Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0007

    Direttiva tal-Kummissjoni 2009/7/KE tal- 10 ta' Frar 2009 li temenda l-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    ĠU L 40, 11.2.2009, p. 12–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/7/oj

    11.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 40/12


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/7/KE

    tal-10 ta' Frar 2009

    li temenda l-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

    Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2000/29/KE telenka organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u tistipula ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni tagħhom fl-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Abbażi tat-tagħrif fornut mill-Istati Membri u eżami mill-esperti tal-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE, huwa xieraq li jiġu emendati l-listi tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara fl-Annessi I u II biex jitjieb il-ħarsien mill-introduzzjoni ta’ dawn l-organiżmi fil-Komunità. Il-bidliet kollha huma bbażati fuq evidenza teknika u xjentifika.

    (3)

    Meta titqies iż-żieda fil-kummerċ internazzjonali fil-pjanti u l-prodotti tal-pjanti, hemm bżonn ta’ ħarsien fitosanitarju tal-Komunità kontra l-introduzzjoni tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara li ġejjin li s’issa mhumiex magħrufin bħala preżenti fil-Komunità: Dendrolimus sibiricus Tschetverikov; Rhynchophorus palmarum (L.); Agrilus planipennis Fairmaire fuq pjanti tal-Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq., u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., u li magħruf li jinsab biss fil-Kanada, fiċ-Ċina, fil-Ġappun, fil-Mongolja, fir-Repubblika tal-Korea, fir-Russja, fit-Tajwan, u fl-Istati Uniti; il-virus Chrysanthemum stem necrosis fuq pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul. u Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw.; Scrobipalpopsis solanivora (Povolny) fuq tuberi ta’ Solanum tuberosum L. u Stegophora ulmea (Schweinitz: Fries) Sydow & Sydow fuq pjanti ta’ Ulmus L. u Zelkova L., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ. Barra minn hekk, it-tixrid ulterjuri ta’ Paysandisia archon (Burmeister), li tinsab f'xi żoni tal-Komunità fuq 11-il ġeneru ta’ Palmae u taħt kontroll uffiċjali, hemm bżonn li jkun limitat għall-istess raġunijiet.

    (4)

    L-ismijiet ta’ Saissetia nigra (Nietm.) u Diabrotica virgifera Le Conte għandhom ikunu emandati b’konformità mad-denominazzjonijiet xjentifiċi riveduti ta’ dawk l-organiżmi. Saissetia nigra (Nietm.) saret Parasaissetia nigra (Nietner). Diabrotica virgifera Le Conte inqasmet f’żewġ sottospeċi, jiġifieri Diabrotica virgifera virgifera Le Conte, preżenti reġjonalment fil-Komunità, u Diabrotica virgifera zeae Krysan & Smith, mhux preżenti fil-Komunità.

    (5)

    Għalhekk hemm bżonn li l-elenkar ta’ dawk l-organiżmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2000/29/KE jiġi emendat.

    (6)

    Għaldaqstant, ir-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għall-importazzjoni jew il-moviment ta’ pjanti li jospitaw organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija fl-Annessi I u II hemm bżonn li jiġu emendati biex iqisu l-elenkar emendat fl-Annessi I u II.

    (7)

    Il-kodiċi NM għall-injam ta’ Acer saccharum Marsh, għandu bżonn jiġi aġġornat fl-Anness V, Parti B biex b’hekk il-lista ta’ kodiċi NM għall-injam soġġett għall-kontroll fuq l-importazzjoni tkun kompluta.

    (8)

    L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont it-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2009.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.


    ANNESS

    L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    Fl-Anness I, il-Parti A hija emendata kif ġej:

    (a)

    fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni I:

    (i)

    il-punt 10.0. li ġej jiddaħħal wara l-punt 10:

    “10.0.

    Dendrolimus sibiricus Tschetverikov”;

    (ii)

    il-punt 10.4 jinbidel b’dan li ġej:

    “10.4.

    Diabrotica virgifera zeae Krysan & Smith”;

    (iii)

    il-punt 19.1 li ġej jiddaħħal wara l-punt 19:

    “19.1.

    Rhynchophorus palmarum (L.)”

    (b)

    fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni II, il-punt 0.1. li ġej jiddaħħal qabel il-punt 1:

    “0.1.

    Diabrotica virgifera virgifera Le Conte”.

    (2)

    Fl-Anness II, il-Parti A hija emendata kif ġej:

    (a)

    fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni I:

    (i)

    il-punt 1.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 1:

    “1.1.

    Agrilus planipennis Fairmaire

    Pjanti maħsuba għat-tħawwil, minbarra pjanti f’kultura tan-nisġa u żrieragħ, injam u qoxra ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti”

    (ii)

    il-punt 24 jitħassar;

    (iii)

    il-punt 28.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 28:

    “28.1.

