 90 |
Qatgħat tal-laħam tan-nagħaġ bl-għadma, iffriżati (minbarra l-karkassi u n-nofs karkassi u l-kwarti ta' quddiem qosra) |
|||
0204 43 10 0204 43 90 |
Laħam tal-ħaruf iffriżat, bla għadma Laħam tan-nagħaġ iffriżat, bla għadma |
|||
09.6701 |
0409 |
Għasel naturali |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
5 000 (2) |
09.6702 |
0703 20 |
Tewm, frisk jew imkessaħ |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
500 |
09.6703 |
1004 |
Ħafur |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
4 000 |
09.6704 |
1701 12 |
Zokkor tal-pitravi mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
20 070 |
1701 91 |
|
|||
1701 99 |
Zokkor ieħor minbarra z-zokkor mhux raffinat |
|||
1702 20 10 |
Zokkor tal-aġġru f'forma solida, li fih miżjudin ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur |
|||
1702 90 30 |
Isoglukows f'forma solida, li fih fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows |
|||
1702 90 50 |
Maltodextrin f'forma solida u ġulepp tal-maltodextrin, li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows |
|||
1702 90 71 1702 90 75 1702 90 79 |
Karamella |
|||
1702 90 80 |
Ġulepp tal-inulina |
|||
1702 90 95 |
Zokkor ieħor, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta' ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruktows |
|||
09.6705 |
1702 30 1702 40 |
Glukows u ġulepp tal-glukows, li ma fihomx fruktows jew fihom fl-istat xott anqas minn 50 % tal-piż fruktows, ħlief zokkor maqlub (invert) |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
10 000 (3) |
1702 60 |
Fruktows ieħor u ġulepp tal-fruktows, li fihom fl-istat xott aktar minn 50 % tal-piż fruktows, ħlief zokkor maqlub (invert) |
|||
09.6706 |
2106 90 30 |
Ġuleppijiet tal-isoglukows imħawrin jew ikkuluriti |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
2 000 |
2106 90 55 |
Ġulepp tal-glukows u ġulepp tal-maltodestrin imħawrin jew ikkuluriti |
|||
2106 90 59 |
Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti (minbarra l-ġuleppijiet tal-isoglukows, tal-laktows, tal-glukows u tal-maltodestrin) |
|||
09.6707 |
ex 1103 19 20 |
Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasti tal-barli |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
6 300 (4) |
1103 19 90 |
Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasti taċ-ċereali (minbarra l-qamħ, is-segala, l-ħafur, il-qamħirrum, ir-ross u l-barli) |
|||
1103 20 90 |
Griebeb taċ-ċereali (minbarra l-qamħ, is-segala, l-ħafur, il-qamħirrum, ir-ross u l-barli) |
|||
1104 19 10 1104 19 50 1104 19 61 1104 19 69 |
Ħbub tal-qamħ imremblin jew imqattgħin irqaq Ħbub tal-qamħirrum imremblin jew imqattgħin irqaq Ħbub tal-barli mremblin Ħbub tal-barli mqattgħin irqaq |
|||
ex 1104 29 |
Ħbub maħdumin (pereżempju mqaxxrin, imfarrkin f'biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), minbarra dawk tal-ħafur, tas-segala u tal-qamħirrum |
|||
1104 30 |
Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, mqatta' rqiq jew mitħuna |
|||
09.6708 |
1107 |
Malt, kemm jekk inkaljat jew le |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
7 000 |
1109 |
Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le |
|||
09.6709 |
1108 11 |
Lamtu tal-qamħ |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
10 000 |
1108 12 |
Lamtu tal-qamħirrum |
|||
1108 13 |
Lamtu tal-patata |
|||
09.6710 |
3505 10 10 3505 10 90 |
Destrini u lamti oħrajn modifikati (minbarra l-lamti, esterifikati jew eterifikati) |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
1 000 (5) |
3505 20 30 3505 20 50 3505 20 90 |
Kolol li fihom, bil-piż, 25 % jew iktar ta' lamti jew destrini jew lamti oħrajn modifikati |
|||
09.6711 |
2302 10 2302 30 2302 40 10 2302 40 90 |
Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta' gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali (minbarra dawk tar-ross) |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
17 000 (6) |
2303 10 11 |
Fdal mill-manifattura ta' lamtu mill-qamħirrun (ħlief likuri konċentrati mit-tixrib), b'kontenut ta' proteina, kalkulat fuq il-prodott xott, ta' aktar minn 40 % tal-piż |
|||
09.6712 |
0711 51 |
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
500 |
2003 10 |
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku |
|||
09.6713 |
0711 51 |
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus ippreservat provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
500 |
09.6714 |
2002 |
Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
10 000 |
09.6715 |
2009 61 90 |
Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), b'valur Brix mhux ogħla minn 30, ta' valur ma jaqbiżx it-18-il EUR kull 100 kg piż nett |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
10 000 (7) |
2009 69 11 |
Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), ta' valur Brix aktar minn 67, ta' valur taħt it-22 EUR kull 100 kg piż nett |
|||
2009 69 71 2009 69 79 2009 69 90 |
Meraq tal-għeneb (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer), b'valur Brix ogħla minn 30 iżda taħt is-67, ta' valur taħt it-18-il EUR kull 100 kg piż nett |
|||
2009 71 2009 79 |
Meraq tat-tuffieħ |
|||
09.6716 |
0403 10 51 0403 10 53 0403 10 59 0403 10 91 0403 10 93 0403 10 99 0403 90 71 0403 90 73 0403 90 79 0403 90 91 0403 90 93 0403 90 99 |
Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le, imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
2 000 |
09.6717 |
0405 20 10 0405 20 30 |
Dlik (pejst) tal-butir b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, ta' 39 % jew aktar iżda mhux aktar minn 75 % |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
250 |
09.6718 |
0710 40 0711 90 30 2001 90 30 2004 90 10 2005 80 |
Qamħ ħelu |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
1 500 |
09.6719 |
1702 50 |
Fruktows kimikalment pur |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
2 000 (8) |
1702 90 10 |
Maltosju kimikament pur |
|||
ex 1704 90 99 |
Ħelu ieħor taz-zokkor, mingħajr kawkaw, li fih 70 % jew aktar tal-piż sukrows |
|||
1806 10 30 1806 10 90 |
Trab tal-kawkaw, li fih 65 % jew aktar tal-piż sukrows jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
|||
ex 1806 20 95 |
Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu iktar minn 2 kg jew f'forma likwida, pejst, trab, granulari jew f'xi forma oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b'kontenut itqal minn 2 kg, li fihom inqas minn 18 % tal-piż butir tal-kawkaw u 70 % jew aktar tal-piż sukrows |
|||
ex 1901 90 99 |
Preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma fihomx kawkaw jew li fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw kalkulat fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li fihom 70 % jew aktar tal-piż sukrows |
|||
2101 12 98 2101 20 98 |
Preparazzjonijiet b'bażi ta' kafè, tè jew matè |
|||
3302 10 29 |
Taħlit ta' sustanzi li jfuħu u taħlit b'bażi ta' waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta' tip użati fl-industriji tax-xorb, li fihom l-aġenti kollha ta' taħwir li jikkaratterizzaw xarba, b'saħħa alkoħolika attwali bil-volum li ma taqbiżx iż-0,5 % |
|||
09.6720 |
1903 |
Tapjoka u sostituti tagħha ppreparati minn lamtu, f'forma ta' qxur, ħbub, perli, frakijiet jew forom simili |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
2 000 |
1904 30 |
Qamħ bulgur |
|||
09.6721 |
1806 20 70 |
Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
300 (9) |
2106 10 80 |
Konċentrati ta' proteini u sustanzi ta' proteini minsuġin oħrajn |
|||
2202 90 99 |
Xorb mhux alkoħoliku, minbarra l-ilma, li fih 2 % jew iktar piż ta' xaħam miksub mill-prodotti ta' titli 0401 sa 0404 |
|||
09.6722 |
2106 90 98 |
Preparazzjonijiet tal-ikel oħrajn li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
2 000 |
09.6723 |
2207 10 2208 90 91 2208 90 99 |
Alkoħol etiliku mhux żnaturat |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
27 000 (10) |
2207 20 |
Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kull saħħa |
|||
09.6724 |
2402 10 |
Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom tabakk |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
2 500 |
2402 20 90 |
Sigaretti li fihom it-tabakk, li ma fihomx imsiemer tal-qronfol |
|||
09.6725 |
2905 43 |
Mannitol |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
100 |
2905 44 |
D-gluċitol (sorbitol) |
|||
3824 60 |
Sorbitol ħlief dak ta' subtitlu 2905 44 |
|||
09.6726 |
3809 10 10 3809 10 30 3809 10 50 3809 10 90 |
Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu ż-żbigħ jew l-iffissar ta' sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta' tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra, b'bażi ta' sustanzi amilaċeużi |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2016 u mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru għal kull perjodu sussegwenti |
2 000 |
(1) B'żieda ta' 150 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(2) B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(3) B'żieda ta' 2 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(4) B'żieda ta' 300 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(5) B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(6) B'żieda ta' 1 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(7) B'żieda ta' 2 000 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(8) B'żieda ta' 200 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(9) B'żieda ta' 40 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.
(10) B'żieda ta' 14 600 tunnellata kull sena mill-1 ta' Jannar 2017 sal-1 ta' Jannar 2021.