This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0806
2013/806/EU: Commission Decision of 17 December 2013 establishing the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel for imaging equipment (notified under document C(2013) 9097) Text with EEA relevance
2013/806/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għat-tagħmir tal-immaġni (notifikata bid-dokument C(2013) 9097) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/806/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għat-tagħmir tal-immaġni (notifikata bid-dokument C(2013) 9097) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 353, 28.12.2013, pp. 53–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32013D0806R(01) | (PT) |
|
28.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 353/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Diċembru 2013
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għat-tagħmir tal-immaġni
(notifikata bid-dokument C(2013) 9097)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/806/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti. |
|
(3) |
B’mod partikolari, il-kriterji għandhom l-għan li jippromwovu prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu ta’ ħajjithom, li jkunu effiċjenti fir-riżorsi inkluż fl-enerġija, u li jkun fihom ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi. Billi l-impatti ambjentali ewlenin tat-tagħmir tal-immaġni tul iċ-ċiklu tal-ħajja huma relatati mal-użu tal-karta, il-konsum tal-enerġija u l-użu ta’ sustanzi perikolużi, għandhom jiġu promossi prodotti bi prestazzjoni mtejba fejn jidħlu dawn l-aspetti. Għalhekk jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “tagħmir tal-immaġni”. |
|
(4) |
Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE se jikkumplimentaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni mqiegħed fis-suq tal-UE li huma stabbiliti f’miżura tal-awtoregolamentazzjoni li kkonkludiet l-industrija skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (2). Il-miżura tal-awtoregolamentazzjoni rrikonoxxietha l-Kummissjoni Ewropea fir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iskema volontarja tal-ekodisinn għat-tagħmir tal-immaġni (3). |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp ta’ prodotti “tagħmir tal-immaġni” għandu jkun fih prodotti kummerċjalizzati biex jintużaw fl-uffiċċju jew għal użu domestiku, jew it-tnejn, u li jipproduċu immaġnijiet stampati, fl-għamla ta’ dokument stampat jew ritratt, bi proċess tal-immarkar minn waħda minn dawn jew bit-tnejn li huma:
|
(a) |
immaġni diġitali, li ġejja minn netwerk jew interfaċċja tal-kards, |
|
(b) |
kopja stampata bi proċess tal-ikkopjar. |
It-tagħmir tal-immaġni li jkollu funzjoni addizzjonali li jipproduċi immaġni diġitali ta’ kopja stampata bi proċess tal-iskennjar hu inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal prodotti kummerċjalizzati bħala printers, kopjaturi u apparat multifunzjonali.
2. Il-magni tal-feks, id-dupplikaturi diġitali, il-magni tal-impustar u l-iskeners huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Anki l-prodotti l-kbar li tipikament ma jintużawx f’tagħmir tad-dar u tal-uffiċċju għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jekk dawn ikunu jissodisfaw waħda minn dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi:
|
(a) |
prodotti b’format standard iswed u abjad b’veloċità massima ta’ aktar minn 66 immaġni A4 kull minuta; |
|
(b) |
prodotti b’format standard tal-kulur b’veloċità massima aktar minn 51 immaġni A4 kull minuta; |
|
(c) |
iddisinjat għal materjal A2 u akbar; jew |
|
(d) |
prodotti kummerċjalizzati bħala plotters; |
il-veloċità tinqaleb għall-eqreb numru sħiħ.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“printer” tfisser prodott tal-immaġni disponibbli kummerċjalment li jservi bħala apparat li jistampa l-kopji, u li jista’ jirċievi informazzjoni minn kompjuter ta’ utent wieħed jew minn kompjuters f’netwerk, jew minn apparat ieħor tal-input, meta l-unità tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn konnessjoni tad-dejta jew tan-netwerk; |
|
(2) |
“kopjatur” tfisser prodott tal-immaġni disponibbli kummerċjalment bil-funzjoni unika li jistampa l-istess kopji ta’ oriġinali grafiċi stampati, meta l-unità tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn konnessjoni tad-dejta jew tan-netwerk; |
|
(3) |
