Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0878

    2011/878/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Diċembru 2011 li tikkonferma l-kalkolu provviżorju tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO 2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 343, 23.12.2011, p. 97–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/12/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/878/oj

    23.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 343/97


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Diċembru 2011

    li tikkonferma l-kalkolu provviżorju tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta’ karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2010 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/878/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-Kummissjoni hija meħtieġa li kull sena tikkonferma l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur ta’ karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni kif ukoll għal kull konsorzju ta’ manifatturi ffurmat skont l-Artikolu 7(7) ta’ dak ir-Regolament. Abbażi ta’ dik il-konferma, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji kkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament. Fejn jidher ċar li manifattur jew konsorzju naqas milli jilħaq il-mira tiegħu ta’ emissjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni hija meħtieġa, skont l-Artikolu 9(1) ta’ dak ir-Regolament, timponi l-ħlas ta’ primjums fuq l-emissjonijiet żejda skont deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-manifatturi jew lill-maniġers tal-konsorzji kkonċernati.

    (2)

    Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-miri huma vinkolanti għall-manifatturi u l-konsorzji b’effett mill-2012. Għas-snin kalendarji 2010 u 2011, il-Kummissjoni għandha madankollu tikkalkula miri indikattivi u, skont l-Artikolu 8(6) ta’ dak ir-Regolament, tinnotifika lil dawk il-manifattuir jew konsorzji li l-medja tal-emissjonijet speċifiċi tagħhom taqbeż il-miri indikattivi tagħhom. Peress li dawk il-miri għall-2010 u l-2011 se jservu bħala indikaturi għall-manifatturi tal-isforz meħtieġ biex tintlaħaq il-mira mandatorja fl-2012, huwa xieraq li tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tal-manifatturi għall-2010 u l-2011 skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament u li jitqiesu biss 65 % tal-karozzi li jirrilaxxaw l-anqas emissjonijiet għal kull manifattur.

    (3)

    Id-dejta li għandha tintuża għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-Parti C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta’ karozzi tal-passiġġieri ġodda matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Id-dejta tittieħed miċ-ċertifikati ta’ konformità maħruġa mill-manifatturi jew minn dokumenti li jipprovdu informazzjoni ekwivalenti skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    (4)

    Id-dejta għall-2010 ntbagħtet lill-Kummissjoni sal-iskadenza tat-28 ta’ Frar 2011 speċifikata fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 minn maġġoranza tal-Istati Membri. Is-settijiet tad-dejta kompluti għall-Istati Membri kollha, madankollu, kienu finalment għad-disponibbiltà tal-Kummissjoni f’nofs April u sussegwentement ġew ivverifikati provviżorjament.

    (5)

    Fejn, b’riżultat tal-verifika inizjali, kien evidenti li ċerta dejta kienet nieqsa jew ċarament mhux korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u soġġett għall-qbil ta’ dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew ikkompletata skont dan. Fejn ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim ma’ Stat Membru, id-dejta provviżorja ta’ dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

    (6)

    Fid-29 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni ppubblikat, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, id-dejta provviżorja u nnotifikat lil 89 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom fl-2010 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur minn meta jkunu rċevew in-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) ta’ dak ir-Regolament.

    (7)

    Fit-12 ta’ Awwissu ġew ippubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni linji gwida għan-notifika ta’ żbalji fid-dejta tad-CO2 mill-karozzi. Il-linji gwida jipprovdu format għan-notifika u jindikaw l-informazzjoni meħtieġa mill-manifatturi biex il-Kummissjoni tkun tista’ tqis dawk l-iżbalji.

    (8)

    Ħmistax-il manifattur issottomettew notifiki ta’ żbalji fi żmien l-iskadenza ta’ tliet xhur. Wieħed mill-manifatturi ssottometta notifika kompluta wara l-iskadenza. Seba’ manifatturi minn dawn il-ħmistax issottomettew notifiki li kienu jinkludu informazzjoni dettaljata dwar l-iżbalji u l-ġustifikazzjonijiet għall-korrezzjonijiet proposti. It-tmien manifatturi li kien baqa’ ssottomettew notifiki fil-qosor li kienu biss parzjalment konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ format u kontenut tan-notifiki. Minbarra dawk il-manifatturi li ssottomettew notifiki ta’ żball, tmien manifatturi infurmaw lill-Kummissjoni li kien hemm żbalji fis-settijiet tad-dejta mingħajr ma pprovdew aktar informazzjoni jew evidenza rigward in-natura jew ir-raġunijiet għal dawk l-iżbalji.

