This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0317
2013/317/EU: Council Decision of 21 June 2013 abrogating Decision 2009/591/EC on the existence of an excessive deficit in Latvia
2013/317/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li tħassar id-Deċiżjoni 2009/591/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Latvja
2013/317/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li tħassar id-Deċiżjoni 2009/591/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Latvja
ĠU L 173, 26.6.2013, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32009D0591 |
26.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ġunju 2013
li tħassar id-Deċiżjoni 2009/591/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Latvja
(2013/317/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta' Lulju 2009, wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), il-Kunsill iddeċieda, fid-Deċiżjoni 2009/591/KE (1), li fil-Latvja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika kien laħaq l-4,0 % tal-PDG fl-2008, li kien ogħla mit-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien ta’ 19,5 % tal-PDG fl-2008, li huwa ferm taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat (2). |
(2) |
Fis-7 ta' Lulju 2009, skont l-Artikolu 104(7) TKE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (3), il-Kunsill, fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għamel Rakkomandazzjoni indirizzata lil-Latvja bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2012. Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata. |
(3) |
Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw data dwar id-defiċits u d-dejn tal-gvern u varjabbli oħra assoċjati darbtejn fis-sena, prinċipalment qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (4). |
(4) |
Meta jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandhiex tiġi abrogata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-data notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata biss jekk it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni jindikaw li d-defiċit mhux se jaqbeż il-limitu ta' 3 % tal-PDG tul il-perijodu ta' tbassir. |
(5) |
Fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat), skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, wara n-notifka mil-Latvja qabel l-1 ta’ April 2013 u fuq il-bażi tat-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:
|
(6) |
Il-Kunsill tfakkar li, mill-2013, li hija s-sena ta' wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, il-Latvja għandha tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-fergħa tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, inkluż ir-rispett tal-limitu tan-nefqa. |
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 126(12) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tkun abrogata meta d-defiċit eċċessiv tal-Istat Membru kkonċernat, fil-fehma tal-Kunsill, ikun ġie kkoreġut. |
(8) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Latvja ġie kkoreġut u għalhekk id-Deċiżjoni 2009/591/KE għandha tiġi abrogata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni globali jirriżulta li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Latvja ġiet ikkoreġuta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2009/591/KE hija b’dan abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
(1) ĠU L 202, 4.8.2009, p. 50.
(2) Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2009/591/KE, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2008 ġew riveduti u attwalment qegħdin 4,2 % tal-PDG u 19,8 % tal-PDG rispettivament.
(4) ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.