“apparat multifunzjonali” tfisser prodott tal-immaġni disponibbli kummerċjalment, li hu apparat integrat fiżikament jew tagħqida ta’ komponenti integrati funzjonalment, li jagħmel waħda jew aktar mill-funzjonijiet ewlenin tal-ikkopjar, l-istampar, l-iskennjar jew l-iffeksjar, meta l-unità tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn konnessjoni tad-dejta jew tan-netwerk u l-funzjonalità tal-ikkopjar hija distinta mill-ikkopjar konvenjenti fuq folja waħda li joffru l-magni tal-feks; |
|
(4) |
“imballaġġ” tfisser il-prodotti kollha magħmula minn kwalunkwe materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu, li jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, it-twassil u l-preżentazzjoni tal-merkanzija, mill-produttur sal-utent; |
|
(5) |
“riċiklaġġ” tfisser kull operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm jekk għall-istess użu oriġinali jew għal skopijiet oħra, inklużi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda mhux għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li jridu jintużaw bħala fjuwils jew għall-operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid; |
|
(6) |
“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha l-prodotti jew il-komponenti li ma jkunux skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsubin; |
|
(7) |
“kontenut (ta’ prodott) użat mill-ġdid” tfisser il-kontenut ta’ prodott li għadda minn operazzjoni ta’ użu mill-ġdid; |
|
(8) |
“apparat kontra l-użu mill-ġdid tal-kartriġ” tfisser apparat imwaħħal fuq il-kartriġ jew softwer/ħardwer li hu meħtieġ biex taħdem il-kartriġ iżda li jwaqqaf l-użu mill-ġdid dirett tal-kartriġ; |
|
(9) |
“spare part” tfisser parti interkambjabbli li tinżamm f’inventarju u li tintuża biex jissewwew jew jinbidlu partijiet bil-ħsara; |
|
(10) |
“oġġetti tal-konsum” tfisser oġġetti li mhumiex tal-elettriku, li jiġu kummerċjalizzati separatament mit-tagħmir ewlieni tal-immaġni u li huma meħtieġa biex il-prodott jaħdem; |
|
(11) |
“tagħmir f’netwerk” tfisser kull tagħmir li jista’ jitqabbad ma’ netwerk u li jkollu port tan-netwerk wieħed jew aktar; |
|
(12) |
“port tan-netwerk” tfisser interfaċċja fiżika, bil-wajer jew mingħajru, tal-konnessjoni tan-netwerk li tkun fit-tagħmir u li minnha t-tagħmir ikun jista’ jiġi attivat mill-bogħod; |
|
(13) |
“tagħmir imqabbad ma’ netwerk b’disponibbiltà ta’ netwerk għolja” (tagħmir HiNA) tfisser tagħmir b’waħda jew aktar minn dawn il-funzjonalitajiet, bħala l-funzjonalità/funzjonalitajiet ewlenija/ewlenin: router, swiċċ ta’ netwerk, punt ta’ aċċess għan-netwerk bla fili, hub, modem, telefown VoIP, vidjofown; |
|
(14) |
“tagħmir li jipprintja fil-kobor” tfisser tagħmir li jipprintja ddisinjat biex jipprintja fuq materjal A2 jew akbar, inkluż it-tagħmir iddisinjat biex jieħu materjal kontinwu wiesa’ mill-anqas 406 mm; |
Artikolu 3
Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, għal prodott li jinsab fil-grupp ta’ prodotti “tagħmir tal-immaġni” kif definit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni u tal-verifika huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 4
Il-kriterji u r-rekwiżiti relatati tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti “tagħmir tal-immaġni” għandu jkun 43.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(3) COM(2013) 23 final.
ANNESS
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA
Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għat-tagħmir tal-immaġni:
|
|
IL-ĠESTJONI TAL-KARTA
|
|
|
L-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
|
|
|
L-EMISSJONIJIET TAL-ARJA TA’ ĠEWWA
|
|
|
L-EMISSJONIJIET TAL-ĦOSS
|
|
|
SUSTANZI U TAĦLITIET FIT-TAGĦMIR TAL-IMMAĠNI
|
|
|
L-UŻU MILL-ĠDID, IR-RIĊIKLAĠĠ U L-ĠESTJONI TA’ TMIEM IL-ĦAJJA TAL-OĠĠETTI
|
|
|
IL-LINKA U T-TONER
|
|
|
KRITERJI OĦRA
|
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati għal kull kriterju.
It-tagħmir tal-immaġni kollu li japplika għall-Ekotikketta tal-UE jrid jissodisfa l-kriterji. Meta l-applikant jeħtieġlu jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra li turi konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, kif ikun xieraq.
Meta jixraq, jistgħu jintużaw metodi tat-testijiet oħra li mhumiex indikati għal kull kriterju, diment li l-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta possibbli, it-testijiet għandhom jagħmluhom laboratorji li jilħqu r-rekwiżiti ġenerali tal-Istandard Ewropew EN ISO 17025 jew ekwivalenti.
Meta jixraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.
IL-ĠESTJONI TAL-KARTA
Il-kriterju 1. Id-disponibbiltà tal-istampar N-up
It-tagħmir tal-immaġni għandu joffri l-karatteristika standard li jkun jista’ jistampa u/jew jikkopja żewġ paġni jew aktar ta’ dokument fuq folja waħda meta l-prodott imexxih is-softwer oriġinali li jipprovdi l-manifattur.