    (9)

    Fil-każ tat-73 manifattur li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta jew infurmaw lill-Kummissjoni biss dwar żbalji fis-settijiet tad-dejta mingħajr ma pprovdew l-evidenza meħtieġa, id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti.

    (10)

    Fejn il-manifatturi jkunu pprovdew l-informazzjoni meħtieġa u evidenza li tappoġġa l-eżistenza ta’ żbalji fis-settijiet tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tqis dawk in-notifiki u, fejn xieraq, temenda l-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri speċifiċi.

    (11)

    L-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri huma l-uniċi responsabbli għall-għadd ta’ reġistrazzjonijiet irrapportati lill-Kummissjoni. Peress li d-dejta dwar il-bejgħ mhux neċessarjament tirrifletti b’mod korrett l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet fi Stat Membru partikolari għal perjodu ta’ żmien partikolari, mhuwiex possibbli li jitqiesu żbalji fl-għadd ta’ reġistrazzjonijiet għall-kalkolu tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi. Għalhekk għandhom jitqiesu biss l-iżbalji relatati mal-kontenut tas-settijiet tad-dejta għall-vetturi rreġistrati. Madankollu, f’xi każijiet, il-manifatturi nnotifikaw li r-reġistrazzjonijiet għandhom jiġu attribwiti lil manifattur ieħor. Dawk ir-riattribuzzjonijiet għandhom ikunu riflessi fis-settijiet tad-dejta finali kkonfermati.

    (12)

    Jirriżulta min-notifiki kompleti li l-manifatturi setgħu jidentifikaw parti mis-settijiet tad-dejta bħala korretti u pproponew korrezzjonijiet lil dawk il-partijiet tas-settijiet tad-dejta li setgħu jiġu vverifikati. Bejn 4 u 15 fil-mija tas-settijiet tad-dejta jikkonsistu, madankollu, minn reġistrazzjonijiet li jirreferu għal vetturi li mhumiex identifikabbli u li l-valuri tagħhom bħal dawk għall-emissjonijiet tad-CO2 jew tal-massa ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifattur. Il-kawża ta’ dan ġeneralment tkun informazzjoni nieqsa li hija meħtieġa sabiex il-manifattur jidentifika l-vetturi individwali, b’mod aktar preċiż il-kodiċi tal-identifikazzjoni li huwa magħmul mit-tip, il-varjant u l-verżjoni tal-vetturi kkonċernati. F’għadd żgħir ta’ każijiet, ir-reġistrazzjonijiet setgħu jiġu attribwiti lill-manifatturi, madankollu, dejta essenzjali dwar l-emissjonijiet tad-CO2 u l-massa ma kinitx disponibbli.

    (13)

    Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet proposti mill-manifatturi u l-evidenza li ssostnihom. Fejn l-entrati ġew ikkoreġuti jew billi ddaħħal valur nieqes jew bis-sostituzzjoni ta’ valur inkorrett għal dawk ir-reġistrazzjonijiet li jistgħu jiġu vverifikati mill-manifattur u l-valuri kkoreġuti huma konsistenti mal-valuri li jirriżultaw mis-sorsi tad-dejta ta’ referenza, bħal pereżempju dejta minn dokumenti ta’ omologazzjoni, tali korrezzjonijiet huma ġġustifikati. Madankollu, fejn manifattur ikun nnotifika żbalji iżda ma jkunx ippropona korrezzjonijiet, minkejja li dawk l-iżbalji setgħu ġew ivverifikati u kkoreġuti u ma jkunx wera b’mod suffiċjenti li dawk il-korrezzjonijiet ma setgħux isiru fi żmien il-perjodu ta’ verifika ta’ tliet xhur, dawk l-iżbalji ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu finali.

