Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0782

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Diċembru 2012 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar sal- 31 ta’ Diċembru 2013 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8899)

    ĠU L 347, 15.12.2012, p. 20–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013: This act has been changed. Current consolidated version: 06/08/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/782/oj

    15.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 347/20


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta’ Diċembru 2012

    li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8899)

    (It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

    (2012/782/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa suġġett għal limiti kwantitattivi.

    (2)

    Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi.

    (3)

    Minbarra dan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantititajiet ta’ sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u użi analitiċi, u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

    (4)

    Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali fil-laboratorju u użi analitiċi għandha tiżgura li l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) jiġu rispettati, billi jiġi applikat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (2). Peress li dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi għandhom jiġu wkoll koperti minn dik l-allokazzjoni.

    (5)

    Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li beħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2013 u għall-impriżi li beħsiebhom jitolbu kwota għall-2013 għal dawn is-sustanzi maħsuba għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi (2012/C 53/09) (3), u konsegwentement irċeviet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet maħsuba fl-2013.

    (6)

    Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

    Il-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni fl-2013 minn sorsi barra l-Unjoni huma dawn li ġejjin:

    Sustanzi kkontrollati

    Kwantità

    (f’kilogrammi ta’ potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP))

    Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn)

    22 033 000,00

    Grupp III (aloni)

    18 222 010,00

    Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju)

    9 295 220,00

    Grupp V (1,1,1-trikloroetan)

    1 500 001,50

    Grupp VI (bromur tal-metil)

    870 120,00

    Grupp VII (idrobromofluworokarburi)

    1 869,00

    Grupp VIII (idroklorofluworokarburi)

    5 314 106,00

    Grupp IX (bromoklorometan)

    294 012,00

    Artikolu 2

    Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

    1.   Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

    2.   Il-kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

    3.   Il-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

    4.   Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

    5.   Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

    6.   Il-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

    7.   Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

    8.   Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

    9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi huma kif stipulati fl-Anness IX.

    Artikolu 3

    Kwoti għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi

    Il-kwoti għall-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi fis-sena 2013 huma allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

    Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2013 għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi allokati lil dawn l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

    Artikolu 4

    Perjodu ta’ validità

    Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

    Artikolu 5

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

    1

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

    Im Schlehert 10

    76187 Karlsruhe

    Il-Ġermanja

    2

    Aesica Queenborough Ltd.

    North Street

    Queenborough

    Kent, ME11 5EL

    Ir-Renju Unit

    3

    AGC Chemicals Europe, Ltd.

    PO Box 4, Hillhouse Site

    Thornton Cleveleys, Lancs, FY5 4QD

    Ir-Renju Unit

    4

    Airbus Operations S.A.S.

    Route de Bayonne 316

    31300 Toulouse

    Franza

    5

    Albany Molecular Research (UK) Ltd

    Mostyn Road

    Holywell

    Flintshire, CH8 9DN

    Ir-Renju Unit

    6

    Albemarle Europe SPRL

    Parc Scientifique Einstein

    Rue du Bosquet 9

    1348 Louvain-la-Neuve

    Il-Belġju

    7

    Arkema France SA

    420, rue d’Estienne D’Orves

    92705 Colombes Cedex

    Franza

    8

    Arkema Quimica S.A.

    Avenida de Burgos 12

    28036 Madrid

    Spanja

    9

    Ateliers Bigata SAS

    10, rue Jean Baptiste Perrin,

    33320 Eysines Cedex

    Franza

    10

    BASF Agri Production SAS

    32 rue de Verdun

    76410 Saint-Aubin lès Elbeuf

    Franza

    11

    Bayer Crop Science AG

    Gebäude A729

    41538 Dormagen

    Il-Ġermanja

    12

    Diverchim S.A.

    100, rue Louis Blanc

    60765 Montataire Cedex

    Franza

    13

    Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH

    Bützflether Sand

    21683 Stade

    Il-Ġermanja

    14

    DuPont de Nemours (Nederland) BV

    Baanhoekweg 22

    3313 LA Dordrecht

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    15

    Dyneon GmbH

    Industrieparkstraße 1

    84508 Burgkirchen

    Il-Ġermanja

    16

    Eras Labo

    222 D1090

    38330 Saint Nazaire les Eymes

    Franza

    17

    Eusebi Impianti Srl

    Via Mario Natalucci 6

    60131 Ancona

    L-Italja

    18

    Eusebi Service Srl

    Via Vincenzo Pirani 4

    60131 Ancona

    L-Italja

    19

    Fire Fighting Enterprises Ltd.