Valutazzjoni u verifika: lill-korp kompetenti tal-għoti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, li tagħti spjegazzjoni x’għandhom jagħmlu l-utenti biex jistampaw żewġ paġni jew aktar fuq folja waħda.
Il-kriterju 2. L-istampar fuq iż-żewġ naħat
It-tagħmir tal-immaġni li għall-istampar jew l-ikkopjar monokromatiċi jaħdem bi spid massimu ta’ 19-il immaġni fil-minuta (ipm) jew aktar għal karta A4 għandu jkollu unità tal-istampar/ikkopjar fuq iż-żewġ naħat awtomatika.
Il-funzjoni tal-istampar u/jew ikkopjar fuq iż-żewġ naħat għandha tkun issettjata bħala n-norma fis-softwer oriġinali li jipprovdi l-manifattur. Għall-apparat li jirċievi ordni ta’ stampar minn kompjuter, il-manifattur għandu joħloq messaġġ biex jidher fuq l-iskrin tal-utent malli n-norma ssettjata tinbidel għal stampar fuq naħa waħda. Dan il-messaġġ għandu jisħaq li l-istampar fuq naħa waħda jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal aktar impatti ambjentali mill-istampar fuq iż-żewġ naħat.
Valutazzjoni u verifika: lill-korp kompetenti tal-għoti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, li tkun tinkludi dikjarazzjoni tal-ispid għall-istampar monokromatiku, u għall-apparat li jirċievi ordni ta’ stampar minn kompjuter għandu jagħti spjegazzjoni dwar liema messaġġ, fejn u meta jidher għall-utenti.
Il-kriterju 3. L-użu ta’ karta riċiklata
It-tagħmir tal-immaġni għandu jkun jista’ jipproċessa karta riċiklata li tkun magħmula kollha minn karta użata li tilħaq ir-rekwiżiti EN 12281:2002.
Valutazzjoni u verifika: lill-korp kompetenti tal-għoti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.
Il-kriterju 4. L-effiċjenza enerġetika
|
(a) |
Il-konsum tal-enerġija tal-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika tal-kriterju Energy Star v.2.0 (1) għat-tagħmir tal-immaġni. |
|
(b) |
Il-konsum tal-enerġija waqt li t-tagħmir ikun fuq “Stennija man-netwerk”:
|
Valutazzjoni u verifika:
Dwar il-punt (a): lill-korp kompetenti tal-għoti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika kif stabbiliti fl-Energy Star v2.0 u rapport tat-testijiet bir-riżultati tat-test tal-effiċjenza enerġetika skont il-metodi speċifikati fl-Energy Star. Il-prodotti ttikkettati bl-Energy Star v.2.0 iridu jitqiesu konformi ma’ dan il-kriterju u l-applikant għandu jgħaddi kopja tal-formola tar-reġistrazzjoni tal-Energy Star.
Dwar il-punt (b): lill-korp kompetenti tal-għoti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni li jissodisfa l-kriterji inkluż rapport tat-testijiet li jiddikjara l-konsum waqt il-modalità Stennija man-netwerk.
L-EMISSJONIJIET TAL-ARJA TA’ ĠEWWA
Il-kriterju 5. Restrizzjoni fuq l-emissjonijiet ta’ ġewwa
Waqt il-fażi tal-użu, il-prodott ma għandux jarmi s-sustanzi li jniġġsu l-arja li hemm fil-lista tat-Tabella 1 f’ammonti aktar mir-rati massimi tal-emissjoni:
It-Tabella 1
Ir-rati massimi tal-emissjoni għas-sustanzi li jniġġsu l-arja
|
Ir-rata massima tal-emissjoni f’mg/h, |
|||||||
|
|
Stampar monokromatiku |
Stampar bil-kulur |
|||||
|
Modalità Lest |
|
|
|
||||
|
TVOC (*2) |
|
|
|||||
|
Modalità Stampar (total tal-modalità Lest + il-modalità Stampar) |
TVOC (*2) |
10 |
18 |
||||
|
Benżen |
< 0,05 |
< 0,05 |
|||||
|
Stiren |
1,0 |
1,8 |
|||||
|
Sustanzi VOC uniċi mhux identifikati (*2) |
0,9 |
0,9 |
|||||
|
Tal-ożonu (*1) |
1,5 |
3,0 |
|||||
|
Trab (*1) |
4,0 |
4,0 |
|||||
Kull rata massima tal-emissjoni stabbilita fit-Tabella 1 għandha titkejjel skont ir-rekwiżiti deskritti fil-Blue Angel RAL UZ 171 ta’ Lulju 2012 (2).
