This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0910
Commission Regulation (EC) No 910/2009 of 29 September 2009 concerning the authorisation of a new use of the preparation of Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 as a feed additive for horses (holder of authorisation Lallemand SAS) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad- 29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas- Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad- 29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas- Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 257, 30.9.2009, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 24/02/2020; Imħassar b' 32020R0149
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32016R2260 | Sostituzzjoni | titolu Test | 05/01/2017 | |
Modified by | 32016R2260 | Sostituzzjoni | anness Test | 05/01/2017 | |
Repealed by | 32020R0149 | 25/02/2020 |
30.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 910/2009
tad-29 ta’ Settembru 2009
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Dan ir-Regolament jawtorizza użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf taż-żwiemel. |
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”) wettqet l-istima tar-riskju skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”. |
(6) |
L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ilu awtorizzat għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (2) fil-każ tal-mogħoż u n-nagħaġ li jinħalbu u għal għaxar snin permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 (3) fil-każ tal-ħrief. |
(7) |
Tressqet dejta ġdida bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għaż-żwiemel. Fl-opinjonijiet tagħha tat-12 ta’ Settembru 2006 (4) u tal-1 ta’ April 2009 (5), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ma għandhiex effett mhux mixtieq fuq saħħet l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-preparazzjoni jista’ jkollha benefiċċju sinifikanti fuq id-diġestjoni tal-fibra. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(8) |
L-evalwazzjoni ta’ dik il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38.
(4) The EFSA Journal (2006) 385, p. 1.
(5) The EFSA Journal (2009) 1040, p. 1.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità |
|||||||||||||||||||||||||
4a1711 |
LALLEMAND SAS |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 |
|
Żwiemel |
— |
3,0 × 109 |
— |
|
20.10.2019 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju Referenzjarju Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives