This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1265
Commission Regulation (EC) No 1265/2008 of 16 December 2008 amending Regulation (EEC) No 1859/82 concerning the selection of returning holdings for the purpose of determining incomes of agricultural holdings
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2008 tas- 16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward l-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi determinat id-dħul tal-oqsma agrikoli
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2008 tas- 16 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward l-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi determinat id-dħul tal-oqsma agrikoli
ĠU L 338, 17.12.2008, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2010
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31982R1859 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 24/12/2008 |
17.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 338/32 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1265/2008
tas-16 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward l-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi determinat id-dħul tal-oqsma agrikoli
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ dejta tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ oqsma [azjendi] agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (2) jistipula, għal kull Stat Membru, il-limitu tad-daqs ekonomiku tal-kontijiet li jaqgħu taħt il-qasam tal-istħarriġ tan-netwerk ta’ dejta tal-kontabbiltà tal-irziezet. |
(2) |
Fil-każ ta’ Spanja, bidliet strutturali wasslu għal nuqqas fl-għadd ta’ azjendi iżgħar u fil-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-produzzjoni agrikola totali. L-azjendi b’daqs ekonomiku iżgħar minn 4 ESU (435 307 azjendi) jirrappreżentaw biss 4.04 % tal-marġini gross standard totali. L-aktar parti rilevanti tal-attività agrikola tista’ għaldaqstant tiġi koperta bil-limitu li jeskludi l-azjendi iżgħar. Il-limitu stipulat ta’ 2 ESU għandu konsegwentement jitla’ għal 4 ESU. |
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk ta’ Dejta tal-Kontabbiltà tal-Irziezet, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2008 (perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi li jibda bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-1 ta’ Lulju 2008) u għas-snin finanzjarji sussegwenti, il-limitu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament 79/65/KEE fl-ESU għandu jkun kif ġej:
— |
Il-Belġju: 16 ESU |
— |
Il-Bulgarija: 1 ESU |
— |
Ir-Repubblika Ċeka: 4 ESU |
— |
Id-Danimarka: 8 ESU |
— |
Il-Ġermanja: 16 ESU |
— |
L-Estonja: 2 ESU |
— |
L-Irlanda: 2 ESU |
— |
Il-Greċja: 2 ESU |
— |
Spanja: 4 ESU |
— |
Franza: 8 ESU |
— |
L-Italja: 4 ESU |
— |
Ċipru: 2 ESU |
— |
Il-Latvja: 2 ESU |
— |
Il-Litwanja: 2 ESU |
— |
Il-Lussemburgu: 8 ESU |
— |
L-Ungerija: 2 ESU |
— |
Malta: 8 ESU |
— |
L-Olanda: 16 ESU |
— |
L-Awstrija: 8 ESU |
— |
Il-Polonja: 2 ESU |
— |
Il-Portugall: 2 ESU |
— |
Ir-Rumanija: 1 ESU |
— |
Is-Slovenja: 2 ESU |
— |
Is-Slovakkja: 8 ESU |
— |
Il-Finlandja: 8 ESU |
— |
L-Iżvezja: 8 ESU |
— |
Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq): 16 ESU |
— |
Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq biss) 8 ESU.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena finanzjarja 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859.
(2) ĠU L 205, 13.7.1982, p. 5.