This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0296
Council Regulation (EU) No 296/2013 of 26 March 2013 amending Regulation (EC) No 329/2007 concerning restrictive measures against the Democratic People’s Republic of Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 296/2013 tas- 26 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 296/2013 tas- 26 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 90, 28.3.2013, p. 4–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007R0329 | Żieda | anness I TR | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Sostituzzjoni | artikolu 6.2 | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Żieda | artikolu 9 TR | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Żieda | anness VII TR | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 punt B) | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 punt A) | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Emenda | artikolu 3.1 punt C) | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Żieda | artikolu 3.1 punt D) | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Żieda | artikolu 4 BI | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Emenda | anness I BI | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Żieda | artikolu 9 BI | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Żieda | artikolu 4 TR | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Żieda | artikolu 5 BI | 29/03/2013 | |
Modifies | 32007R0329 | Emenda | artikolu 3 BI L1 | 29/03/2013 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32017R1509 | 01/09/2017 |
28.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 296/2013
tas-26 ta’ Marzu 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 (1) jagħmel effettivi miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (2). |
(2) |
Fit-18 ta’ Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/88/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/800/PESK li pprovdiet għal miżuri restrittivi addizzjonali kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (“il-Korea ta’ Fuq”) billi għamlet effettivi miżuri addizzjonali meħtieġa mir-Riżoluzzjoni 2087 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lil miżuri ulterjuri awtonomi tal-Unjoni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2013/88/PESK tinkludi kriterju addizzjonali għan-nominazzjoni awtonoma mill-Unjoni ta’ persuni u ta’ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, jiġifieri persuni involuti, anke permezz tal-għoti ta’ servizzi finanzjarji, fil-provvista lejn jew provenjenti mill-Korea ta’ Fuq, ta’ armi u ta’ materjal relatat ta’ kull tip, jew ta’ oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġiji li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa u ma’ missili ballistiċi. |
(4) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2013/88/PESK tipprojbixxi l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment lejn il-Korea ta’ Fuq ta’ ċerta merkanzija oħra rilevanti għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq li huma relatati mal-armi tal-qerda tal-massa, b’mod partikolari fis-settur tal-missili ballistiċi tagħha, speċjalment ċerti tipi ta’ aluminju. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/88/PESK tipprojbixxi wkoll il-bejgħ, ix-xiri, it-trasport jew is-senserija ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti lejn, minn jew għall-Gvern tal-Korea ta’ Fuq u l-konsenja ta’ karti ta’ flus u muniti ddenominati bħala tal-Korea ta’ Fuq li għadhom kemm ġew stampati jew inħarġu miz-zekka jew li għadhom ma nħarġux għall-benefiċċju tal-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq, kif ukoll il-bejgħ jew ix-xiri ta’ bonds pubbliċi jew bonds garantiti mill-gvern tal-Korea ta’ Fuq. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2013/88/PESK tikkjarifika li fejn il-Kunsill ipprovda għal projbizzjoni fuq is-servizzi finanzjarji, din tinkludi l-għoti ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni. Dan għalhekk jagħmel meħtieġa emenda teknika fir-Regolament (KE) Nru 329/2007. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2013/88/PESK tipprojbixxi l-ftuħ ta’ fergħat ġodda, ta’ sussidjarji, jew ta’ uffiċċji rappreżentattivi ta’ banek tal-Korea ta’ Fuq fit-territorji tal-Istati Membri, l-istabbiliment ta’ impriżi konġunti ġodda, jew it-teħid ta’ interess titolari mill-banek tal-Korea ta’ Fuq, inkluż il-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq, ma’ banek fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. |
(7) |
Barra minn hekk, f’konformità mal-paragrafu 13 tar-Riżoluzzjoni 2087 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jeħtieġ li jiġi stabbilit li l-ebda pretensjoni b’rabta mal-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni milqutin minn dawk il-miżuri ma għandha tingħata lil persuni jew entitajiet nominati jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħrajn fil-Korea ta’ Fuq. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 1. Huma pprojbiti:
2. L-Anness I għandu jinkludi kull oġġett, materjal, tagħmir, prodott u teknoloġija, inkluż softwer, li huma oġġetti jew teknoloġija b’użu doppju kif definit fir-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (*). L-Anness Ia għandu jinkludi oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi. L-Anness Ib għandu jinkludi ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi. 3. Huma pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport tal-prodotti u t-teknoloġija elenkati fl-Annessi I, Ia u Ib mill-Korea ta’ Fuq, kemm jekk l-oġġett ikkonċernat joriġina fil-Korea ta’ Fuq kif ukoll jekk le. |
