This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2093
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2093 of 18 November 2015 amending Regulation (EC) No 718/2007 implementing Council Regulation (EC) No 1085/2006 establishing an instrument for pre-accession assistance (IPA)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2093 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 718/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2093 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 718/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA)
ĠU L 303, 20.11.2015, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007R0718 | Tlestija | artikolu 147 paragrafu 1 punt (c) PT (viii) | 21/11/2015 | |
Modifies | 32007R0718 | Tlestija | artikolu 159a | 21/11/2015 | |
Modifies | 32007R0718 | Tlestija | artikolu 65 paragrafu 4 | 21/11/2015 | |
Modifies | 32007R0718 | Sostituzzjoni | artikolu 147 paragrafu 1 punt (c) PT (vii) | 21/11/2015 |
20.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 303/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2093
tat-18 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 718/2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni (IPA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu;
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (“ir-Regolament IPA”) jistabbilixxi l-għanijiet u l-prinċipji ewlenin fir-rigward tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni għal pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 (2). |
(2) |
Għalkemm ir-Regolament IPA kien japplika biss sal-31 ta' Diċembru 2013, ir-Regolament IPA ikompli jirregola l-implimentazzjoni tal-impenji baġitarji li saru sal-31 ta' Diċembru 2013. Barra minn hekk, l-Artikolu 212 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprovdi li l-Artikolu 166(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4) jibqa' japplika għal dawk l-impenji tal-baġit li jibqgħu disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(3) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 introduċa l-possibbiltà għall-Kummissjoni li toħloq u tamministra fondi fiduċjarji tal-Unjoni għal azzjoni esterna. Tali fondi fiduċjarji tal-Unjoni jistgħu jkunu mod xieraq sabiex jimplimentaw l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament IPA, b'mod partikolari dawk segwiti taħt l-assistenza ta' tranżizzjoni u bini ta' istituzzjonijiet, il-komponenti tal-iżvilupp reġjonali u tar-riżorsi umani. |
(4) |
L-użu ta' fond fiduċjarju tal-Unjoni għal azzjoni esterna għalhekk jista' jkun mod xieraq għall-implimentazzjoni tal-assistenza fil-kuntest tal-kriżi fis-Sirja. Minn mindu bdiet il-kriżi fis-Sirja, it-Turkija għamlet sforzi notevoli biex tospita għadd dejjem jikber ta' refuġjati, li ammontaw għal aktar minn żewġ miljun ruħ f'Ottubru 2015. Bħala konsegwenza, il-pajjiż qed iħabbat wiċċu mal-isfida li jwieġeb għal ħtiġijiet umanitarji għal żmien qasir tar-refuġjati, inklużi minorenni u persuni vulnerabbli, iżda wkoll qed jiffaċċja aktar sfidi fuq perjodu medju u twil ta' żmien, b'mod partikolari, f'reġjuni li jospitaw il-biċċa l-kbira tar-refuġjati, marbuta mas-servizzi soċjali, il-kompetittività u l-infrastruttura kif ukoll aċċess għall-edukazzjoni, inkluż għar-rifuġjati. |
(5) |
L-effiċjenza tal-assistenza mill-Unjoni mogħtija taħt il-komponent tal-iżvilupp reġjonali u taħt il-komponent tal-iżvilupp tar-riżorsi umani tal-IPA fit-Turkija tista' tiżdied f'termini li jiġu indirizzati l-isfidi deskritti hawn fuq jekk l-għajnuna kellha tiġi implimentata permezz tal-Fond Fiduċjarju Reġjonali stabbilit b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana. Il-Fond Fiduċjarju Reġjonali ġie stabbilit bid-Deċiżjoni C(2014) 9615 (5) għal tul ta' żmien ta' 60 xahar. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Unjoni għall-Fond Fiduċjarju Reġjonali għandhom jikkonformaw mal-istrumenti finanzjarji relevanti li jikkontribwixxu għalih, inkluż fir-rigward tal-ambitu ġeografiku. |
(6) |
Il-komponent ta' żvilupp reġjonali tal-IPA jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament tat-tip ta' azzjonijiet ipprovduti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Dawn it-tip ta' azzjonijiet jinkludu l-promozzjoni ta': l-innovazzjoni u l-intraprenditorija; investimenti marbutin mal-provvisti tal-ilma, l-immaniġġar tal-ilma u l-iskart; it-trattament tal-ilma maħmuġ u l-kwalità tal-arja; investimenti fl-edukazzjoni, inkluż fit-taħriġ vokazzjonali; u investimenti fl-infrastruttura tas-saħħa u dik soċjali li jikkontribwixxu għal żvilupp reġjonali u lokali. |
(7) |
