Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0663

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

ĠU L 264, 8.10.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/663/oj

Related international agreement

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Ġunju 2011

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2011/663/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni tiegħu, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan (1).

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)  Id-data li minnha jibda japplika provviżorjament il-Ftehim se tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/1


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem “l-Unjoni”,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-INDONEŻJA, minn hawn ‘il quddiem “l-Indoneżja”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”,

FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi ftehimiet bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Unjoni u l-Indoneżja li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn l-Unjoni u ċerti terzi pajjiżi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ proprjetà fi trasportaturi bl-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-liġi tal-Unjoni,

FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Indoneżja, li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni, iridu jinġiebu f’konformità magħha sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u l-Indoneżja u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ dawn is-servizzi tal-ajru,

FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi tal-Unjoni, it-trasportaturi bl-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,

FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u l-Indoneżja li (i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prattiċi kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelegaw lit-trasportaturi bl-ajru jew lill-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Unjoni, bħala parti minn dawn il-ftehim, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn l-Unjoni u l-Indoneżja, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni u trasportaturi bl-ajru tal-Indoneżja, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti tas-servizzi tal-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni u “Trattati tal-UE” tfisser it-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2.   Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim jinftehmu bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni.

3.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti f’dak il-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji tal-ajru magħżulin minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Denominazzjoni minn Stat Membru

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-denominazzjoni ta’ trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mill-Indoneżja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament.

2.   Meta tirċievi denominazzjoni mingħand Stat Membru, l-Indoneżja ser tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, dejjem sakemm:

(a)

it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jiddenominah skont it-Trattati tal-UE u għandu Liċenzja Operattiva valida f’konformità mal-liġi tal-Unjoni; u

(b)

kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru ikun eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ Operatur tal-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar fin-denominazzjoni; u

(c)

it-trasportatur bl-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ sehem azzjonarju maġġoritarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ Stati oħra bħal dawn.

3.   L-Indoneżja tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur bl-ajru ddenominat minn Stat Membru fejn:

(a)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jiddenominah skont it-Trattati tal-UE u ma għandux Liċenzja Operattiva valida f’konformità mal-liġi tal-Unjoni; jew

(b)

ma jitħaddimx jew ma jinżammx kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu tal-Operatur tal-Ajru, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew

(c)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz ta’ dritt maġġoritarju ta’ proprjetà, u ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; jew

(d)

it-trasportatur bl-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera taħt ftehim bilaterali bejn l-Indoneżja u xi Stat Membru ieħor u l-Indoneżja tista’ turi li, billi teżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku skont dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, tkun qed tevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

(e)

il-kumpanija tal-ajru ddenominata jkollha Ċertifikat Operattiv tal-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkunx hemm ftehimiet bilaterali ta’ servizzi tal-ajru bejn l-Indoneżja u dak l-Istat Membru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad id-drittijiet tat-traffiku lill-kumpanija tal-ajru ddenominata mill-Indoneżja.

Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, l-Indoneżja m’għandhiex tiddiskrimina bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni fuq il-bażi ta’ nazzjonalità.

Artikolu 3

Sikurezza

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

2.   Fejn Stat Membru jkun iddenomina trasportatur bl-ajru li l-kontroll regolatorju fuqu ikun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Indoneżja skont id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddenomina t-trasportatur bl-ajru u l-Indoneżja għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-operat ta’ dak it-trasportatur bl-ajru.

Artikolu 4

Tassazzjoni tal-karburant tal-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(d).

2.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) ma għandu jżomm lil Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru ddenominat mill-Indoneżja li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 5

Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, fl-ebda ftehim elenkat fl-Anness 1 ma għandu jkun hemm xejn li (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiċi konċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega għand operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 6

Annessi ma’ dan il-Ftehim

L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 7

Reviżjoni jew emendament

Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa tagħhom għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3.   Dan il-Ftehim għandu japplika għall-ftehimiet u l-arranġamenti oħra elenkati fl-Anness 1 inklużi dawk li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament.