Valutazzjoni u verifika: lill-korp kompetenti tal-għoti, l-applikant għandu jipprovdilu rapport tat-testijiet li jkun fih ir-riżultati tat-test tal-emissjoni skont il-metodi speċifikati fil-Blue Angel RAL UZ 171 ta’ Lulju 2012. Il-laboratorju tat-testijiet li jagħmel it-test għandu jkun akkreditat skont EN ISO/IEC 1702. L-applikant għandu jehmeż kopja valida taċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni tal-laboratorju tat-testijiet.
L-EMISSJONIJIET TAL-ĦOSS
Il-kriterju 6. L-emissjonijiet tal-ħoss
L-emissjonijiet tal-ħoss għandhom jitkejlu skont il-livell tal-qawwa tal-ħoss dikjarat ipponderat-A li jiddependi fuq l-ispid tal-istampar fil-minuta f’dB bi preċiżjoni ta’ punt wieħed deċimali (jew f’B bi preċiżjoni ta’ żewġ punti deċimali).
Il-livell tal-qawwa tal-ħoss dikjarat ipponderat-A LWAd tal-prodott ma għandux jaqbeż dawn il-limiti waqt li jkun qed jaħdem:
|
(a) |
għall-istampar monokromatiku – il-valur LWAd,lim,bw tal-livell tal-qawwa tal-ħoss dikjarat ipponderat-A għandu jinstab skont l-ispid tal-operat Sbw bi preċiżjoni ta’ punt wieħed deċimali permezz ta’ din il-formula:
LWAd,lim,bw = il-livell tal-qawwa tal-ħoss dikjarat ipponderat-A għall-istampar monokromatiku f’dB |
|
(b) |
għall-istampar bil-kulur – il-valur LWAd,lim,co tal-livell tal-qawwa tal-ħoss dikjarat ipponderat-A għandu jinstab skont l-ispid tal-operat Sco bi preċiżjoni ta’ punt wieħed deċimali permezz ta’ din il-formula:
LWAd,lim,co = il-livell tal-qawwa tal-ħoss dikjarat ipponderat-A għall-istampar bil-kulur f’dB |
|
(c) |
Barra minn hekk, kemm għall-istampar monokromatiku kif ukoll għall-istampar bil-kulur – il-valuri LWAd,lim,bw u LWAd,lim,co tal-livell tal-qawwa tal-ħoss dikjarat ipponderat-A ma għandhomx jaqbżu l-limitu massimu ta’ 75,0 dB:
|
Għal apparat elettrofotografiku tal-kulur serjali bi Sco ≤ 0,5 Sbw , għandu jinstab il-livell tal-qawwa tal-ħoss u jiġi indikat. Għall-finijiet ta’ valutazzjoni għandha titqies b’mod esklussiv il-konformità ma’ LWAd,lim,bw għall-istampar monokromatiku li jistampa bi spid ta’ Sbw .
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu juri l-konformità mar-rekwiżiti tal-kriterji u jressaq rapport tat-test li jkun fih ir-riżultati tal-qawwa tal-ħoss ipponderat-A skont il-metodi speċifikati fit-tielet edizzjoni tal-ISO 7779 (2010). Il-laboratorju tat-testijiet li jagħmel it-test irid ikun akkreditat skont l-EN ISO/IEC 17025 kif ukoll skont l-ISO 7779 għall-kejl akustiku. L-applikant għandu jehmeż kopja taċ-ċertifikat tal-akkreditazzjoni validu tal-laboratorju tat-testijiet.
SUSTANZI U TAĦLITIET FIT-TAGĦMIR TAL-IMMAĠNI
Il-kriterju 7. Sustanzi jew taħlitiet esklużi jew limitati
(a) Sustanzi u taħlitiet perikolużi
Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE ma tistax tingħata lil xi prodott, jew lil xi parti minnu kif jiddefinixxi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew parti omoġenja minnu li jkun fiha sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew bil-frażijiet tar-riskju kif tispeċifika t-Tabella 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KE (5), jew is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Meta l-limitu għall-klassifikazzjoni ta’ sustanza jew taħlita fi klassi tal-periklu jkun differenti minn dak tal-frażi tar-riskju, tal-ewwel jieħu prevalenza. Ġeneralment il-frażijiet tar-riskju fit-Tabella 2 ikunu jirreferu għal sustanzi. Iżda meta ma tkunx tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar is-sustanzi, ikunu japplikaw ir-regoli għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet. Is-sustanzi jew it-taħlitiet li bl-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom u allura ma’ jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jinbidlu kimikament b’tali mod li jitneħħa l-periklu identifikat qabel, dawn ikunu eżentati mill-kriterju 7(a).