    (14)

    F’każ ta’ reġistrazzjonijiet li jistgħu jiġu attribwiti lil manifatturi, iżda mhux ivverifikati minnhom, il-valuri għall-emissjonijiet u l-massa tad-CO2 inklużi f’dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom xorta waħda jintużaw biex jiġu kkalkulati l-medja tal-emissjonijiet tad-CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi. Madankollu huwa meħtieġ li jitqies il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw dawk il-valuri u jiżguraw li l-inklużjoni ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-valuri finali ddeterminati għall-manifatturi kkonċernati. Skont dan, għandu jiġi applikat marġni ta’ żball lil dak il-kalkolu biex jirrifletti s-sitwazzjoni individwali tal-manifattur kif deskritt u ġġustifikat fin-notifika tal-iżbalji. B’mod aktar preċiż, marġni ta’ żball għandu jiġi kkalkulat għall-medja tal-emissjonijiet speċifiċi u l-medja tal-massa, peress li dawn iż-żewġ parametri jiddeterminaw id-distanza ta’ kull manifattur mill-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi, jiġifieri kemm il-manifattur huwa qrib li jilħaq il-mira tiegħu għall-emissjonijiet speċifiċi.

    (15)

    Il-marġni ta’ żball għandu jiġi ddeterminat bħala d-differenza bejn id-distanzi għall-mira tal-emissjonijiet speċifiċi espressi bħala l-medja tal-emissjonijiet imnaqqsa mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulati inklużi u esklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi. Kemm jekk id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva l-marġni ta’ żball għandu dejjem inaqqas id-distanza għall-mira tal-manifattur.

    (16)

    F’każ ta’ reġistrazzjonijiet fejn il-valuri dwar l-emissjonijiet jew il-massa tad-CO2 kif ukoll il-kodiċi tal-identifikazzjoni jkunu neqsin, dawk ir-reġistrazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu finali tal-medja tal-emissjonijiet.

    (17)

    Peress li l-eżerċizzju tal-verifika tad-dejta tal-2010 huwa l-ewwel wieħed li twettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009, huwa xieraq li b’mod eċċezzjonali jitqiesu wkoll dawk in-notifiki li ma nkludewx l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Kummissjoni biex tqis b’mod sħiħ l-iżbalji.Il-marġnijiet ta’ żball li għandhom jiġu applikati lill-kalkoli finali msemmija f’dawk in-notifiki madankollu għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-valutazzjoni stess tal-Kummissjoni tal-għadd ta’ reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati minn dawk il-manifatturi. Huwa xieraq ukoll, b’mod eċċezzjonali, li titqies, għall-konferma tad-dejta tal-2010, in-notifika tal-iżbalji li ġiet sottomessa ftit wara l-iskadenza.

    (18)

    Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati fl-2010, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-valuri li ġejjin speċifikati fl-Anness huma kkonfermati għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta’ manifatturi skont is-sena kalendarja 2010:

    (a)

    il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi;

    (b)

    il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2, fejn xieraq aġġustati bil-marġni ta’ żball rilevanti;

    (c)

    id-differenza bejn il-valuri msemmija fil-punti (a) u (b);

    (d)

    il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha;

    (e)

    il-medja tal-massa għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha fl-Unjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15.


    ANNESS

    Tabella 1

    Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi kkonfermati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    G

    H

    I

    Isem il-Manifattur

    Konsorzji u Derogi

    Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

    Medja ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

    Mira tal-emissjonijiet speċifiċi

    Distanza għall-mira

    Distanza għall-mira aġġustata

    Medja tal-massa

    Medja ta’ CO2 (100 %)

    ALPINA Burkard Bovensiepen GmbH + Co. KG

     

    173

    187,795

    147,429

    40,366

    40,366

    1 753,38

    210,341

    Artega Automobil GmbH & Co. KG

     

    2

    220,000

    132,194

    87,806

    87,806

    1 420,00

    220,000

    Aston Martin Lagonda Ltd

    D

    1 415

    333,482

    320,000

    13,482

    12,657

    1 860,72

    348,372

    Audi AG

     

    589 855

    133,883

    140,365

    –6,482

    –6,557

    1 598,80

    151,832

    Automobiles Citroën

     

    815 936

    118,764

    127,361

    –8,597

    –8,597

    1 314,26

    131,418

    Automobiles Peugeot

     

    974 248

    119,208

    127,704

    –8,496

    –8,496

    1 321,76

    131,021

    Autovaz

     

    3 911

    212,171

    126,410

    85,761

    85,761

    1 293,44

    219,516

    Bayerische Motoren Werke AG

     

    640 021

    129,253

    137,409

    –8,156

    –8,210

    1 534,13

    146,355

    Bentley Motors Ltd

     

    1 187

    391,423

    181,363

    210,060

    210,060

    2 495,92

    395,925

    BMW M GmbH

     

    77 120

    133,513

    142,836

    –9,323

    –13,535

    1 652,88

    156,242

    Bugatti Automobiles S.A.S

     

    8

    584,600

    159,225

    425,375

    425,375

    2 011,50

    589,250

    Caterham Cars Limited

    D

    135

    166,920

    210,000

    –43,080

    –43,080

    712,15

    179,826

    Chevrolet Italia

     

    25 442

    113,042

    116,356

    –3,314

    –3,359

    1 073,45

    117,607

    Chrysler Group LLC

     

    31 121

    192,081

    157,480

    34,601

    34,601

    1 973,32

    215,200

    CNG Technik

    P1

    583

    225,000

    134,782

    90,218

    89,953

    1 476,64

    226,252

    Automobile Dacia SA

     

    251 938

    133,865

    123,831

    10,034

    9,631

    1 237,01

    144,989

    Daihatsu Motor Co. Ltd.

     

    18 972

    128,351

    117,975

    10,376

    10,376

    1 108,86

    145,374

    Daimler AG. Stuttgart

    P2

    646 067

    137,762

    137,323

    0,439

    0,349

    1 532,24

    160,166

    Dr Motor Company S. r. l.

     

    4 943

    122,413

    120,642

    1,771

    1,771

    1 167,22

    138,566

    Ferrari

    D

    2 361

    300,718

    303,000

    –2,282

    –2,282

    1 751,12

    322,468

    FIAT Group Automobiles S.p.A.

     

    975 822

    115,285

    119,240

    –3,955

    –3,955

    1 136,56

    125,013

    Ford-Werke GmbH

    P1

    1 076 887

    121,128

    126,226

    –5,098

    –5,605

    1 289,42

    136,552

    Fuji Heavy Industries Ltd.

    ND

    30 655

    165,182

    164,616

    0,566

    0,520

    1 608,03

    179,332

    Geely Europe Ltd

     

    918

    115,916

    140,077

    –24,161

    –24,161

    1 592,50

    131,466

    General Motors Company

     

    1 490

    270,134

    151,750

    118,384

    113,988

    1 847,93

    296,400

    GM Daewoo Auto u. Tech. Comp.

     

    146 117

    125,759

    124,606

    1,153

    1,138

    1 253,96

    143,544

    GM Italia S.r.l.

     

    37 670

    119,750

    125,467

    –5,717

    –5,717

    1 272,82

    124,405

    Great Wall Motor Company Limited

    D

    344

    222,000

    195,000

    27,000

    27,000

    1 919,52

    224,314

    Gumpert Sportwagenmanufaktur GmbH

     

    2

    310,000

    132,879

    177,121

    177,121

    1 435,00

    310,000

    Honda Automobile China CO

    P3

    20 876

    125,023

    119,099

    5,924

    5,911

    1 133,46

    126,094

    Honda Automobile Thailand CO

    P3

    1 444

    142,000

    120,816

    21,184

    21,184

    1 171,03

    142,615

    Honda Motor CO

    P3

    102 890

    124,841

    128,710

    –3,869

    –4,083

    1 343,77

    143,823

    Honda of the UK Manufacturing

    P3

    47 840

    145,932

    133,391

    12,541

    12,234

    1 446,21

    162,280

    Honda Turkiye AS

    P3

    1 587

    155,953

    125,560

    30,393

    30,393

    1 274,84

    156,624

    Hyundai Motor Europe GmBH

     

    325 603

    120,858

    126,725

    –5,867

    –5,867

    1 300,33

    134,244

    Iveco S.p.A

     

    49

    213,548

    180,265

    33,283

    33,283

    2 471,90

    216,694

    Jaguar Cars Ltd

    D

    23 740

    178,656

    178,025

    0,631

    0,631

    1 900,33

    199,016

    Kia Motors Europe GmbH

     

    253 706

    126,251

    131,248

    –4,997

    –4,997

    1 399,30

    143,272

    KTM-Sportmotorcycle AG

    D

    57

    173,432

    200,000

    –26,568

    –26,568

    882,89

    179,000

    Automobili Lamborghini S.p.A

     

    265

    323,977

    141,293

    182,684

    182,506

    1 619,11

    357,362

    Land Rover

    D

    65 534

    209,295

    178,025

    31,270

    31,270

    2 351,43

    231,494

    Lotus Cars Limited

    D

    825

    189,108

    280,000

    –90,892

    –90,892

    1 159,21

    196,596

    The London Taxi Company

     

    1 662

    225,087

    154,227

    70,860

    70,860

    1 902,13

    227,739

    Magyar Suzuki Corporation Ltd.

     

    87 204

    130,004

    121,130

    8,874

    8,843

    1 177,91

    136,665

    Mahindra Europe S.r.l.

     

    48

    246,839

    160,042

    86,797

    86,797

    2 029,38

    251,500

    Maruti Suzuki India Ltd.

     

    19 577

    103,000

    109,908

    –6,908

    –6,908

    932,36

    104,287

    Maserati S.p.A.

     

    1 626

    353,473

    159,119

    194,354

    194,354

    2 009,18

    362,557

    Mazda Motor Corporation

     

    170 007

    133,729

    128,523

    5,206

    4,831

    1 339,67

    149,458

    Mercedes-AMG GmbH, Affalterbach

    P2

    1 503

    308,000

    144,857

    163,143

    163,138

    1 697,10

    308,000

    MG Motor UK Limited

    D

    264

    184,871

    184,000

    0,871

    0,871

    1 180,16

    184,717

    Micro-Vett SpA

     

    4

    0,000

    133,507

    – 133,507

    – 133,507

    1 448,75

    0,000

    Mitsubishi Motors Corporation (MMC)

    P4

    72 594

    145,036

    138,601

    6,435

    6,377

    1 560,20

    165,144

    Mitsubishi Motor R&D Europe GmbH

    P4

    16 530

    119,878

    114,793

    5,085

    5,084

    1 039,25

    127,284

    Morgan Motor Co. Ltd.

    D

    415

    164,342

    180,000

    –15,658

    –15,658

    1 113,67

    189,278

    Nissan International SA

     

    389 818

    132,131

    128,875

    3,256

    3,256

    1 347,39

    147,197

    O.M.C.I. S.r.l.

     

    46

    156,862

    120,759

    36,103

    36,103

    1 169,78

    167,848

    Adam Opel AG

     

    935 499

    126,920

    130,483

    –3,563

    –3,767

    1 382,56

    139,529

    OSV — Opel Special Vehicles GmbH

     

    67

    135,512

    140,208

    –4,696

    –4,696

    1 595,36

    136,836

    Perodua Manufacturing Sdn Bhd

     

    690

    136,480

    113,634

    22,846

    22,846

    1 013,88

    140,230

    Pgo Ingenierie

     

    29

    185,000

    115,657

    69,343

    69,343

    1 058,14

    189,828

    Dr.Ing.h.c.F. Porsche AG

     

    34 512

    220,872

    152,089

    68,783

    68,783

    1 855,34

    238,859

    Potenza Sports Cars

     

    31

    178,000

    99,975

    78,025

    78,025

    715,00

    178,000

    Proton Cars United Kingdom Ltd.

    D

    792

    143,315

    185,000

    –41,685

    –41,685

    1 394,89

    153,557

    Quattro GmbH

     

    2 596

    279,097

    154,102

    124,995

    124,766

    1 899,39

    299,034

    Renault

     

    1 125 141

    120,700

    127,045

    –6,345

    –6,378

    1 307,33

    133,824

    Rolls-Royce Motors Cars LTD

     

    413

    315,616

    181,297

    134,319

    133,038

    2 494,48

    332,063

    Saab Automobile AB

     

    19 979

    156,561

    143,922

    12,639

    12,639

    1 676,64

    175,341

    Santana Motor S.A.

     

    382

    168,351

    135,765

    32,586

    32,586

    1 498,15

    204,921

    SEAT

     

    288 629

    120,162

    125,722

    –5,560

    –5,647

    1 278,38

    131,162

    Secma

     

    26

    155,000

    97,370

    57,630

    57,630

    658,00

    155,000

    Shijiazhuang Shuanghuan Automobile Company

     

    44

    266,357

    152,951

    113,406

    113,406

    1 874,20

    267,682

    SKODA auto a.s.

     

    420 718

    127,869

    127,225

    0,644

    0,571

    1 311,28

    139,193

    Sovab

     

    94

    227,066

    166,119

    60,947

    60,947

    2 162,34

    230,138

    Ssangyong Motor Company

    D

    4 785

    203,851

    180,000

    23,851

    23,851

    2 023,10

    215,728

    Suzuki Motor Corporation

     

    85 177

    124,055

    121,050

    3,005

    2,981

    1 176,15

    144,109

    Tata Motors Limited

    D

    3 582

    137,754

    178,025

    –40,271

    –40,271

    1 293,00

    151,987

    Tesla Motors Ltd

     

    40

    0,000

    128,309

    – 128,309

    – 128,309

    1 335,00

    0,000

    Think

     

    144

    0,000

    120,248

    – 120,248

    – 120,248

    1 158,61

    0,000

    Toyota Motor Europe NV/SA

     

    564 633

    112,241

    128,349

    –16,108

    –16,273

    1 335,87

    129,056

    Volkswagen AG

     

    1 469 419

    125,987

    130,715

    –4,728

    –4,763

    1 387,65

    140,352

    Volvo Car Corporation

     

    204 926

    134,492

    143,273

    –8,781

    –8,781

    1 662,43

    156,948

    Westfield Sports Cars

     

    3

    178,000

    99,975

    78,025

    78,025

    715,00

    178,000

    Wiesmann GmbH

    D

    8

    253,000

    274,000

    –21,000

    –21,000

    1 409,88

    257,250

    Noti spjegattivi għat-Tabella 1:

    Kolonna B

    “D” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur ta’ volumi żgħar skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011) 8334 finali;

    “ND” tfisser li ngħatat deroga relatata ma’ manifattur speċjalizzat (niche) skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011) 8336 finali;

    “P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta’ konsorzju (elenkat fit-tabella 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

    Kolonna D

    “Medja tal-emissjonijiet speċifiċi (65 %) ikkoreġuta” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 kkalkulata skont l-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u t-taqsima 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 657 abbażi tal-korrezzjonijiet innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Dik iċ-ċifra tqis il-vetturi kollha li jkollhom valur validu kemm għall-massa kif ukoll għall-emissjonijiet tad-CO2 li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi.

    Kolonna E

    “Mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet abbażi tal-medja tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur (100 % tal-vetturi kollha għandhom jitqiesu mill-2015 ‘il quddiem) wara l-applikazzjoni tal-formula stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

    Kolonna F

    “Distanza għall-mira” tfisser id-differenza bejn il-valuri fil-kolonna D u fil-kolonna E.

    Kolonna G

    “Distanza għall-mira aġġustata” tfisser id-distanza għall-mira kif indikat taħt il-kolonna F aġġustata biex tqis il-marġni ta’ żball. L-iżball iseħħ minħabba vetturi mhux identifikabbli (vetturi fejn il-kodiċi ta’ identifikazzjoni għat-tip, il-varjant u l-verżjoni jkun nieqes) u jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

    Żball = valur assolut ta’ [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]

    AC1

    =

    il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna D);

    TG1

    =

    il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilita fil-kolonna E);

    AC2

    =

    il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tad-CO2 esklużi l-vetturi mhux identifikabbli;

    TG2

    =

    il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi esklużi l-vetturi mhux identifikabbli.

    Tabella 2

    Lista ta’ konsorzji u valuri kkonfermati skont l-Artikoli 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    G

    H

    I

    Isem il-Konsorzju

    Konsorzju

    Għadd ta’ reġistrazzjonijiet

    Medja ta’ CO2 (65 %) ikkoreġuta

    Mira ta’ emissjonijiet speċifiċi

    Distanza għall-mira

    Distanza għall-mira aġġustata

    Medja tal-massa

    Medja ta’ CO2 (100 %)

    FORD-WERKE GMBH

    P1

    1 077 470

    121,143

    126,231

    –5,088

    –5,182

    1 162,42

    127,80

    DAIMLER AG

    P2

    647 570

    137,834

    137,340

    0,494

    –0,016

    1 167,88

    140,91

    HONDA MOTOR EUROPE LTD

    P3

    174 637

    128,612

    128,750

    –0,138

    –0,365

    1 344,64

    146,87

    MITSUBISHI MOTORS

    P4

    89 124

    137,055

    134,185

    2,870

    2,840

    1 463,58

    158,12


    Top