Artikolu 9

Terminazzjoni

1.   Fil-każ li xi ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim konċernat elenkat fl-Anness 1 isiru terminati fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim isir terminat fl-istess ħin.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul duplikatament fi Brussell, fid-disgħa u għoxrin jum ta’ Ġunju, 2011, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Indoneżjana, kull test ugwalment awtentiku.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Untuk Uni Eropa

Image

За правителството на Република Индонезия

Por el Gobierno de la República de Indonesia

Za vládu Indonéské republiky

For Republiken Indonesiens regeringen

Für die Regierung der Republik Indonesien

Indoneesia Vabariigi valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Δημοκρατίας της Ινδονησίας

For the Government of the Republic of Indonesia

Pour le gouvernement de la République d'Indonésie

Per il governo della Repubblica di Indonesia

Indonēzijas Republikas valdības vārdā –

Indonezijos Respublikos vyriausybės vardu

Az Indonéz Köztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja

Voor de regering van de Republiek Indonesië

W imieniu rządu Republiki Indonezji

Pelo Governo da República da Indonésia

Pentru Guvernul Republicii Indonezia

Za vládu Indonézskej republiky

Za vlado Republike Indonezije

Indonesian tasavallan hallituksen puolesta

För Republiken Indonesiens regeringen

Untuk Pemerintah Republik Indonesia

Image


ANNESS 1

Lista ta’ ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim

Ftehimiet ta’ servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Indoneżja u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, kif modifikati jew emendati, li, dakinhar tal-iffirmar tal-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati jew inizjalati:

Il-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar it-trasport bl-ajru bi skeda, iffirmat fi Vjenna fid-19 ta’ Marzu 1987, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Indoneżja – Awstrija” fl-Anness 2;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn it-territorji tagħhom u lil hinn minnhom, magħmul fi Djakarta fit-12 ta’ Marzu 1971, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim Indoneżja – Belġju” fl-Anness 2

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja għal servizzi tal-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom u lil hinn minnhom, magħmul f’Jakarta fit-22 ta’ Ġunju 1992, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja – Bulgarija” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista Ċekoslovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, iffirmat fi Praga fl-10 ta’ Mejju 1972, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja - Repubblika Ċeka” fl-Anness 2. Immodifikat l-aħħar permezz tal-Iskambju ta’ Ittri magħmul fi Djakarta fit-18 ta’ Jannar 1986;

Ftehim bejn il-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja għal servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Copenhagen fit-23 ta’ Ġunju 1971, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Indoneżja – Danimarka” fl-Anness 2;

Ftehim dwar Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, magħmul fi Djakarta fis-7 ta’ Novembru 1997, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja – Finlandja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar is-servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, magħmul fi Djakarta fl-24 ta’ Novembru 1967, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Indoneżja – Franza” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat fi Djakarta fl-4 ta’ Diċembru 1969, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja-Ġermanja” fl-Anness 2;

Ftehim dwar Servizzi tal-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, magħmul f’Jakarta fl-24 ta’ Ġunju 2008, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Indoneżja – Greċja” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, iffirmat fi Djakarta fl-20 ta’ Settembru 1994, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja – Ungerija” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Italja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja għal servizzi tal-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat fi Djakarta fis-7 ta’ Diċembru 1966, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Indoneżja – Italja” fl-Anness 2;

Abbozz ta’ Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar servizzi tal-ajru, inizjalat f’Denpasar fil-15 ta’ Marzu 2005, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja - Lussemburgu” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, iffirmat fl-Aja fit-23 ta’ Novembru 1990, minn hawn ‘il quddiem “ïl-Ftehim Indoneżja – Pajjiżi l-Baxxi” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar it-trasport bl-ajru bi skeda, iffirmat fi Djakarta fit-13 ta’ Diċembru 1991, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja – Polonja” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, iffirmat fi Djakarta fis-7 ta’ Settembru 1993, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja – Rumanija” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja, inizjalat fi Djakarta fit-28 ta’ Marzu 1995, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Indoneżja – Slovakkja” fl-Anness 2;

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju Spanjol u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja dwar servizzi tal-ajru bi skeda, magħmul f’Madrid fil-5 ta’ Ottubru 1993, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ftehim Indoneżja – Spanja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tal-Isvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indoneżja għal servizzi tal-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Copenhagen fit-23 ta’ Ġunju 1971, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Indoneżja – Sveżja” fl-Anness 2;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tal-Indoneżja għas-servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat fi Djakarta fit-28 ta’ Ġunju 1973, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Indoneżja – Renju Unit” fl-Anness 2.


ANNESS 2

Lista tal-Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 4 tal-Ftehim

(a)

Denominazzjoni minn Stat Membru:

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Awstrija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Belġju;

 

l-Artikolu III tal-Ftehim Indoneżja - Bulgarija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja-Repubblika Ċeka;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Danimarka;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Finlandja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Franza;

 

l-Artikolu 3, paragrafu 4, tal-Ftehim Indoneżja - Ġermanja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Ungerija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Italja;

 

l-Artikolu III tal-Ftehim Indoneżja - Lussemburgu;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Pajjiżi l-Baxxi;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Polonja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Rumanija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Slovakkja;

 

l-Artikolu III tal-Ftehim Indoneżja - Spanja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Svezja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Renju Unit.

(b)

Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:

 

l-Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim Indoneżja-Awstrija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Belġju;

 

l-Artikolu IV tal-Ftehim Indoneżja - Bulgarija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja-Repubblika Ċeka;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Danimarka;

 

l-Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim Indoneżja-Finlandja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Franza;

 

l-Artikolu 3, paragrafu 6, tal-Ftehim Indoneżja - Ġermanja;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Ungerija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Italja;

 

l-Artikolu IV tal-Ftehim Indoneżja - Lussemburgu;

 

l-Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim Indoneżja-Pajjiżi l-Baxxi;

 

l-Artikoli 3 u 4 tal-Ftehim Indoneżja-Polonja;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Rumanija;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Slovakkja;

 

l-Artikolu III u IV tal-Ftehim Indoneżja - Spanja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Svezja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Renju Unit.

(c)

Sikurezza:

 

l-Artikoli 3 u 6 tal-Ftehim Indoneżja-Awstrija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Belġju;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja-Repubblika Ċeka;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Danimarka;

 

l-Artikolu 16 tal-Ftehim Indoneżja - Finlandja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Franza;

 

l-Anness 4 tal-Minuti Miftehmin iffirmati f’Bonn fl-4 ta’ Ġunju 2003 minn delegazzjonijiet li jirrappreżentaw l-awtoritajiet ajrunawtiċi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika tal-Indoneżja;

 

l-Artikolu 7 tal-Ftehim Indoneżja - Greċja;

 

l-Artikolu 16 tal-Ftehim Indoneżja - Ungerija;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja - Italja;

 

l-Artikolu VII tal-Ftehim Indoneżja - Lussemburgu;

 

l-Anness IV tal-Memorandum ta’ Qbil bejn l-awtoritajiet ajrunawtiċi tar-Repubblika tal-Indoneżja u tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi magħmul fl-Aja fid-19 ta’ Awwissu 2009;

 

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Indoneżja - Slovakkja;

 

l-Artikolu VI tal-Ftehim Indoneżja - Spanja;

 

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Indoneżja – Svezja.

(d)

Tassazzjoni tal-karburant tal-avjazzjoni:

 

l-Artikolu 7 tal-Ftehim Indoneżja - Awstrija;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Belġju;

 

l-Artikolu VI tal-Ftehim Indoneżja - Bulgarija;

 

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Indoneżja-Repubblika Ċeka;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Danimarka;

 

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Indoneżja - Finlandja;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Franza;

 

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Indoneżja - Ġermanja;

 

l-Artikolu 10 tal-Ftehim Indoneżja - Greċja;

 

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Indoneżja - Ungerija;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Italja;

 

l-Artikolu IX tal-Ftehim Indoneżja - Lussemburgu;

 

l-Artikolu 10 tal-Ftehim Indoneżja - Pajjiżi l-Baxxi;

 

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Indoneżja - Polonja;

 

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Indoneżja - Rumanija;

 

l-Artikolu 8 tal-Ftehim Indoneżja - Slovakkja;

 

l-Artikolu VIII tal-Ftehim Indoneżja - Spanja;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Svezja;

 

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Indoneżja - Renju Unit.


ANNESS 3

Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 tal-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika tal-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).

Top