Il-komponent ta' riżorsi umani tal-IPA jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament tat-tip ta' azzjonijiet ipprovduti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Dawn it-tip ta' azzjonijiet jinkludu miżuri mmirati lejn iż-żieda fil-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u fit-taħriġ matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, anke b'azzjonijiet immirati biex jinkiseb tnaqqis fin-numru ta' tfal li jħallu l-iskola kmieni u aċċess akbar tal-edukazzjoni tal-bidu, vokazzjonali u terzjarja u t-taħriġ. |
(8) |
Meta wieħed iqis dan kollu, huwa xieraq li tkun ipprovduta l-possibilità tal-użu ta' fondi fiduċjarji tal-Unjoni, stabbilit skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għall-implimentazzjoni tal-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni. |
(9) |
B'mod partikolari, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli dwar l-ippjanar, l-ipprogrammar, ir-rappurtar, il-monitoraġġ u t-tfassil ta' applikazzjonijiet għall-ħlas, kif ukoll għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni minn fond fiduċjarju tal-Unjoni meta jkunu qed jiġu segwiti l-objettivi tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni fi ħdan iż-żoni ta' programm rispettivi, b'mod partikolari rigward l-implimentazzjoni tal-baġit, ta' pubbliċità u ta' eliġibbiltà. |
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat IPA II stabbilit permezz tal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 718/2007 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 718/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 65, il-paragrafu ġdid nru 4 jiddaħħal kif ġej: “4. Taħt dan il-komponent, l-assistenza tista' tiġi implimentata wkoll b'kontribuzzjoni għal fond fiduċjarju tal-Unjoni għall-azzjoni esterna (kontribuzzjoni għall-fond fiduċjarju), maħluq skont l-Artikolu 187 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-programmi rilevanti skont il-programm fiż-żona rispettiva tagħhom. (*) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).”" |
(2) |
L-Artikolu 147(1), il-punt (c) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 159a li ġej: “Artikolu 159a Kontribuzzjoni għal fond fiduċjarju tal-Unjoni għall-azzjoni esterna 1. Taħt il-komponenti tal-iżvilupp reġjonali u tar-riżorsi umani, sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti għall-programm operazzjonali rilevanti fiż-żona tal-programm rispettiva, l-azzjonijiet jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji tal-UE. 2. Fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-fond fiduċjarju, il-programm operazzjonali rilevanti għandu jkun fih biss l-informazzjoni li ġejja:
3. l-Artikoli 150 u 157 ma għandhomx japplikaw għal kontribuzzjonijiet għall-fond fiduċjarju. 4. Il-kontribuzzjoni għall-fond fiduċjarju ma għandhiex tkun soġġetta għal kontrolli ex ante skont l-Artikolu 14; għall-monitoraġġ mill-kumitat settorjali ta' monitoraġġ skont l-Artikoli 59, 167 u 169; il-proċedura biex jintgħażlu l-operazzjonijiet previsti fl- Artikolu 158; u għal evalwazzjonijiet skont l-Artikolu 166. 5. Il-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati ta' implimentazzjoni rigward il-kontribuzzjoni għall-fond fiduċjarju. Fejn ikun xieraq, programm operazzjonali rilevanti jista' wkoll jistabbilixxi dawk ir-regoli. Ir-regoli ta' implimentazzjoni dettaljati għandhom jikkonċernaw b'mod partikolari:
6. Nefqa fir-rigward ta' kontribuzzjoni għall-fond fiduċjarju għandha tkun eliġibbli mid-data li jiġi stabbilit dak il-fond fiduċjarju. Fl-għeluq, id-dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa għandha tippreżenta l-ammont totali tal-kontribuzzjoni li deċiżjoni dwar l-allokazzjoni ta' fondi għal azzjonijiet individwali tkun ittieħdet minn bord operazzjonali tal-fond fiduċjarju sal-31 ta' Diċembru 2017 fit-twettiq tal-għanijiet stabbiliti fil-programm rilevanti u fl-ambitu tal-programm fiż-żona rispettiva tagħhom. 7. Għal applikazzjoni ta' pagament għal pagament interim dwar kontribuzzjoni tal-fond fiduċjarju mill-impenji tal-baġit li saru sal-31 ta' Diċembru 2012, l-aħħar sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 161(1) ma għandhiex tapplika. L-uffiċjal nazzjonali tal-awtorizzazzjoni għandu jiċċertifika fid-dikjarazzjoni ċċertifikata tal-infiq li għandha tiġi ppreżentata sal-31 ta' Diċembru 2015, li l-kontribuzzjoni kienet tħallset lill-fond fiduċjarju identifikat fil-programm rilevanti.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) (ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9615 tal-10 ta' Diċembru 2014 dwar l-istabbiliment tal-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana, “il-Fond Madad”.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 12).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).