    Scrobipalpopsis solanivora Povolny

    Tuberi ta’ Solanum tuberosum L.”

    (b)

    fl-intestatura (c) tas-Sezzjoni I, il-punt 14.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 14:

    “14.1.

    Stegophora ulmea (Schweinitz: Fries) Sydow & Sydow

    Pjanti ta’ Ulmus L. u Zelkova L., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ”

    (ċ)

    fl-intestatura (d) tas-Sezzjoni I, il-punt 5.1 li ġej jiddaħħal wara l-punt 5:

    “5.1.

    Chrysanthemum stem necrosis virus

    Pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul. u Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ”

    (d)

    fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni II:

    (i)

    il-punt 6.3. li ġej jiddaħħal wara l-punt 6.2:

    “6.3.

    Parasaissetia nigra (Nietner)

    Pjanti ta’ Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, minbarra l-frott u żrieragħ”

    (ii)

    il-punt 10 li ġej jiddaħħal wara l-punt 9:

    “10.

    Paysandisia archon (Burmeister)

    Pjanti ta' Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.”

    (3)

    Fl-Anness IV, Parti A, is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

    (a)

    il-punti 2.3, 2.4 u 2.5 li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.2:

    “2.3.

    Sew jekk elenkati fost il-kodiċi NM fl-Anness V, Parti B u sew jekk le, injam ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., minbarra fil-forma ta’

    laqxiet, miksuba kompletament jew parzjalment minn dawn is-siġar,

    materjal tal-ippakkjar tal-injam, fil-forma ta’ kontenituri tal-ippakkjar, kaxex, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxex tal-palits u twavel tat-tagħbija oħrajn, għenuq tal-palits, li huma effettivament użati għat-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta,

    injam użat bħala feles jew appoġġ għat-tagħbija mhux tal-injam,

    imma li jinkludi njam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu,

    li joriġina mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

    Stqarrija uffiċjali li l-injam:

    (a)

    joriġina f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Agrilus planipennis Fairmaire b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

    (b)

    huwa kwadrat biex ikun jista’ jitneħħa kompletament il-wiċċ tond.

    2.4.

    Sew jekk elenkat fost il-kodiċi NM fl-Anness V, Parti B u sew jekk le, injam f’forma ta’ laqxiet miksub kompletament jew parzjalment minn Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc. li joriġina mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

    Stqarrija uffiċjali li l-injam:

    (a)

    joriġina f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Agrilus planipennis Fairmaire b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

    (b)

    li ġie pproċessat f’biċċiet ta’ mhux aktar minn 2,5 ċm ħxuna u wisa’.

    2.5.

    Qoxra iżolata ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidianaPlanch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc. li toriġina mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

    Stqarrija uffiċjali li l-qoxra iżolata:

    (a)

    toriġina f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Agrilus planipennis Fairmaire b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

    (b)

    li ġiet ipproċessata f’biċċiet ta’ mhux aktar minn 2,5 ċm ħxuna u wisa’”

    (b)

    il-punt 11.4. li ġej jiddaħħal wara l-punt 11.3.:

    “11.4.

    Il-pjanti ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidianaPlanch., Ulmus parvifoliaJacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ u pjanti f’kultura tan-nisġa li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

    Stqarrija Uffiċjali li l-pjanti:

    (a)

    tkabbru tul ħajjithom f’żona libera minn Agrilus planipennis Fairmaire, stabbilita minn organizzazzjoni nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

    (b)

    tkabbru, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, f'post ta' produzzjoni fejn ma ġew osservati l-ebda sinjali ta’ Agrilus planipennis Fairmaire waqt żewġ spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, inkluż eżatt qabel l-esportazzjoni.”

    (ċ)

    it-test fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 14 huwa emendat kif ġej: “Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness IV(A)(I)(11.4), dikjarazzjoni uffiċċjali li l-ebda sintomi tal-Elm phlöem necrosis mycoplasm ma ġew osservati fil-post ta’ produzzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni.”

    (d)

    il-punti 25.4.1 u 25.4.2 li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 25.4:

    “25.4.1.

    Tuberi tas-Solanum tuberosum L., minbarra dawk maħsuba għat-tħawwil

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tuberi elenkati fl-Anness III(A)(12) u l-Anness IV(A)(I)(25.1), (25.2) u (25.3), stqarrija uffiċjali li t-tuberi joriġinaw f'żoni fejn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith mhux magħruf li jseħħ.

    25.4.2.

    Tuberi tas-Solanum tuberosum L.