    9 Hunting Gate,

    Hitchin SG4 0TJ

    Ir-Renju Unit

    20

    Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

    Keetberglaan 1 A

    Haven 1061

    2070 Zwijndrecht

    Il-Belġju

    21

    Gedeon Richter Nyrt.

    Gyömrői út 19–21.

    1103 Budapest

    L-Ungerija

    22

    Gielle di Luigi Galantucci

    Via Ferri Rocco, 32

    70022 Altamura (BA)

    L-Italja

    23

    Halon & Refrigerants Services Ltd.

    J.Reid Trading Estate

    Factory Road, Sandycroft

    Deeside, Flintshire CH5 2QJ

    Ir-Renju Unit

    24

    Harp International Ltd

    Gellihirion Industrial Estate

    Rhondda, Cynon Taff

    Pontypridd CF37 5SX

    Ir-Renju Unit

    25

    Honeywell Fluorine Products Europe B.V.

    Laarderhoogtweg 18

    1101 EA Amsterdam

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    26

    Honeywell Specialty Chemicals GmbH

    Wunstorfer Strasse 40

    Postfach 100262

    30918 Seelze

    Il-Ġermanja

    27

    Hovione Farmaciencia SA

    Sete Casas

    2674-506 Loures

    Il-Portugall

    28

    Hydraulik-liftsysteme/Walter Mayer GmbH

    Heinrich-Hertz-Str. 3

    76646 Bruchsal

    Il-Ġermanja

    29

    ICL-IP Europe B.V.

    Fosfaatweeg 48

    1013 BM Amsterdam

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    30

    Laboratorios Miret SA

    Geminis 4,

    08228 Terrassa, Barcelona

    Spanja

    31

    LGC Standards GmbH

    Mercatorstr. 51

    46485 Wesel

    Il-Ġermanja

    32

    LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL

    C/Mestre Joan Corrales 107-109

    08950 Esplugas de Llobregat, Barcelona

    Spanja

    33

    Ludwig-Maximilians-Universität

    Department Chemie

    Butenandstr. 5-13 (Haus D)

    81377 München

    Il-Ġermanja

    34

    Mebrom NV

    Assenedestraat 4

    9940 Rieme Ertvelde

    Il-Belġju

    35

    Merck KgaA

    Frankfurter Strasse 250

    64271 Darmstadt

    Il-Ġermanja

    36

    Meridian Technical Services Ltd

    P.O. Box 16919

    UJ- SE3 9WE London

    Ir-Renju Unit

    37

    Mexichem UK Ltd.

    PO Box 13

    The Heath

    Runcorn Cheshire WA7 4QX

    Ir-Renju Unit

    38

    Ministry of Defence

    Defence Fuel Lubricants and Chemicals

    P.O. Box 10.000

    1780 CA Den Helder

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    39

    Panreac Quimica S.L.U.

    Pol. Ind. Pla de la Bruguera, C/Garraf 2

    08211 Castellar del Vallès-Barcelona

    Spanja

    40

    Poż-Pliszka Sp. z o.o.

    ul.Szczecińska 45

    80-392 Gdańsk

    Il-Polonja

    41

    R.P. Chem s.r.l.

    Via San Michele 47

    31062 Casale sul Sile (TV)

    L-Italja

    42

    Safety Hi-Tech S.r.l.

    Via Cavour 96

    67051 Avezzano (AQ)

    L-Italja

    43

    Savi Technologie Sp. z o.o.

    Ul. Wolnosci 20

    Psary

    51-180 Wroclaw

    Il-Polonja

    44

    Sigma Aldrich Chemie GmbH

    Riedstrasse 2

    89555 Steinheim

    Il-Ġermanja

    45

    Sigma Aldrich Chimie SARL

    80, rue de Luzais

    L’isle d’abeau Chesnes

    38297 St Quentin Fallavier

    Franza

    46

    Sigma Aldrich Company Ltd

    The Old Brickyard, New Road

    Gillingham SP8 4XT

    Ir-Renju Unit

    47

    Solvay Fluor GmbH

    Hans-Böckler-Allee 20

    30173 Hannover

    Il-Ġermanja

    48

    Solvay Fluores France

    25 rue de Clichy

    75442 Paris

    Franza

    49

    Solvay Specialty Polymers France SAS

    Avenue de la Republique

    39501 Tavaux Cedex

    Franza

    50

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA

    Viale Lombardia 20

    20021 Bollate (MI)

    L-Italja

    51

    Sterling Chemical Malta Ltd

    48 Squad Nru 2, Triqix, Xatt, Pta

    9044 Pieta

    Malta

    52

    Sterling S.p.A.