It-Tabella 2
Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju
|
Dikjarazzjoni tal-Periklu |
Frażi tar-Riskju |
|
H300 Fatali jekk jinbela’ |
R28 |
|
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
R25 |
|
H304 Jaf jkun fatali jekk jinbela’ u jmur fil-pajp tan-nifs |
R65 |
|
H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda |
R27 |
|
H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda |
R24 |
|
H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs |
R23/26 |
|
H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs |
R23 |
|
H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
|
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
R68 |
|
H350 Jaf iġib il-kanċer |
R45 |
|
H350i Jaf iġib il-kanċer jekk jinġibed man-nifs |
R49 |
|
H351 Suspettat li jġib il-kanċer |
R40 |
|
H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
|
H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
|
H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/61/60-61 |
|
H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60/63 |
|
H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61/62 |
|
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
|
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R63 |
|
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R62-63 |
|
H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa |
R64 |
|
H370 Jagħmel ħsara lill-organi |
R39/23/24/25/26/27/28 |
|
H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi |
R68/20/21/22 |
|
H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
R48/25/24/23 |
|
H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk jiġu esposti għalih fit-tul jew kemm-il darba |
R48/20/21/22 |
|
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
R50-53 |
|
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
R51-53 |
|
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti fit-tul |
R52-53 |
|
H413 Jaf iħalli effetti fit-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
|
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
|
EUH029 Meta jmiss mal-ilma jerħi gass tossiku |
R29 |
|
EUH031 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku |
R31 |
|
EUH032 Meta jmiss mal-aċidi jerħi gass tossiku ħafna |
R32 |
|
EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn |
R39-41 |
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi jew it-taħlitiet li jistgħu jiġu assenjati jew li ġew assenjati d-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-frażi tar-riskju mniżżlin fit-Tabella 2, u li jkunu jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji tal-periklu, u għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, m’għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi li ġew determinati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Meta jkunu ġew determinati limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi, dawn għandhom jieħdu prevalenza fuq dawk ġeneriċi.
Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 m’għandhomx jaqbżu 0,1 % piż skont il-piż.
Il-prodott finali m’għandhiex issirlu tikketta b’dikjarazzjoni tal-periklu.
Għat-tagħmir tal-immaġni, is-sustanzi/komponenti fit-Tabella 3 huma eżentati mill-obbligu fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(7) tal-istess Regolament:
It-Tabella 3
Sustanza/komponenti derogati
|
Oġġetti li jiżnu anqas minn 25 g |
Kull dikjarazzjoni tal-periklu u frażi tar-riskju |
|
Partijiet omoġenji tal-oġġetti kumplessi li jiżnu anqas minn 25 g |
Kull dikjarazzjoni tal-periklu u frażi tar-riskju |
|
Linka u toners u kartriġis |
Kull dikjarazzjoni tal-periklu u frażi tar-riskju |
|
Nikil fl-azzar inossidabbli ta’ kull tip ħlief ta’ gradi b’ħafna kubrit (S > 0,1 %) |
|
|
2-(2H-benżotriażol-2-il)-4-(1,1,3,3,-tetrametilbutil)fenol CAS 3147-75-9 |
|
|
It-trifenilfosfina CAS 603-35-0 |
|
|
(1-metiletiliden)di-4,1-fenilen id-difosfat tat-tetrafenil (BDP) CAS 5945-33-5 u CAS 181028-79-5 meta tintuża pura u mhux ma’ kwalità teknika ta’ 90 % BDP jew inqas |
|
Valutazzjoni u verifika: Għall-prodott jew xi oġġett jew parti omoġenja minnu, l-applikant għandu jiddikjara konformità mal-kriterju 7(a), kif ukoll jagħti dokumentazzjoni relatata, bħal dikjarazzjonijiet tal-konformità li ffirmaw il-fornituri tagħhom, meta ma ssirx klassifikazzjoni tas-sustanzi jew il-materjali f’xi waħda mill-klassijiet tal-periklu assoċjati mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu msemmija fit-Tabella 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan, għallinqas, ikun jista’ jiġi determinat mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti mniżżlin fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni fil-qosor dwar il-karatteristiċi rilevanti li huma assoċjati mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu msemmija fit-Tabella 2, b’ċertu dettall kif jispeċifikaw it-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tinħoloq mod ieħor ħlief b’test, pereżempju billi jintużaw metodi alternattivi bħal metodi in vitro, mudelli kwantitattivi ta’ struttura-attività jew bir-raggruppar jew b’read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. L-użu kondiviż tad-dejta rilevanti fil-katina tal-provvista hu mħeġġeġ bil-qawwa.
L-informazzjoni mogħtija għandu jkollha x’taqsam mal-forom jew il-qagħdiet fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlitiet kif jintużaw fil-prodott finali.
Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li huma eżentati mill-obbligi tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) ta’ dak ir-Regolament, dikjarazzjoni mingħand l-applikant għandha tkun biżżejjed għall-konformità mal-kriterju 7(a).
(b) Is-sustanzi mniżżlin skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
M’għandha tingħata l-ebda deroga għall-esklużjoni mill-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 fejn jidħlu s-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u mniżżlin fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (6), meta jkunu preżenti fit-taħlitiet, f’oġġett jew f’xi parti omoġenja ta’ oġġett kumpless f’konċentrazzjonijiet > 0,1 %. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifiċi determinati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw meta l-konċentrazzjoni tkun anqas minn 0,1 %.
Valutazzjoni u verifika: fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 7(b), u jagħti d-dokumentazzjoni relatata, inklużi d-dikjarazzjonijiet tal-konformità li ffirmaw il-fornituri tal-materjali u kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza għal sustanzi jew taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi u t-taħlitiet.
Il-kriterju 8. Il-merkurju f’sorsi tad-dawl
Il-merkurju jew il-komposti tiegħu ma għandhomx jiżdiedu b’mod intenzjonat fis-sorsi tad-dawl li jintużaw fit-tagħmir tal-immaġni.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara lill-korp kompetenti li s-sorsi tad-dawl tal-prodott ma fihomx aktar minn 0,1 mg ta’ merkurju jew il-komposti tiegħu għal bozza. L-applikant għandu jipprovdi wkoll deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ illuminazzjoni użata.
L-UŻU MILL-ĠDID, IR-RIĊIKLAĠĠ U L-ĠESTJONI TA’ TMIEM IL-ĦAJJA TAL-OĠĠETTI
Il-kriterju 9. Id-disinn għaż-żarmar
Il-manifattur għandu juri li t-tagħmir tal-immaġni jista’ jiżżarma faċilment minn persunal imħarreġ professjonalment bl-għodod li normalment ikollu, bl-iskop li jsewwi jew ibiddel xi partijiet li qdiemu bl-użu, jaġġorna partijiet iktar qodma jew partijiet li ma għadhomx jintużaw, u jissepara partijiet u materjali, biex finalment jiġu rriċiklati jew jintużaw mill-ġdid.
Valutazzjoni u verifika: mal-applikazzjoni għandu jitressaq rapport li jagħti dettalji dwar iż-żarmar tat-tagħmir tal-immaġni. Bil-miktub jew b’mod diġitali, dan għandu jkun fih dijagramma tal-prodott miftuħ beraħ li ssemmi l-komponenti ewlenin u tidentifika kull sustanza perikoluża fil-komponenti.
IL-LINKA U T-TONER
Il-kriterju 10. Id-disinn tat-toner u/jew tal-kartriġis tal-linka għar-riċiklaġġ u/jew biex jintużaw mill-ġdid
Il-prodotti għandhom jieħdu toners u/jew jew kartriġis tal-linka li ġew manifatturati mill-ġdid.
Waqt id-disinn tal-prodotti għandu jitqies li l-prodotti għandhom ikunu jistgħu jieħdu toner u/jew kartriġ tal-linka.
Id-disinn tal-kartriġis li jirrakkomanda l-manifattur (OEM) biex tintuża fil-prodott għandu jippromwovi d-durabbiltà tagħha. M’għandhomx jiġu ppreżentati jew applikati apparat u prattiċi li jipprevjenu l-użu mill-ġdid tiegħu (xi drabi jissejħu apparat/prattiċi li ma jippermettux l-użu mill-ġdid). Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għat-tagħmir tal-immaġni li ma jużax kartriġis.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara konformità ma’ dan il-kriterju. Lill-korp kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu kopja tal-informazzjoni għall-utent. L-applikant għandu jagħti struzzjonijiet dwar kif il-kartriġ tista’ tiġi manifatturata mill-ġdid u/jew terġa’ timtela jew jagħti prova (jiġifieri kampjun wieħed) li l-kartriġis ġew manifatturati mill-ġdid jew reġgħu mtlew skont l-istruzzjonijiet mogħtija.
Il-kriterju 11. Ir-rekwiżit tat-teħid lura tat-toner u/jew tal-kartriġis tal-linka
Lill-utent, l-applikant għandu joffrilu sistema tat-teħid lura biex personalment jew b’konsenja jkun jista’ jirritorna moduli tat-toner u/jew tal-linka u kontenituri tat-toner u/jew tal-linka provduti jew rakkomandati mill-applikant biex jintużaw fil-prodott ħalli dawn il-moduli u l-kontenituri jmorru biex jintużaw mill-ġdid u/jew għar-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li tingħata preferenza għal użu mill-ġdid. Dan japplika wkoll għall-kontenituri tat-toner li jifdal.