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tuberi elenkati fl-Anness III(A)(10), (11) u (12) u l-Anness IV(A)(I)(25.1), (25.2), (25.3), (25.4) u (25.4.1), stqarrija uffiċjali li:

    (a)

    it-tuberi joriġinaw f’pajjiż fejn Scrobipalpopsis solanivora Povolny mhux magħruf li jseħħ; jew

    (b)

    it-tuberi joriġinaw f’żona libera minn Scrobipalpopsis solanivora Povolny, stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Fitosanità rilevanti.”

    (e)

    il-punt 25.8 jitħassar;

    (f)

    il-punt 28.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 28:

    “28.1.

    Pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul. u Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ

    Bla ħsara għar-rekwiżiti applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(13), l-Anness IV(A)(I) (25.5), (25.6), (25.7), (27.1), (27.2) u (28), stqarrija uffiċjali li:

    (a)

    il-pjanti tkabbru tul ħajjithom f’pajjiż ħieles minn Chrysanthemum stem necrosis virus, jew

    (b)

    il-pjanti tkabbru tul ħajjithom f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Chrysanthemum stem necrosis virus b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti, jew

    (ċ)

    il-pjanti tkabbru tul ħajjithom f’pajjiż ta’ produzzjoni, stabbilit bħala ħieles mill-Chrysanthemum stem necrosis virus u vverifikat permezz ta’ spezzjonijiet uffiċjali u, fejn xieraq, permezz ta' testijiet.”

    (g)

    il-punt 37.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 37:

    “37.1.

    Pjanti ta' Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf

    Bla ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Annex III(A)(17) u r-rekwiżiti elenkati fl-Anness IV(A)(I)(37) stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

    (a)

    tkabbru tul ħajjithom f’pajjiż fejn Paysandisia archon (Burmeister) mhux magħruf li jseħħ; jew

    (b)

    tkabbru tul ħajjithom f’żona libera minn Paysandisia archon (Burmeister), stabbilita minn għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

    (ċ)

    tkabbru, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, f’post ta' produzzjoni:

    li jkun irreġistrat u sorveljat mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini, u

    fejn il-pjanti jkunu tpoġġew f’sit b’ħarsien fiżiku sħiħ mill-introduzzjoni ta’ Paysandisia archon (Burmeister) jew bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa, u

    meta, waqt tliet spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, inkluż eżatt qabel l-esportazzjoni, ma ġew osservati l-ebda sinjali ta’ Paysandisia archon (Burmeister).”

    (4)

    Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni II, il-punt 19.1 li ġej jiddaħħal wara l-punt 19:

    “(19)(1)

    Pjanti ta' Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.

    Stqarrija Uffiċjali li l-pjanti:

    (a)

    tkabbru tul ħajjithom f’żona libera minn Paysandisia archon (Burmeister), stabbilita minn għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

    (b)

    tkabbru, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel il-moviment, f’post ta’ produzzjoni:

    li jkun irreġistrat u sorveljat mill-entità uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru tal-oriġini, u

    fejn il-pjanti jkunu tpoġġew f’sit b’ħarsien fiżiku sħiħ mill-introduzzjoni ta’ Paysandisia archon (Burmeister) jew bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa, u

    fejn, waqt tliet spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, ma ġew osservati l-ebda sinjali ta’ Paysandisia archon (Burmeister).”

    (5)

    L-Anness V jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fis-Sezzjoni I tal-Parti A jiddaħħal il-punt 2.3.1. li ġej wara l-punt 2.3:

    “2.3.1.

    Pjanti ta’ Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.”

    (b)

    Is-Sezzjoni I tal-Parti B hija emendata kif ġej:

    (i)

    it-tielet inċiż li ġej jiżdied mal-punt 5:

    “—

    Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc. li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti.”

    (ii)

    is-sitt inċiż li ġej jiżdied mal-punt 6(a):

    “—

    Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim.,Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., inkluż injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti.”

    (iii)

    fil-punt 6(b), is-sezzjoni

    “ex 4407 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra injam tropikali speċifikat fin-nota tas-sottointestatura 1 tal-Kapitolu 44 jew injam tropikali ieħor, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.), issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm”

    qiegħda titħassar u tinbidel bi:

    “ex 4407 93

    Injam ta’ Acer saccharum Marsh, isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

    4407 95

    Injam tal-fraxxnu (Fraxinus spp.) isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

    ex 4407 99

    Injam mhux tal-koniferi (minbarra injam tropikali speċifikat fin-nota tas-sottointestatura 1 tal-Kapitolu 44 jew injam tropikali ieħor, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), aġġru (Acer spp.), ċirasa (Prunus spp.) jew fraxxnu (Fraxinus spp.)) issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm”


    Top