(2) |
L-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3a(1), il-kliem “fl-Annessi I u Ia” jinbidlu bil-kliem “fl-Annessi I, Ia u Ib”. |
(4) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a 1. Huma pprojbiti:
2. L-Anness VII għandu jinkludi deheb, metalli prezzjużi u djamanti suġġetti għall-projbizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 4b Huma pprojbiti l-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni, direttament jew indirettament, ta’ karti ta’ flus u ta’ muniti ġodda ddenominati bħala tal-Korea ta’ Fuq, li jkunu għadhom kemm ġew stampati jew għadhom ma ħarġux, lil jew għal benefiċċju tal-Bank Ċentrali tal-Korea ta’ Fuq.” “Artikolu 5a 1. Huwa pprojbit għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 16 li:
2. Huma pprojbiti:
|
(5) |
L-Artikolu 6(2) jinbidel b’dan li ġej: “2. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni, entitajiet u korpi elenkati fl-Anness V, jew li huma l-proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom, għandhom jiġu ffriżati. L-Anness V għandu jinkludi persuni, entitajiet u korpi mhux elenkati fl-Anness IV, li, f’konformità mal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/800/PESK tat-22 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (**) ġew identifikati mill-Kunsill:
L-Anness V għandu jiġi rivedut regolarment u mill-inqas kull 12-il xahar. |
(6) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 9a Huma pprojbiti:
Artikolu 9b 1. L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet milquta, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:
2. L-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew tranżazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala milquta mill-miżuri imposti taħt dan ir-Regolament fejn l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament jew indirettament minn dawk il-miżuri. 3. Fi kwalunkwe proċediment għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-adempiment tal-pretensjoni mhuwiex ipprojbit mill-paragrafu 1 għandu jkun tal-persuna li tfittex l-infurzar ta’ dik il-pretensjoni. 4. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, entitajiet u korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal rieżami ġudizzjarju tal-legalità tan-nuqqas ta’ adempiment ta’ obbligi kuntrattwali taħt dan ir-Regolament.”. |
(7) |
L-annotazzjonijiet li jinsabu fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jiddaħħlu fl-Anness Ia eżistenti tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 wara l-annotazzjoni I.A1.020. |
(8) |
L-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness Ib tar-Regolament (KE) Nru 329/2007. |
(9) |
L-Anness III ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 329/2007. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(2) ĠU L 341, 23.12.2010, p. 32.
(3) ĠU L 46, 19.2.2013, p. 28.
ANNESS I
“I.A1.021 |
Ligi tal-azzar fil-forma ta’ folja jew pjanċa, li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:
Nota: Il-frażi ligi ‘kapaċi għal’ tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana. Nota Teknika: ‘Azzar li ma jissaddadx dupleks stabilizzat bin-nitroġenu’ għandu mikrostruttura ta’ żewġ fażijiet li tikkonsisti minn frak ta’ azzar ferritiku u awstenitiku biż-żieda tan-nitroġenu biex jistabbilizza l-mikrostruttura. |
1C116 1C216 |
||||
I.A1.022 |
Materjal Kompożitu tal-Karbonju-Karbonju |
1A002.b.1 |
||||
I.A1.023 |
Ligi tan-nikil f’forma mhux maħduma jew semi fabbrikata, li jkollhom 60 % f’piż jew aktar nikil. |
1C002.c.1.a |
||||
I.A1.024 |
Ligi tat-titanju f’forma ta’ folja jew pjanċa ‘kapaċi għal’ limitu ta’ reżistenza għat-tensjoni ta’ 900 MPa jew aktar f’293 K (20 °C). Nota: Il-frażi ligi ‘kapaċi għal’ tinkorpora liegi qabel jew wara t-trattament bis-sħana. |
1C002.b.3” |
ANNESS II
“ANNESS Ib
Prodotti msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2)
7601 |
Aluminju mhux maħdum |
7602 |
Skart u fdal tal-aluminju |
7603 |
Trabijiet u qxur ta’ aluminju |
7604 |
Biċċiet sħaħ tal-aluminju, vireg u profili |
7605 |
Wajer tal-aluminju |
7606 |
Pjanċi, folji u strixxa ta’ aluminju, eħxen minn 0,2 mm |
7608 |
Tubi u pajpijiet tal-aluminju |
7609 |
Tagħmir għal tubi u pajpijiet ta’ aluminju (pereżempju igganċjar (couplings), liwjiet (elbows), tubi (sleeves)) |
7614 |
Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, ta’ aluminju, mhux insulati għall-elettriku” |
ANNESS III
“ANNESS VII
Lista ta’ deheb, metalli prezzjużi u djamanti msemmija fl-Artikolu 4a
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
7102 |
Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati |
7106 |
Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew bil-platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semimanifatturati, jew f’għamla ta’ trab |
7108 |
Deheb (inkluż deheb miksi bil-platinum), mhux maħdum jew f’għamla semimanifatturata, jew f’għamla ta’ trab |
7109 |
Metalli komuni jew fidda, miksijin bid-deheb, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati |
7110 |
Platinu, mhux maħdum jew f’forom parzjalment maħdumin, jew f’forma ta’ trab |
7111 |
Metalli komuni, fidda jew deheb, miksijin bil-platinu, mhux maħdumin aktar ħlief semimanifatturati |
7112 |
Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fih metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż” |