Għal dan il-kompitu jistgħu jiġu sottokuntrattati partijiet terzi u dawn għandhom jingħataw l-istruzzjonijiet għal trattament xieraq tal-fdalijiet tat-toner. Partijiet tal-prodott li mhumiex riċiklabbli għandhom jintremew kif xieraq. Il-moduli u l-kontenituri għandhom jittieħdu lura mingħajr ħlas mill-faċilità tat-teħid lura li jsemmi l-applikant. Id-dokumenti tal-prodott għandu jkun fihom informazzjoni fid-dettall dwar is-sistema tat-teħid lura.
Valutazzjoni u verifika: Il-korp kompetenti tal-għoti għandu jingħata dikjarazzjoni li teżisti sistema tat-teħid lura għall-utenti biex jirritornaw moduli tat-toner u/jew tal-linka u kontenituri tat-toner u/jew tal-linka li dawn l-oġġetti konsumabbli jmorru biex jintużaw mill-ġdid u/jew għar-riċiklaġġ, u din għandhom jiffirmawha l-applikant jew il-partijiet terzi sottokuntrattati.
Il-kriterju 12. Is-sustanzi fil-linka u fit-toners
|
(a) |
Ma tista’ tiżdied l-ebda sustanza mat-toners u l-linka (anki l-linka solida) provduti jew rakkomandati mill-applikant biex tintuża fil-prodott li jkun fih il-merkurju, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil jew komposti tal-kromju-VI bħala kostitwenti. Għandhom ikunu eżentati komposti kumplessi tan-nikil b’piż molekolari għoli bħala koloranti. Il-kontaminazzjoni relatata mal-produzzjoni minn metalli tqal, bħall-ossidi tal-kobalt u tan-nikil għandha tinżamm baxxa kemm jista’ jkun teknikament possibbli u ekonomikament raġonevoli. |
|
(b) |
L-ażokoloranti li jaf jirħu ammini aromatiċi karċinoġeniċi milli hemm fil-lista tal-ammini aromatiċi tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jintużaw fit-toners u fil-linka provduti jew rakkomandati mill-applikant biex jintużaw fil-prodott. |
|
(c) |
Is-sustanzi biss li huma elenkati bħala l-hekk imsejħa sustanzi eżistenti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 (7) jistgħu jiżdiedu bħala bijoċidi attivi mal-linka provduta jew rakkomandata mill-applikant biex tintuża fil-prodott. |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. Il-korp kompetenti tal-għoti għandu jingħata wkoll dikjarazzjoni tal-konformità ffirmata mill-fornitur(i) tal-linka u t-toners u kopji tal-iskedi tad-dejta rilevanti dwar is-sikurezza tal-materjali u s-sustanzi
KRITERJI OĦRA
Il-kriterju 13. L-imballaġġ
Meta għall-imballaġġ finali tintuża kaxxa tal-kartun, 80 % minnha għandu jkun magħmul minn materjal riċiklat.
Meta għall-imballaġġ finali tintuża borża tal-plastik, 75 % minnha għandu jkun magħmul minn materjal riċiklat jew għandha tkun bijodegradabbli jew kompostabbli, skont id-definizzjonijiet mogħtija fl-EN 13432 jew ekwivalenti.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti u lill-korp kompetenti għandu jgħaddilu kopji tal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjal mingħand il-fornituri tal-materjal għall-imballaġġ. Għal dan il-kriterju hu soġġett biss l-imballaġġ primarju kif definit fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).
Il-kriterju 14. Il-garanzija, il-garanzija tat-tiswija u l-forniment tal-isperparts
L-applikant għandu jagħti garanzija li jsewwi jew jibdel u li għallinqas tibqa’ tgħodd għal ħames snin
L-applikant għandu jiżgura li jkunu disponibbli forniment tal-isperparts u l-infrastruttura meħtieġa għat-tiswija tat-tagħmir għal mill-inqas 5 snin wara tmiem il-produzzjoni ta’ mudell partikolari u li l-utenti tgħarrfu bid-disponibbiltà garantita tal-isperparts. Din il-klawsola ma għandhiex tapplika f’ċirkostanzi inevitabbli u temporanji li l-manifattur ma għandux kontroll fuqhom bħal diżastru naturali.
Valutazzjoni u verifika: mal-korp kompetenti l-applikant għandu jiddikjara l-garanzija tat-tiswija u tal-forniment tal-isperparts u lill-korp kompetenti tal-għoti jagħtih eżempju tal-folja tal-informazzjoni dwar il-prodott u t-termini tal-garanzija. L-applikant jista’ wkoll jagħmel disponibbli l-isperparts għall-prodott tiegħu, mingħajr ħlas jew bi ħlas, permezz ta’ partijiet terzi.