    Via della Carboneria 30

    06073 Solomeo di Corciano (PG)

    L-Italja

    53

    Syngenta Crop Protection

    Surrey Research Park

    30 Priestly Road

    Guildford Surrey GU2 7YH

    Ir-Renju Unit

    54

    Tazzetti S.p.A.

    Corso Europa n. 600/a

    10070 Volpiano (TO)

    L-Italja

    55

    TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH

    Werner-von-Siemens-Strasse 18

    97076 Würzburg

    Il-Ġermanja

    56

    Thomas Swan & Co Ltd.

    Rotary Way

    Consett

    County Durham DH8 7ND

    Ir-Renju Unit

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Connie HEDEGAARD

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4.

    (3)  ĠU C 53, 23.2.2012, p. 18.


    ANNESS I

    GRUPPI I U II

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

    Mexichem UK Limited (UK)

    Solvay Specialty Polymers Italy S.p.A. (IT)

    Syngenta Crop Protection (UK)

    Tazzetti S.p.A. (IT)

    TEGA Technische Gase und Gastechnik GmbH (DE)


    ANNESS II

    GRUPP III

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

    Ateliers Bigata (FR)

    BASF Agri Production SAS (FR)

    ERAS Labo (FR)

    Eusebi Impianti Srl (IT)

    Eusebi Service Srl (IT)

    Fire Fighting Enterprises Ltd (UK)

    Gielle di Luigi Galantucci (IT)

    Halon & Refrigerant Services Ltd (UK)

    Hydraulik-liftsysteme/Walter Mayer GmbH (DE)

    LPG Tecnicas en Extincion de Incendios SL (ES)

    Meridian Technical Services Ltd (UK)

    Poz Pliszka (PL)

    Safety Hi-Tech S.r.l (IT)

    Savi Technologie Sp. z o.o. (PL)


    ANNESS III

    GRUPP IV

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    Arkema France S.A. (FR)

    Dow Deutschland Anlagengesellschaft mbH (DE)

    Mexichem UK Limited (UK)

    Solvay Fluores France (FR)


    ANNESS IV

    GRUPP V

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    Arkema France S.A. (FR)

    Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)


    ANNESS V

    GRUPP VI

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    Albemarle Europe SPRL (BE)

    ICL-IP Europe BV (NL)

    Mebrom NV (BE)

    Sigma Aldrich Chemie GmbH (DE)


    ANNESS VI

    GRUPP VII

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

    Albany Molecular Research (UK)

    Hovione Farmaciencia SA (PT)

    R.P. Chem s.r.l. (IT)

    Sterling Chemical Malta Ltd (MT)

    Sterling S.p.A. (IT)


    ANNESS VII

    GRUPP VIII

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użu bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

    AGC Chemicals Europe, Ltd. (UK)

    Aesica Queenborough Ltd. (UK)

    Arkema France S.A. (FR)

    Arkema Quimica SA (ES)

    Bayer CropScience AG (DE)

    DuPont de Nemours (Nederland) B.V. (NL)

    Dyneon GmbH (DE)

    Honeywell Fluorine Products Europe B.V. (NL)

    Mexichem UK Limited (UK)

    Solvay Fluor GmbH (DE)

    Solvay Specialty Polymers France SAS (FR)

    Solvay Specialty Polymers Italy S.p.A. (IT)

    Tazzetti S.p.A. (IT)


    ANNESS VIII

    GRUPP IX

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    Kumpanija

    Albemarle Europe SPRL (BE)

    ICL-IP Europe BV (NL)

    Laboratorios Miret SA (ES)

    Sigma Aldrich Chemie GmbH (DE)

    Thomas Swan & Co Ltd (UK)


    ANNESS IX

    (Tagħrif kummerċjalment sensittiv - kunfidenzjali - ma jistax jiġi ppubblikat)


    ANNESS X

    Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi

    Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorji u użi analitiċi huma allokati lil:

    Kumpanija

    ABCR Dr. Braunagel GmbH & Co. (DE)

    Airbus Operations SAS (FR)

    Arkema France SA (FR)

    Diverchim S.A. (FR)

    Gedeon Richter Nyrt. (HU)

    Harp International Ltd. (UK)

    Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

    Honeywell Specialty Chemicals GmbH (DE)

    LGC Standards GmbH (DE)

    Ludwig-Maximilians-Universität (DE)

    Merck KGaA (DE)

    Mexichem UK Limited (UK)

    Ministry of Defense (NL)

    Panreac Quimica SLU (ES)

    Sigma Aldrich Chemie GmbH (DE)

    Sigma Aldrich Chimie SARL (FR)

    Sigma Aldrich Company Ltd (UK)

    Solvay Fluor GmbH (DE)

    Tazzetti S.p.A. (IT)


    ANNESS XI

    (Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat)


    Top