Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1324

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1324/2011 tas- 16 ta’ Diċembru 2011 li jidderoga, għas-sena 2012, mir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

    ĠU L 335, 17.12.2011, p. 65–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1324/oj

    17.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 335/65


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1324/2011

    tas-16 ta’ Diċembru 2011

    li jidderoga, għas-sena 2012, mir-Regolament (KE) Nru 1067/2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2) jipprovdi li s-subkwota III għall-pajjiżi terzi l-oħrajn tinqasam fi tliet subperjodi ta’ tliet xhur, u tkopri partikolarment l-ewwel subperjodu (1) mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu għal kwantità ta’ 594 597 tunnellata, u t-tieni subperjodu (2) li jestendi mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju għal kwantità ta’ 594 597 tunnellata.

    (2)

    Meta titqies is-sitwazzjoni tas-suq, sabiex għas-sena 2012 tiġi ffavorita l-provvista kontinwa ta’ ċereali fis-suq tal-Unjoni skont is-subkwota III, jeħtieġ li s-subperjodu 1 u s-subperjodu 2 jiġu amalgamati f’subperjodu wieħed li jkopri l-kwantità akkumulata fis-subperjodi 1 u 2, jiġifieri 1 189 194 tunnellata.

    (3)

    Għalhekk, jeħtieġ li, għas-sena 2012, ikun hemm deroga mir-Regolament (KE) Nru 1067/2008.

    (4)

    Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tal-proċedura għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (5)

    Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2012 is-subperjodu 1 għandu jibda mill-1 ta’ Jannar 2012 u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju 2012, u għandu jkopri kwantità ta’ 1 189 194 tunnellata.

    B’deroga mill-Artikolu 3(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, is-subperjodu 2 għandu jitħassar għas-sena 2012.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.


    Top