Il-kriterju 15. L-Informazzjoni għall-Utent
L-applikant għandu jgħarraf lill-utent, b’kull lingwa tal-pajjiżi fejn il-prodott jiġi kummerċjalizzat, kif ġej:
|
(a) |
Ir-rilevanza ambjentali tal-konsum tal-karta Fil-manwal tal-prodott għandu jidher dan il-messaġġ: “L-impatti ambjentali ewlenin ta’ dan il-prodott tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu huma relatati mal-konsum tal-karta. Inqas ma tintuża karta inqas ikunu l-impatt ambjentali ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja. Hu rakkomandat li tistampa fuq iż-żewġ naħat u tuża l-funzjoni ta’ stampar ta’ ħafna paġni fuq folja waħda.” |
|
(b) |
Il-ħsejjes Meta l-livell tal-qawwa tal-ħoss ipponderat-A mkejjel tal-apparat ikun jaqbeż it-63,0dB(A), fil-manwal tal-prodott għandu jidher dan il-messaġġ: “Dan l-apparat għandu emissjonijiet tal-ħoss LWAd ogħla minn 63,0dB(A) u mhux tajjeb biex jintuża f’postijiet fejn isir xogħol ta’ ħsieb il-moħħ. Dan l-apparat għandu jitqiegħed f’kamra oħra minħabba l-emissjoni tal-ħoss tiegħu.” |
|
(c) |
It-toners u l-kartriġis tal-linka: Fil-manwal tal-prodott għandu jidher dan il-messaġġ: “Il-kartriġis ta’ dan it-tagħmir huma maħsuba biex jerġgħu jintużaw. Hu rakkomandat li l-kartriġis jerġgħu jintużaw għax dan jiffranka l-ħela.” Barra minn hekk, ir-rendiment tal-kartriġis tal-linka u tal-għadd ta’ karti stampati għandu jitniżżel ċar fuq l-imballaġġ tal-kartriġ rakkomandata għall-użu (OEM). Il-Kriterju 15(c) ma japplikax għal tagħmir tal-immaġni li ma jiħux kartriġis. |
|
(d) |
Għandha tingħata gwida bl-istruzzjonijiet dwar kif il-prestazzjoni ambjentali tat-tagħmir tal-immaġni partikolari għandha tiżdied kemm jista’ jkun (funzjonijiet tal-ġestjoni tal-faċċata ta’ quddiem, funzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni tal-iskart tal-prodott u tal-oġġetti konsumabbli fih bħall-kontenituri tal-linka u/jew tat-toner) bil-miktub bħala parti speċifika fil-manwal u b’mod diġitali aċċessibbli fuq il-websajt tal-manifatturi. Din il-parti speċifika tal-manwal għandu jkun fiha wkoll informazzjoni dwar il-persentaġġ tal-kontenut totali riċiklat u użat mill-ġdid skont il-piż tal-prodott. |
|
(e) |
Il-karta riċiklata Fil-manwal tal-prodott għandu jidher dan il-messaġġ: “Dan il-prodott jaċċetta karta riċiklata magħmula kollha minn karta użata.” |
Valutazzjoni u verifika: lill-korp kompetenti tal-għoti, l-applikant għandu jagħtih dikjarazzjoni ffirmata mill-manifattur li tiddikjara l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti u prova tal-informazzjoni għall-utent meħtieġa fl-għamla ta’ ktejjeb jew manwal li jkun fih l-informazzjoni. Kopja tal-manwal għandha tingħata lill-korp kompetenti tal-għoti. Dan il-manwal għandu jkun jista’ jinstab bla ħlas fuq il-websajt tal-manifattur.
Il-kriterju 16. L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tikketta fakultattiva mal-kaxxa tat-test għandu jkun fiha dawn il-kelmiet:
|
(a) |
Iddisinjat għal ġestjoni effiċjenti tal-karta, |
|
(b) |
Effiċjenti ħafna fl-enerġija, |
|
(c) |
B’inqas użu ta’ sustanzi perikolużi. |
Il-linji gwida kif tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kelmiet jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq il-websajt:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħti prova tal-apparat tat-tagħmir tal-immaġni li juri t-tikketta, u dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dan il-kriterju.
(1) https://energystar.gov/products/specs/node/148
(*1) għall-istampar-(EP) elettrografiku biss
(*2) il-lista tal-“VOCs identifikati” bil-metodu tal-kejl tinsab fil-Blue Angel RAL UZ 171 ta’ Lulju 2012, l-Anness S-M, il-Kapitolu 4.5
(2) http://www.blauer-engel.de/en/products_brands/vergabegrundlage.php?id=259
(3) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(6) http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp