This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0589
Commission Regulation (EC) No 589/2008 of 23 June 2008 laying down detailed rules for implementing Council Regulation (EC) No 1234/2007 as regards marketing standards for eggs
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat- 23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat- 23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd
ĠU L 163, 24.6.2008, p. 6–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/11/2023; Imħassar b' 32023R2465
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32007R0557 | ||||
Implicit repeal | 32007R1336 | 01/07/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32008R0589R(01) | (ES) | |||
Corrected by | 32008R0589R(02) | (ES) | |||
Corrected by | 32008R0589R(03) | (RO) | |||
Modified by | 32008R0598 | Sostituzzjoni parzjali | artikolu 11 | 01/07/2008 | |
Modified by | 32010R0557 | Sostituzzjoni | artikolu 37 | 28/06/2010 | |
Modified by | 32013R0342 | Sostituzzjoni | artikolu 24 .2 | 24/04/2013 | |
Modified by | 32013R0458 | Sostituzzjoni | artikolu 1 L2 punt I) | 18/05/2013 | |
Modified by | 32013R0519 | Tlestija | anness I P.B | 01/07/2013 | |
Modified by | 32013R0519 | Tlestija | anness I P.A | 01/07/2013 | |
Modified by | 32017R1185 | Tħassir | artikolu 31 | 11/07/2017 | |
Modified by | 32017R2168 | Sostituzzjoni | anness II | 25/11/2017 | |
Repealed by | 32023R2465 | 28/11/2023 |
24.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 163/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 589/2008
tat-23 ta’ Ġunju 2008
dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2007 rigward l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur agrikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dak li jikkonċerna ċerti prodotti ta’ dan is-settur (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment il-punt d) ta’ l-Artikolu 121 tiegħu, b’rabta ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
billi:
(1) |
Mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (2) huwa revokat bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(2) |
Ċerti dispożizzjonijiet u obbligi previsti mir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 ma ġewx inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Għalhekk, ċerti dispożizzjonijiet u obbligi adattati għandhom jiġu adottati fil-qafas ta’ Regolament dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sabiex jippermetti l-kontinwità u l-iffunzjonar tajjeb ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq u partikolarment in-normi għat-tqegħid fuq is-suq. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiffissa l-bżonnijiet minimi li jridu jissodisfaw il-bajd biex jistgħu jitpoġġew fuq is-suq fil-Komunità. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jaqbel li niddefinixxu t-termini l-ġodda għall-applikazzjoni relatati ma’ dawn il-bżonnijiet. Għalhekk jaqbel li jkun revokat ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 (3), li stabbilixxa t-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, u li jiġi sostitwit minn regolament ġdid. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 rigward l-iġjene ta’ l-ikel (4) u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jiffissa r-regoli speċifiċi ta’ l-iġjene applikabbli għall-ikel ta’ l-oriġini annimali (5) għandhom japplikaw għall-bajd. Għalhekk, sakemm dan ikun possibbli, għandha ssir referenza għal dawn ir-regolamenti orizzontali. |
(6) |
Għandhom jiġu deċiżi l-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd tal-Klassi A sabiex tkun garantita l-kwalità superjuri tal-bajd ikkunsinjati direttament lill-konsumatur finali u li jiġu definiti l-kriterji għall-fini ta’ kontroll mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni. Dawn il-karatteristiċi għandhom ikunu konformi man-norma Nru 42 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN-ECE) li jikkonċernaw it-tqegħid fuq is-suq u l-kontroll tal-kwalità kummerċjali tal-bajd bil-qoxra fil-kummerċ internazzjonali bejn il-pajjiżi membri ta’ l-UN-ECE u li huma destinati għal dawn il-pajjiżi. |
(7) |
Il-bajd kiesaħ li jitħalla f’temperatura ta’ l-ambjent jista’ jinkesa bil-kondensazzjoni, li tiffaċilita t-trobbija tal-batterji fuq il-qoxra u probabbilment li dawn jidħlu fil-bajda. Għalhekk il-bajd għandu jkun maħżun u trasportat f’temperatura kostanti u, bħala regola ġenerali, dan m’għandux jinżamm fil-kesħa qabel ma jinbiegħ lill-konsumatur finali. |
(8) |
Fil-prinċipju il-bajd m’għandux jinħasel jew jitnaddaf, minħabba li dan jista’ jagħmel ħsara lill-qoxra, li, permezz tal-karatteristiċi antimikrobiċi tagħha, taġixxi bħala barriera effikaċi kontra l-kontaminazzjoni mill-batterji. Madankollu, ma jistgħux jitqiesu ċerti metodi, bħal pereżempju t-trattament tal-bajd bir-raġġi ultravjola, bħala proċessi ta’ tindif. Barra minn dan, il-bajd tal-Klassi A m’għandux jinħasel minħabba ħsara li tista’ tiġi kkawżata lill-barrieri fiżiċi, bħall-epiderma, matul jew wara t-tindif. Din il-ħsara tista’ tiffavorixxi l-kontaminazzjoni li tgħaddi mill-qoxra permezz tal-batterji jew it-telf ta’ l-umidità mill-qoxra, li jkabbar ir-riskju għall-konsumaturi, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet tat-tnixxif u tal-ħżin ma jkunx ottimali. |
(9) |
Madankollu, f’ċerti Stati Membri, l-użu ta’ sistemi ta’ ħasil tal-bajd suġġetti għal awtorizzazzjoni u applikati taħt kundizzjonijiet ta’ sorveljanza stretta jagħtu riżultati tajba. Skond l-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel, rigward ir-riskji mikrobijoloġiċi assoċjati mal-ħasil tal-bajd għall-ikel, mogħtija fuq talba tal-Kummissjoni u adottata fis-7 ta’ Settembru 2005 (6), il-metodi tal-ħasil tal-bajd użati f’ċerti ċentri ta’ l-ippakkjar ma jippreżentaw l-ebda problema fuq il-pjan ta’ l-iġjene u għalhekk jistgħu jinżammu, partikolarment sakemm ma tiġi elaborata kodiċi ta’ prattika. |
(10) |
Il-bajd ta’ Klassi A għandu jiġi klassifikat skond il-piż tiegħu. F’dan ir-rigward jinħtieġ li jiġi definit numru limitat ta’ kategoriji ta’ piż sabiex ir-regoli ppreċiżati fir-rigward tal-bżonnijiet minimi fil-qasam ta’ l-ittikkettjar, u dan ma jeskludix ittikkettjar supplementari fuq bażi volontarja, sakemm jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (7). |
(11) |
Huma biss l-intrapriżi li għandhom bini u tagħmir tekniku adattat għat-tip u għall-importanza ta’ l-attivitajiet tagħhom u li għalhekk jippermettu l-manipulazzjoni tal-bajd f’kundizzjonijiet sodisfaċenti li jkunu awtorizzati, bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, li jikklassifikaw il-bajd għal kull Klassi ta’ kwalità u ta’ piż. |
(12) |
Għandhom jiġu ffisati ż-żminijiet massimi fil-qasam tal-klassifikazzjoni, ta’ l-immarkar u ta’ l-ippakkjar tal-bajd kif ukoll l-immarkar tal-pakketti. |
(13) |
Minbarra l-obbligu ġenerali biex tiġi stabbilita t-traċċabilità ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, ta’ l-għalf, ta’ l-annimali li jipproduċu l-ikel jew ta’ sustanzi maħsuba biex ikunu, jew mistennija li jkunu inkorporati f’ikel jew f’għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-dsitribuzzjoni, previst fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (8), għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli, għandha tkun stabbilita ċerta informazzjoni li trid titpoġġa fuq il-pakketti għat-trasport li jikkontjenu l-bajd, kif ukoll fuq id-dokumenti ta’ akkompanjament relatati magħhom. |
(14) |
Meta l-bajd jiġi kkunsinjat fi Stat Membru ieħor, il-kodiċi tal-produttur għandu jitpoġġa fuq il-bajd fuq is-sit tal-produzzjoni. B’mod aktar partikolari, fir-rigward tal-bajd tal-Klassi B, jekk il-kodiċi tal-produttur ma jippermettix li bih biss isir distinzjoni tal-Klassi tal-kwalità, għandha titpoġġa indikazzjoni oħra fuq il-bajd tal-Klassi B. |
(15) |
Il-kompożizzjoni tal-kodiċi tal-produttur għandha tiġi ffissata kif stipulat fil-punt 1, ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Barra dan, għandu jkun iċċarat li tista’ ssir eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ l-immarkar bil-kodiċi tal-produttur jekk l-istallazzjonijiet tekniċi ma jippermettux l-immarkar tal-bajd maqsum jew maħmuġ. |
(16) |
Għandhom jiġu definiti l-karatteristiċi ta’ indikazzjonijiet l-oħra li jista’ jkun hemm fuq il-bajd tal-Klassi B, skond it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(17) |
Meta l-bajd jiġi trasportat direttament lil intrapriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel għall-ipproċessar, u biex ikun hemm garanziji suffiċjenti fir-rigward tad-destinazzjoni finali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi għall-bżonn ta’ l-immarkar lil operaturi li jitolbu dan. |
(18) |
Id-Direttiva 2000/13/KE tiddefinixxi r-regoli ġenerali applikabbli għall-oġġetti ta’ l-ikel kollha li jitpoġġew fuq is-suq. Madankollu għandhom ikunu previsti ċerti rekwiżiti speċifiċi ta’ mmarkar għall-pakketti. |
(19) |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/13/KE jiddefinixxi li d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott ta’ l-ikel tkun id-data sakemm dan il-prodott ta’ l-ikel jikkonserva l-propjetajiet speċifiċi tiegħu meta jinħażen kif suppost. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, din id-data għandha tiġi ffissata sa mhux aktar minn tmienja u għoxrin jum wara li jkun inbied. |
(20) |
Il-bajd jista’ jinbiegħ b’indikazzjoni li turi partikolarment kemm tkun friska l-bajda. Għalhekk għandu jkun definit limitu ta’ żmien massimu li matulu tista’ tintuża din l-indikazzjoni. |
(21) |
Il-bajd jista’ jinbiegħ b’indikazzjoni li tenfasizza l-kompożizzjoni speċifika ta’ l-għalf mogħti lit-tiġieġ tal-bajd. Jaqbel li jiġu definiti rekwiżiti minimi applikabbli għall-użu ta’ dawn l-indikazzjonijiet. |
(22) |
Meta l-bajd jinbiegħ farrad, ċerta informazzjoni li normalment tidher fuq l-ippakkjar għandha tkun aċċessibbli għall-konsumatur. |
(23) |
Minbarra r-rekwiżiti ġenerali fil-qasam ta’ l-iġjene applikabbli għall-ippakkjar u għall-preparazzjoni tal-prodotti ta’ l-ikel, għandhom jiġu definiti ċerti rekwiżiti supplementari sabiex ikun minimizzat ir-riskju ta’ tħassir jew ta’ kontaminazzjoni tal-bajd matul il-ħażna jew it-trasport. Dawn in-normi għandhom ikunu bbażati fuq in-norma ta’ l-UN/ECE Nru 42. |
(24) |
Il-bajd industrijali mhuwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk huwa neċessarju li jitpoġġew xi strixxi jew tikketti li jippermettu l-identifikazzjoni faċli tal-pakketti li jkun fihom dan it-tip ta’ bajd. |
(25) |
Huma biss iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li għandhom bini u t-tagħmir tekniku neċessarju għall-ippakkjar mill-ġdid tal-bajd. Għalhekk tajjeb li jiġu limitati l-attivitajiet ta’ l-ippakkjar mill-ġdid għal dawn iċ-ċentri biss. |
(26) |
L-operaturi tas-settur ta’ l-ikel iridu jistabbilixxu t-traċċabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-produtturi, il-kolletturi u ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikunu obbligati li jżommu reġistri supplementari speċifiċi bil-ħsieb li jippermettu lis-servizzi ta’ l-ispezzjoni li jikkontrollaw ir-rispett tan-normi tat-tqegħid fuq is-suq. |
(27) |
Għandhom jiġu definiti l-metodi u l-kriterji applikabbli fil-qasam tal-kontroll. |
(28) |
Jaqbel li tkun ikkontrollata l-konformità man-normi tat-tqegħid fuq is-suq għal-lott bħala ħaġa waħda, u t-tqegħid fuq is-suq ta’ lott li jkun meqjus bħala mhux konformi għandu jiġi projbit, sakemm ma tkunx tista’ tiġi stabbilita l-konformità tiegħu. |
(29) |
Għandhom ikunu previsti ċerti tolleranzi fil-qasam tal-kontroll tar-rispett tan-normi tat-tqegħid fuq is-suq. Dawn it-tolleranzi għandhom ivarjaw skond ir-rekwiżiti u l-istadji tat-tqegħid fuq is-suq. |
(30) |
Huwa possibbli li l-pajjiżi terzi japplikaw rekwiżiti differenti minn dawk definiti mill-Komunità fil-qasam tat-tqegħid tal-bajd fuq is-suq. Għal fini ta’ esportazzjoni, jaqbel li jkun żgurat li l-bajd intenzjonat għall-esportazzjoni u ppakkjat b’dan il-mod jista’ jissodisfa dawn ir-rekwiżiti. |
(31) |
Għandhom jiġu ffissati termini preċiżi għall-evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza tan-normi tat-tqegħid fuq is-suq f’pajjiżi terzi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, li għandha ssir mill-Kummissjoni fuq talba tal-pajjiżi terzi. Għandhom jiġu definiti ċerti rekwiżiti għall-immarkar u l-ittikkettjar, applikabbli għall-bajd impurtat minn pajjiżi terzi. |
(32) |
Il-Kummissjoni għandu jkollha informazzjoni relattiva għan-numru ta’ postijiet irreġistrati għat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd. |
(33) |
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull ksur tan-normi ta’ tqegħid fuq is-suq, sabiex l-Istati Membri l-oħra li jistgħu jkunu effetwati jistgħu jkunu mgħarrfa b’mod adattat. |
(34) |
Il-provvista tal-bajd għan-negozju bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra tiddependi min-naħa fuq il-forniment ta’ bajd mill-kontinent Ewropew. B’kunsiderazzjoni għat-tul taż-żmien għat-trasport u l-kundizzjonijiet tal-klima, jinħtieġ li jiġu rispettati t-termini ta’ forniment speċifiċi għall-ħarsien tal-bajd trasportat lejn dawn id-dipartimenti, inkluż partikolarment il-possibilità li dan il-bajd jitbagħat imkessaħ. Dawn it-termini speċifiċi jistgħu jiġu ġustifikati minħabba n-nuqqas attwali ta’ kapaċitajiet lokali għall-produzzjoni. Dawn it-termini eċċezzjonali għandhom jinżammu għal żmien raġonevoli, sakemm il-kapaċitajiet lokali ta’ produzzjoni jkunu suffiċjenti. |
(35) |
Il-punt 2 ta’ l-Anness XIV, A, I, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jawtorizza lill-Istati Membri li jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-bajd mibjugħ direttament lill-konsumatur finali mill-produttur. Biex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet partikolari tat-tqegħid fuq is-suq tal-bajd f’ċerti reġjuni tal-Finlandja, il-bejgħ mingħand il-produtturi lill-bejjiegħa bl-imnut f’dawn ir-reġjuni għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(36) |
Skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5, tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (9), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trobbija f’gaġeġ mhux modernizzati jitwaqqaf mill-1 ta’ Jannar 2012. Għalhekk, qabel din id-data, il-Kummissjoni għandha tipproċedi għal evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relattivi għall-ittikkettjar volontarju previsti fir-rigward ta’ gaġeġ mhux modernizzati sabiex jiġi determinat il-bżonn jekk dan l-ittikkettjar isir obbligatorju. |
(37) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għal Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fil-punti 5 u 7.3 ta’ l-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw kif jixraq.
Barra dan, id-definizzjonijiet ta’ l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-għan ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
“pakkett”, pakkett li jikkontjeni l-bajd tal-Klassi A jew B, ħlief il-pakketti ta’ trasport u l-kontenituri tal-bajd industrijali; |
(b) |
“bejgħ farrad”, il-bejgħ bl-imnut tal-bajd lill-konsumatur finali, li mhux f’pakketti; |
(ċ) |
“kollettur”, kull stabbiliment irreġistrat skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 awtorizzat li jiġbor il-bajd mingħand produttur bil-ħsieb li jintbagħtu f’ċentru ta’ l-ippakkjar, għal suq li jbiegħ esklussivament lill-bejjiegħa bl-ingrossa li l-impriżi tagħhom huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, jew għal industrija ta’ l-ikel u dik li mhijiex ta’ l-ikel; |
(d) |
“data sa meta għandu jinbiegħ”, il-limitu massimu ta’ żmien li fih il-bajda għandha tasal għand il-konsumatur finali skond il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni X ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
(e) |
“l-industrija ta’ l-ikel”, kull stabbiliment li jipproduċi prodotti b’bażi ta’ bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jeskludi l-kejterers bil-massa; |
(f) |
“l-industrija li mhux ta’ l-ikel”, kull intrapriża li tipproduċi prodotti li jikkontjenu l-bajd, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem; |
(g) |
“kejterers”, l-entitajiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 1, tad-Direttiva 2000/13/KE; |
(h) |
“bajd industrijali”, il-bajd mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem; |
(i) |
“lott”, il-bajd ippakkjat jew farrad, li ġej mill-istess sit tal-produzzjoni jew ċentru ta’ l-ippakkjar, li jinstabu f’post wieħed, fl-istess pakketti jew farrada fl-istess kontenitur, immarkati bl-istess data meta jkun inbied il-bajd jew id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel jew id-data ta’ l-ippakkjar, l-istess metodu ta’ trobbija u, f’każ ta’ bajd klassifikat, li jaqgħu taħt l-istess kategoriji ta’ kwalità u piż; |
(j) |
“ippakkjar mill-ġdid”, it-trasferiment fiżiku tal-bajd f’pakkett ieħor jew l-immarkar mill-ġdid ta’ pakkett li diġà fih il-bajd; |
(k) |
“bajd”, il-bajd fil-qoxra — ħlief il-bajd imkisser, mill-inkubatur jew insajjar — li hu prodott minn tiġieġ ta’ l-ispeċi Gallus gallus u huma adattati għall-konsum mill-bniedem jew għall-preparazzjoni ta’ prodotti b’bażi ta’ bajd; |
(l) |
“bajd imkisser”, il-bajd li għandu difetti fil-qoxra u fil-membrana li jwassal biex il-kontenut tagħhom ikun espost; |
(m) |
“bajd mill-inkubatur”, il-bajd minn meta jitpoġġew fl-inkubatur; |
(n) |
“tqegħid fuq is-suq”, il-bajd li jinżamm bi ħsieb li jinbiegħ, inkluż il-bejgħ, il-ħażna, l-ippakkjar, l-ittikkettjar, it-tqassim jew kull tip ieħor ta’ trasferiment, kemm mingħajr ħlas jew le; |
(o) |
“operatur”, produttur jew kull persuna fiżika jew morali oħra li tintervjeni fit-tqegħid tal-bajd fuq is-suq; |
(p) |
“sit tal-produzzjoni”, stabbiliment li jkabbar it-tiġieġ tal-bajd, irreġistrat skond id-Direttiva 2002/4/KE tal-Kummissjoni (10); |
(q) |
“ċentru ta’ l-ippakkjar”, ċentru ta’ l-ippakkjar fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li huwa awtorizzat skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5, ta’ dan ir-Regolment, u fejn il-bajd huwa klassifikat skond il-kawlità u l-piż tiegħu; |
(r) |
“konsumatur finali”, l-aħħar xerrej ta’ oġġett ta’ l-ikel, li mhux ser juża dan l-oġġett fil-qafas ta’ operazzjoni jew ta’ attività tas-settur ta’ l-ikel; |
(s) |
“kodiċi tal-produttur”, in-numru ta’ distinzjoni tas-sit tal-produzzjoni skond il-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE. |
Artikolu 2
Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd
1. Il-bajd tal-Klassi A jippreżentaw il-karatteristiċi ta’ kwalità li ġejjin:
(a) |
il-qoxra u l-epiderma: nodfa, sħaħ, b’forma normali; |
(b) |
il-kobor ta’ l-arja: għoli li ma jaqbiżx is-6 millimetri, li ma jiċċaqlaqx; madankollu, għall-bajd li jitpoġġa fuq is-suq bil-marka “extra”, din m’għandhiex taqbeż l-4 millimetri; |
(ċ) |
l-isfar tal-bajd: jidher bħala dell biss meta jsirlu l-eżami fid-dawl tax-xemgħa, mingħajr kontorn li jidher b’mod ċar, jiċċaqlaq kemm kemm meta tiġi mdawra l-bajda, u jirritorna għall-pożizzjoni ċentrali; |
(d) |
l-abjad: trasparenza ċara; |
(e) |
mikrobu: żvilupp imperċepibbli; |
(f) |
materja estranja: mhux permessibbli; |
(g) |
riħa estranja: mhux permessibbli. |
2. Il-bajd tal-Klassi A m’għandux jinħasel jew jitnaddaf, la qabel u l-anqas wara l-klassifikazzjoni, ħlief skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3.
3. Il-bajd tal-Klassi A m’għandux ikun trattat għal preservazzjoni jew imkessaħ f’bini jew fl-impjanti li fihom it-temperatura tinżamm b’mod artifiċjali aktar għolja minn + 5 °C. Madankollu, il-bajd li jinżamm f’temperatura anqas minn 5 °C matul it-trasport għal mhux aktar minn 24 siegħa, jew f’post tal-bejgħ, għal mhux aktar minn 72 siegħa, m’għandux jitqies bħala mkessaħ.
4. Il-bajd tal-Klassi B huwa l-bajd li ma jippreżentax il-karatteristiċi ta’ kwalità li jidhru fil-paragrafu 1. Il-bajd tal-Klassi A li ma jippreżentax aktar il-karatteristiċi msemmija jista’ jitniżżel għall-Klassi B.
Artikolu 3
Il-bajd maħsul
1. L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Ġunju 2003, awtorizzaw iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd jistgħu jżommu din l-awtorizzazzjoni, sakemm dawn iċ-ċentri jikkonformaw mal-gwidi nazzjonali relattivi għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd. Il-bajd maħsul jista jitpoġġa fuq is-suq biss fuq l-Istati Membri li jagħtu din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.
2. L-Istati Membri stipulati fil-paragrafu 1 jinkoraġġixxu t-twessiħ tal-gwidi nazzjonali tal-prattika tajba fil-qasam tas-sistemi maħsuba għall-ħasil tal-bajd mill-operaturi ta’ l-industrija ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.
Artikolu 4
Il-klassifikazzjoni tal-bajd tal-Klassi A skond il-piż
1. Il-bajd tal-Klassi A huwa klassifikat skond il-kategoriji tal-piż li ġejjin:
(a) |
XL — kbir ħafna: piż superjuri jew ugwali għal 73 g; |
(b) |
L — kbir: piż superjuri jew ugwali għal 63 g u anqas minn 73 g; |
(ċ) |
M — medju: piż superjuri jew ugwali għal 53 g u anqas minn 63 g; |
(d) |
S — żgħir: piż inferjuri għal 53 g. |
2. Il-klassifika tal-piż hija indikata permezz ta’ ittri jew marki korrispondenti definiti fil-paragrafu 1, jew minn kumbinazzjoni tat-tnejn, li tista’ tiġi miżjuda minn varjazzjonijiet ta’ piż korrispondenti. Jistgħu jintużaw marki oħra supplementari, sakemm dawn ma jikkaġunawx tfixkil ma’ l-ittri jew il-marki definiti fil-paragrafu 1 u jkunu konformi mad-Direttiva 2000/13/KE.
3. Bħala deroga għall-paragrafu 1, meta l-bajd tal-Klassi A ta’ qisien differenti jiġi ppakkjat flimkien fl-istess pakkett, il-piż nett minimu tal-bajd għandu jkun indikat fi grammi u l-marka “Bajd ta’ qisien differenti”, jew marka simili, għandha titpoġġa fuq il-faċċata ta’ barra tal-pakkett.
Artikolu 5
Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar
1. Huma biss iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jikklassifikaw u jippakkjaw il-bajd u jpoġġu t-tikketti fuq il-pakketti tagħhom.
Huma biss l-intrapriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti f’dan l-Artikolu li huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar.
2. L-awtorità kompetenti tawtorizza liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jikklassifikaw il-bajd u tagħti numru taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar lil kull operatur li jkollu lokali u tagħmir tekniku adattat li jippermetti l-klassifikazzjoni tal-bajd għal kull Klassi ta’ kwalità u ta’ piż. Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jaħdmu biss għall-industrija ta’ l-ikel u mhux ta’ l-ikel m’għandhomx ikollhom it-tagħmir tekniku għall-klassifikazzjoni tal-bajd bil-piż.
L-awtorità kompetenti tagħti liċ-ċentru ta’ l-ippakkjar kodiċi ta’ ċentru ta’ l-ippakkjar li jibda mill-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-Istat Membri konċernat, li jidher fil-punt 2.2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE.
3. Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikollhom tagħmir tekniku neċessarju għal manipulazzjoni adegwata tal-bajd. Dan jinkludu, skond il-każ:
(a) |
tagħmir tad-dawl adattat, awtomatiku jew sorveljat il-ħin kollu minn impjegati, li jippermetti l-eżaminazzjoni separata tal-kwalità ta’ kull bajda, jew tagħmir ieħor adattat; |
(b) |
apparat biex ikejjel l-ispazju ta’ l-arja; |
(ċ) |
tagħmir għall-klassifikazzjoni tal-bajd skond il-piż; |
(d) |
miżien approvat jew diversi mwieżen approvati biex jintiżen il-bajd; |
(e) |
sistema ta’ mmarkar tal-bajd. |
4. L-awtorizzazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2 tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe mument jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti.
Artikolu 6
Żmien applikabbli għall-klassifikazzjoni, għall-immarkar u għall-ippakkjar tal-bajd kif ukoll għall-immarkar tal-pakketti
1. Il-bajd huwa kklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien għaxart jiem wara d-data li jkun inbied.
2. Il-bajd impoġġi fuq is-suq skond l-Artikolu 14 huwa kklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmen erbat ijiem wara d-data li jinbied.
3. Id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel stipulata fil-punt d) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 12, għandha tkun immarkata fil-mument ta’ l-ippakkjar skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 9, tad-Direttiva 2000/13/KE.
Artikolu 7
Informazzjoni li tidher fuq il-pakketti tat-trasport
1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolment (KE) Nru 178/2002, fuq is-sit tal-produzzjoni, il-produttur ipoġġi l-informazzjoni li ġejja fuq kull pakkett ta’ trasport li jikkonċerna l-bajd:
(a) |
l-isem u l-indirizz tal-produttur; |
(b) |
il-kodiċi tal-produttur; |
(ċ) |
in-numru ta’ bajd u/jew il-piż tagħhom; |
(d) |
il-jum jew il-perjodu li fih ikun inbied; |
(e) |
id-data li fiha ntbagħtu. |
Meta ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar ikunu pprovduti b’bajd mhux ippakkjat li ġejjin mill-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom stess, li jkunu jinstabu fuq l-istess sit, l-informazzjoni tista’ titpoġġa fuq il-pakketti tat-trasport, fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar.
2. L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 titpoġġa fuq il-pakkett tat-trasport u tidher fid-dokumenti ta’ l-akkompanjament. Kopja ta’ dawn id-dokumenti tinżamm minn kull operatur li jrid jirċievi l-bajd. Id-dokumenti oriġinali jinżammu miċ-ċentru ta’ l-ippakkjar li jkompli bil-klassifikazzjoni tal-bajd.
Meta l-lotts li jirċievi kollettur jinqasmu mil-ġdid biex jintagħtu lil aktar minn operatur wieħed, id-dokumenti li jakkompanjaw jistgħu jiġu sostitwiti minn tikketti adattati mwaħħla fuq il-kontenituri tat-trasport, sakemm dawn jinkludu l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1.
3. L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 imwaħħla fuq il-pakkett tat-trasport mhumiex emendati u jibqgħu fuq il-pakkett imsemmi sakemm il-bajd ma jiġix irtirat minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu, l-immarkar, l-ippakkjar immedjat jew trasformazzjoni oħra.
Artikolu 8
L-immarkar tal-bajd maħsub għal tqassim bejn il-fruntieri
1. Il-bajd li jitqassam minn sit ta’ produzzjoni lil kollettur, ċentru ta’ l-ippakkjar jew industrija mhux ta’ l-ikel li jinstabu fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur qabel ma joħroġ mill-post tal-produzzjoni.
2. Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkun hemm sit tal-produzzjoni jista’ jagħti deroga mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 meta l-produttur ikun iffirma kuntratt ta’ konsenja ma’ ċentru ta’ l-ippakkjar li jinstab fi Stat Membru ieħor li jkun jinħtieġ l-immarkar skond dan ir-Regolament. Din id-deroga tingħata biss fuq talba taż-żewġ operaturi kkonċernati u permezz ta’ ftehim bil-miktub approvat minn qabel mill-Istat Membru fejn jinstab iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar. F’każ bħal dan, kopja tal-kuntratt tal-konsenja għandha tintbagħat mal-konsenja.
3. Iż-żmien minimu tal-kuntratt tal-konsenja stipulat fil-paragrafu 2 ma jistax ikun anqas minn xahar.
4. Is-servizzi ta’ l-ispezzjoni stipulati fl-Artikolu 24, ta’ l-Istat Membru konċernat u ta’ kull Stat Membru ta’ tranżitu, għandhom ikunu infurmati qabel l-għotja tad-deroga prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-bajd tal-Klassi B li jitpoġġa fuq is-suq fi Stat Membru ieħor huwa mmarkat skond it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u, jekk ikun il-każ, għandu jkollu indikazzjoni skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li wieħed jista’ jiddistingwih faċilment mill-bajd tal-Klassi A.
Artikolu 9
Il-kodiċi tal-produttur
1. Il-kodiċi tal-produttur hija magħmula minn ċifra u ittri previsti fil-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE. Dan irid ikun jidher faċilment u jinqara b’mod ċar u jrid ikun ta’ l-anqas għoli 2 mm.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, meta ma jkunx possibbli, għal raġunijiet tekniċi, li jkun immarkat il-bajd maqsum jew maħmuġ, l-immarkar tal-kodiċi tal-produttur mhux obbligatorju.
Artikolu 10
Indikazzjonijiet fuq il-bajd tal-Klassi B
L-indikazzjoni stipulata fil-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hija ċirku b’dijametru minimu ta’ 12-il mm madwar l-ittra “B” li l-għoli minimu tagħha huwa ta’ 5 mm, jew ponta ta; kulur li jidher sew b’dijametru minimu ta’ 5 mm.
Artikolu 11
L-immarkar tal-bajd li jintbagħat direttament lill-industrija ta’ l-ikel
L-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga mill-obbligi ta’ l-immarkar stabbiliti fil-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 lill-operaturi li jitolbuha, meta l-bajd jntbagħat direttament mis-sit tal-produzzjoni lill-industrija ta’ l-ikel.
Artikolu 12
L-immarkar tal-pakketti
1. Il-pakketti li jikkontjenu l-bajd tal-Klassi A għandu jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jista’ jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar:
(a) |
il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar; |
(b) |
il-Klassi tal-kwalità; il-pakketti huma identifikati bil-marka “Klassi A” jew bl-ittra “A” kemm flimkien u kemm mingħajr in-nota “frisk”; |
(ċ) |
il-Klassi tal-piż skond il-pargrafu 2 ta’ l-Artikolu 4, ta’ dan ir-Regolament; |
(d) |
id-data minima ta’ kemm iservi prodott skond l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament; |
(e) |
in-nota “bajd maħsul” għall-bajd maħsul skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament; |
(f) |
bħala kundizzjoni partikolari ta’ konservazzjoni skond il-punt 6) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, tad-Direttiva 2000/13/KE, indikazzjoni li tirrakkomanda lill-konsumaturi li jikkonservaw il-bajd fil-friġġ wara li jixtruhom. |
2. Minbarra l-ħtiġijiet iffissati fil-paragrafu 1, il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi A għandu jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar, indikazzjoni tal-metodu tat-trobbija.
Għall-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija, jintużaw il-marki:
(a) |
għat-trobbija tradizzjonali u biss jekk il-kundizzjonijiet korrispondenti ffissati fl-Anness II ikunu sodisfatti, il-marki stabbiliti fil-parti A ta’ l-Anness I; |
(b) |
għall-metodu tal-produzzjoni bijoloġiku, il-marki stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill (11). |
It-tifsira tal-kodiċi tal-produttur hija spjegata fuq il-faċċata ta’ barra jew ta’ ġewwa tal-pakkett.
Meta t-tiġieġ tal-bajd ikunu trabbew f’istallazzjonijiet ta’ produzzjoni konformi għall-ħtiġijiet iffissati fil-Kapitolu III tad-Direttiva 1999/74/KE, l-identifikazzjoni tal-metodu tat-trobbija tista’ tkun kompletata minn waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-paragrafu 2 japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru lil hinn mill-ħtiġijiet minimi stabbiliti għall-Anness II u japplikaw biss għall-produtturi ta’ l-Istat Membru konċernat, sakemm dawn ikunu kompatibbli mad-dritt Komunitarju.
4. Il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi B jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar:
(a) |
il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar; |
(b) |
il-Klassi tal-kwalità; il-pakketti huma identifikati kemm bil-marka “Klassi B”, kemm bl-ittra “B”; |
(ċ) |
id-data ta’ l-ippakkjar. |
5. F’dak li jikkonċerna l-pakketti tal-bajd prodotti fuq it-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li t-tikketti jitwaħħlu b’tali mod li dawn jitqattgħu meta jinfetaħ il-pakkett.
Artikolu 13
L-indikazzjoni tad-data minima kemm iservi l-prodott
Id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott stipulata fil-punt 5) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, tad-Direttiva 2000/13/KE hija ffissata għal mhux aktar tard minn tmienja w għoxrin jum wara li jkun inbied il-bajd. Meta jkun indikat perjodu li fih inbied, id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott hija determinata mill-ewwel jum ta’ dan il-perjodu.
Artikolu 14
Pakkett li jkollu l-marka “extra”
1. Il-marka “extra” jew “extra fresh” tista’ tintuża bħala indikazzjoni supplementari ta’ kwalità fuq il-pakketti tal-bajd tal-Klassi A sad-disa’ jum wara li jkun inbied il-bajd.
2. Meta jintużaw il-marki stipulati fil-paragrafu 1, id-data li fih inbied u d-data limitu ta’ disat ijiem jitpoġġew fuq il-pakkett b’mod li jidhru faċilment u li jinqraw b’mod ċar.
Artikolu 15
L-indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd
Meta tintuża indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd, japplikaw r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
(a) |
tista’ ssir referenza għaċ-ċereali li huma parti mill-għalf meta dawn jikkostitwixxu ta’ l-anqas 60 % mill-piż tar-riċetta ta’ l-għalf awtorizzat, li massimu ta’ 15 % minnhom ikunu prodotti li joħorġu miċ-ċereali; |
(b) |
mingħajr preġudizzju għal-livell minimu ta’ 60 % stipulat fil-punt a), meta ssir referenza għal ċereal speċifiku, dan għandu jikkostitwixxi ta’ l-anqas 30 % tar-riċetta ta’ l-għalf li tintuża. Meta ssir referenza għal diversi ċereali, kull wieħed minnhom għandu jikkostitwixxi ta’ l-anqas 5 % mir-riċetta ta’ l-għalf utilizzata. |
Artikolu 16
L-informazzjoni li għandha tintwera għal bejgħ ta’ bajd farrad
Meta l-bajd jinbiegħ farrad, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata b’mod li jidher faċilment u jinqara b’mod ċar lill-konsumaturi finali:
(a) |
il-klassi ta’ kwalità; |
(b) |
il-klassi tal-piż skond l-Artikolu 4; |
(ċ) |
indikazzjoni tal-metodu tat-trobbija bl-istess mod kif stipulat fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12; |
(d) |
spjegazzjoni relattiva għat-tifsira tal-kodiċi tal-produttur; |
(e) |
id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott. |
Artikolu 17
Il-kwalità tal-pakketti
Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-pakketti għandhom ikunu tali li jipproteġu mill-iskossi, xotti, nodfa u fi stat tajjeb, u magħmula b’materjal li jipproteġi lill-bajd mill-irwejjaħ barranin u minn riskji ta’ deterjorazzjoni fil-kwalità.
Artikolu 18
Il-bajd industrijali
Il-bajd industrijali għandu jitpoġġa fuq is-suq f’kotenituri li jkollhom strixxa jew tikketta ħamra.
L-istrixxa jew it-tikketta għandu jkollhom:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li ser jirċievi l-bajd; |
(b) |
l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li jkun bagħat il-bajd; |
(ċ) |
in-nota “bajd industrijali” b’ittri kbar li jkunu għoljin 2mm, kif ukoll il-kliem “mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem” b’ittri li jkunu ta’ l-anqas għoljin 8 mm. |
Artikolu 19
L-ippakkjar mill-ġdid
Il-bajd tal-Klassi A li jkun ġie ppakkjat jista’ jerġa’ jiġi ppakkjat mill-ġdid biss miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar. Il-bajd li jkun f’kull pakkett irid ikun ġej mill-istess lott.
Artikolu 20
Ir-reġistri li jinżammu mill-produtturi
1. Il-produtturi jirreġistraw l-informazzjoni dwar il-metodi tat-trobbija, billi jippreċiżaw għal kull metodu wżat:
(a) |
id-data ta’ l-istallazzjoni, l-età fil-mument ta’ l-istallazzjoni u n-numru ta’ tiġieġ tal-bajd; |
(b) |
id-data tal-qatla u n-numru ta’ tiġieġ maqtula; |
(ċ) |
il-produzzjoni tal-bajd ta’ kull jum; |
(d) |
in-numru u/jew il-piż tal-bajd mibjugħ jew mibgħut ta’ kull jum b’metodi oħra; |
(e) |
l-isem u l-indirizz tax-xerrejja. |
2. Meta l-metodu ta’ l-ikel huwa indikat skond l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A.III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-produtturi jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja billi jippreċiżaw għal kull metodu ta’ ikel utilizzat:
(a) |
il-kwantità u t-tip ta’ ikel mogħti jew imħallat fuq il-post; |
(b) |
id-data tal-kunsinna ta’ l-għalf. |
3. Meta produttur jipprattika metodi differenti ta’ trobbija fuq l-istess sit ta’ produzzjoni, l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2 huma analizzati għal kull gallinar.
4. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, il-produtturi jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 21
Ir-reġistri li jinżammu mill-kolletturi
1. Il-kolletturi għandhom jirreġistraw b’mod separat, għal kull mod ta’ trobbija u għal kull jum:
(a) |
il-kwantità ta’ bajd miġbur, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur, kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied; |
(b) |
il-kwantità tal-bajd mhux ikklassfikat imqassam fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar adattat, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi taċ-ċnetru ta’l-ippakkjar, kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied; |
2. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, il-kolletturi jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafu 1.
Artikolu 22
Ir-reġistri li jinżammu miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar
1. Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jirreġistraw b’mod separat, għal kull metodu ta’ tkabbir u għal kull jum:
(a) |
il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikat li huma jirċievu, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied; |
(b) |
wara l-klassifikazzjoni tal-bajd, il-kwantitajiet għal kull Klassi tal-kwalità u tal-piż; |
(ċ) |
il-kwantitajiet tal-bajd ikklassifikat irċevut li ġej minn ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, b’indikazzjoni tal-kodiċi ta’ dawn iċ-ċentri u d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott; |
(d) |
il-kwantitajiet tal-bajd mhux klassifikat mqassma lil ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni tal-kodiċi taċ-ċentri u d-data jew il-perjodu li fih inbied; |
(e) |
in-numru u/jew il-piż tal-bajd imqassam, għal kull klassi ta’ kwalità u ta’ piż, għal kull data ta’ l-ippakkjar għall-bajd tal-Klassi B jew id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott għall-bajd tal-Klassi A, u għal kull xerrej, b’indikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar. |
Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom iżommu rendikont ta’ l-istokk fiżiku, aġġornat ta’ kull ġimgħa.
2. Meta l-bajd tal-Klassi A u l-ippakkjar tiegħu jkollhom l-indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd skond l-Artikolu 15, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jużaw dan it-tip ta’ indikazzjonijiet għandhom jirreġistrawhom b’mod separat, skond il-paragrafu 1.
3. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 23
Iż-żmien massimu stipulat biex jinżammu r-reġistri
Ir-reġistri u l-fajls stipulati fil-paragrafu 2 fl-Artikolu 7,u fl-Artikoli 20, 21 u 22 jinżammu għal perjodu minimu ta’ tnax-il xahar li jibda jgħodd mid-data minn meta nħolqu.
Artikolu 24
Il-kontrolli
1. L-Istati Membri jaħtru s-servizzi ta’ l-ispezzjoni responsabbli li jikkontrollaw ir-rispett ta’ dan ir-Regolament.
2. Is-servizzi ta’ l-ispezzjoni stipulati fil-paragrafu 1 jikkontrollaw il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament fl-istadji kollha tat-tqegħid fuq is-suq. Il-kontrolli jsiru permezz ta’ servej kif ukoll fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji li tikkunsidra t-tip u l-ammont ta’ materjal ipproċessat fl-istabbiliment konċernat kif ukoll ir-reġistri tal-passat ta’ l-operatur rigward il-konformità man-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd.
3. Għall-bajd tal-Klassi A impurtati minn pajjiżi terzi, il-kontrolli stipulati fil-paragrafu 2 għandhom isiru meta dan jgħaddi mid-dwana jew qabel ma jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Il-bajd tal-Klassi B impurtati minn pajjiżi terzi jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera biss biss ladarba d-destinazzjoni finali tiegħu lejn industrija ta’ l-ipproċessar tkun ġiet iċċekkjata meta dan jgħaddi mid-dwana.
4. Minbarra l-kontrolli permezz ta’ servejs, l-operaturi jkunu suġġetti għal kontrolli li r-ritmu tagħhom jiġi stabbilit mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskji stipulata fil-paragrafu 2, ta’ l-anqas b’kunsiderazzjoni għal:
(a) |
ir-riżultat tal-kontrolli preċedenti; |
(b) |
il-kumplessità tal-mezzi tat-tqegħid fuq is-suq li jgħaddu minnhom il-bajd; |
(ċ) |
il-grad ta’ segmentazzjoni fl-istabbiliment tal-produzzjoni jew ta’ l-ippakkjar; |
(d) |
il-kwantità tal-bajd prodott jew ippakkjat; |
(e) |
kull bidla sostanzjali fin-natura tal-bajd prodotti jew ipproċessati jew fil-mod tat-tqegħid fuq is-suq meta mqabbla mas-snin preċedenti. |
5. Il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod regolari u mingħajr avviż minn qabel. Ir-reġistri msemmija fl-Artikolu 20, 21 u 22 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tas-servizzi ta’ l-ispezzjoni ma’ l-ewwel talba.
Artikolu 25
Id-deċiżjonijiet relattivi għan-nuqqas ta’ konformità
1. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, li tiġi nnutata matul il-visti previsti fl-Artikolu 24, id-deċiżjonijiet tas-servizzi ta’ l-ispezzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati biss għal-lott kontrollat kollu.
2. Fil-każ li l-lott ikkontrollat ma jitqiesx konformi ma’ dan ir-Regolament, is-servizz ta’ l-ispezzjoni kkonċernat irid iwaqqaf it-tqegħid fuq is-suq jew, jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, l-importazzjoni, fejn u sakemm ma tingħatax prova li dan ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.
3. Is-servizz ta’ l-ispezzjoni li jkun wettaq il-kontroll għandu jivverifika jekk il-lott mhux aċċettat ikunx qed isir konformi ma’ dan ir-Regolament jew jekk dan ikunx qed jiġi implimentat.
Artikolu 26
It-tolleranza għad-difetti fil-kwalità
1. It-tolleranzi li ġejjin huma aċċettati matul il-kontroll tal-lotts tal-bajd tal-Klassi A:
(a) |
fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, sa qabel ma jintbagħtu: 5 % tal-bajd li jippreżenta difetti fil-kwalità; |
(b) |
fl-istadji l-oħra tat-tqegħid fuq is-suq: 7 % tal-bajd li jippreżenta difetti fil-kwalità. |
2. Għall-bajd li jitpoġġa fuq is-suq bl-indikazzjonijiet “extra” jew “extra fresh”, ma tiġi aċċettata l-ebda tolleranza għall-għoli ta’ l-ispazju ta’ l-arja matul il-kontroll imwettaq matul l-ippakkjar jew matul l-importazzjoni.
3. Il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1 jiġu rdoppjati meta l-lott ikkontrollat ikun ta’ anqas minn 180 bajda.
Artikolu 27
It-tolleranza fil-piż tal-bajd
1. Ħlief fil-każ previst fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 4, għandha tiġi applikata tolleranza għall-piż ta’ kull bajda matul il-kontroll ta’ lott ta’ bajd tal-Klassi A. Tali lott jista’ jinkludi massimu ta’ 10 % tal-bajd tal-kategoriji tal-piż li jqarreb dak immarkat fuq il-pakkett, imma mhux aktar minn 5 % tal-bajd tal-Klassi tal-piż immedjatament anqas.
2. Il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1 jiġu rduppjati meta l-lott ikkontrollat ikollu anqas minn 180 bajda.
Artikolu 28
It-tolleranza fl-immarkar tal-bajd
Hija aċċettata tolleranza ta’ 20 % ta’ bajd li jkollhom il-marki li ma jinqrawx matul il-kontroll tal-lotts u tal-pakketti.
Artikolu 29
Il-bajd maħsub għall-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi
Il-bajd ippakkjat u maħsub għall-esportazzjoni jista’ jirrispetta rekwiżiti oħra minbarra dawk ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament, f’dak li jikkonċerna l-kwalità, l-immarkar u l-ittikkettjar, jew rekwiżiti supplementari.
Artikolu 30
Il-bajd impurtat
1. Kull evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza tar-regoli, stipulata fil-punt 1, A, IV, ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ l-osservanza mill-operaturi ta’ pajjiżi terzi tar-rekwiżiti ffissati minn dan ir-Regolament. Din għandha tkun aġġornata regolarment.
Il-Kummissjoni tippubblika r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Il-bajd impurtat minn pajjiżi terzi għandu jkun immarkat b’mod ċar u li jinqara fil-pajjiż ta’ l-oriġini bil-kodiċi ISO 3166 tal-pajjiż.
3. Fin-nuqqas ta’ garanziji suffiċjenti fir-rigward ta’ l-ekwivalenza tar-regoli, stipulata fil-punt 3, A, IV, ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-pakketti li jikkontjenu l-bajd impurtat mill-pajjiżi kkonċernati jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u jinqara b’mod ċar indikazzjoni:
(a) |
tal-pajjiż ta’ l-oriġini; |
(b) |
tal-mod tat-trobbija (“mhux konformi man-normi KE”). |
Artikolu 31
Ir-rapporti
Kull sena qabel l-1 ta’ April, l-Istati Membri jikkomunikaw permezz ta’ email in-numru ta’ siti ta’ produzzjoni lill-Kummissjoni, analizzati għal kull mod ta’ trobbija, inkluż il-kapaċità massima tal-farm (in-numru ta’ tjur preżenti fl-istess ħin).
Artikolu 32
In-notifika ta’ infrazzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ mezzi elettroniċi u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, kull infrazzjoni li jinnutaw — jew li jkollhom suspett qawwi li qed isseħħ — mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni u li tkun tista’ xxekkel l-iskambji intrakomunitarji fis-settur tal-bajd. Jiġi deċiż li dawn l-iskambji kienu mxekkla partikolarment f’każ ta’ infrazzjonijiet gravi mwettqa mill-operaturi li jipproduċu jew li jpoġġu fuq is-suq il-bajd li huma maħsuba biex jinbiegħu fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 33
L-eċċezzjoni għad-dipartimenti Franċiżi ta’ barra
1. B’deroga għall-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 2, il-bajd maħsub għall-bejgħ bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra jista’ jintbagħat f’dawn id-dipartimenti fi stat imkessaħ. F’dan il-każ, id-data tal-bejgħ rakkomandata tista’ tittawwal għal tlieta u tletin jum.
2. Fil-każ stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan Artikolu, minbarra r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 12 u 16, il-marka “bajd imkessaħ” kif ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna t-tkessiħ jidhru fuq barra tal-pakkett.
Il-marka ta’ distinzjoni għall-“bajd imkessaħ” hija trijangolu ekwilaterali b’ġenb ta’ l-anqas ta’ 10 mm.
Artikolu 34
Eċċezzjonijiet għal ċerti reġjuni tal-Finlandja
Il-bajd mibjugħ direttament mill-produttur lill-punti ta’ bejgħ fir-reġjuni elenkati fl-Anness III m’humiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-mod tat-tkabbir xorta waħda jrid ikun indikat, skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12, u għall-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 35
L-evalwazzjoni ta-prattika relattiva għall-ittikkettjar volontarju
Sad-data tal-31 ta’ Diċembru 2009 l-aktar tard, il-Kummissjoni trid tagħmel evalwazzjoni ta’ l-użu ta’ l-ittikkettjar volontarju skond l-aħħar sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12, bil-ħsieb li dan isir obbligatorju, jekk ikun il-każ.
Artikolu 36
Is-sanzjonijiet
L-Istati Membri L-Istati Membri japplikaw sanzjonijiet għall-infrazzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Is-sanzjonijiet previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi.
Artikolu 37
Il-komunikazzjonijiet
L-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkomunikaw bejniethom l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 38
Ir-revoka
Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.
Ir-referenzi magħmula għar-Regolament irrevokat u għar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandhom jitqiesu bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li tidher fl-Anness IV.
Artikolu 39
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
L-Artikolu 33 huwa applikabbli sat-30 ta’ Ġunju 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 23.
(3) ĠU L 132, 24.5.2007, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2007 (ĠU L 298, 16.11.2007, p. 3).
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Il-verżjoni emendata fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(5) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Il-verżjoni emendata fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru Nru 1243/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).
(6) The EFSA Journal, Nru 269, 2005, p. 1.
(7) ĠU L 109 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE (ĠU L 310, 28.11.2007, p. 11).
(8) ĠU L 31 ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).
(9) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(10) ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.
(11) ĠU L 198 tat-22.7.1991, p. 1.
ANNESS I
PARTI A
Marki stipulati fil-punt a) tat-tieni sentenza, tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12
Il-kodiċi Lingwi |
1 |
2 |
3 |
BG |
“Яйца от кокошки – свободно отглеждане на открито” |
“Яйца от кокошки – подово отглеждане” |
“Яйца от кокошки – клетъчно отглеждане” |
ES |
“Huevos de gallinas camperas” |
“Huevos de gallinas criadas en el suelo” |
“Huevos de gallinas criadas en jaula” |
CS |
“Vejce nosnic ve volném výběhu” |
“Vejce nosnic v halách” |
“Vejce nosnic v klecích” |
DA |
“Frilandsæg” |
“Skrabeæg” |
“Buræg” |
DE |
“Eier aus Freilandhaltung” |
“Eier aus Bodenhaltung” |
“Eier aus Käfighaltung” |
ET |
“Vabalt peetavate kanade munad” |
“Õrrekanade munad” |
“Puuris peetavate kanade munad” |
EL |
“Αυγά ελεύθερης βοσκής” |
“Αυγά αχυρώνα ή αυγά στρωμνής” |
“Αυγά κλωβοστοιχίας” |
EN |
“Free range eggs” |
“Barn eggs” |
“Eggs from caged hens” |
FR |
“Œufs de poules élevées en plein air” |
“Œufs de poules élevées au sol” |
“Œufs de poules élevées en cage” |
GA |
“Uibheacha saor-raoin” |
“Uibheacha sciobóil” |
“Uibheacha ó chearca chúbarnaí” |
IT |
“Uova da allevamento all'aperto” |
“Uova da allevamento a terra” |
“Uova da allevamento in gabbie” |
LV |
“Brīvās turēšanas apstākļos dētās olas” |
“Kūtī dētas olas” |
“Sprostos dētas olas” |
LT |
“Laisvai laikomų vištų kiaušiniai” |
“Ant kraiko laikomų vištų kiaušiniai” |
“Narvuose laikomų vištų kiaušiniai” |
HU |
“Szabad tartásban termelt tojás” |
“Alternatív tartásban termelt tojás” |
“Ketreces tartásból származó tojás” |
MT |
“Bajd tat-tiġieg imrobbija barra” |
“Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma’ l-art” |
“Bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-ġaġeġ” |
NL |
“Eieren van hennen met vrije uitloop” |
“Scharreleieren” |
“Kooieieren” |
PL |
“Jaja z chowu na wolnym wybiegu” |
“Jaja z chowu ściółkowego” |
“Jaja z chowu klatkowego” |
PT |
“Ovos de galinhas criadas ao ar livre” |
“Ovos de galinhas criadas no solo” |
“Ovos de galinhas criadas em gaiolas” |
RO |
“Ouă de găini crescute în aer liber” |
“Ouă de găini crescute în hale la sol” |
“Ouă de găini crescute în baterii” |
SK |
“Vajcia z chovu na voľnom výbehu” |
“Vajcia z podostieľkového chovu” |
“Vajcia z klietkového chovu” |
SL |
“Jajca iz proste reje” |
“Jajca iz hlevske reje” |
“Jajca iz baterijske reje” |
FI |
“Ulkokanojen munia” |
“Lattiakanojen munia” |
“Häkkikanojen munia” |
SV |
“Ägg från utehöns” |
“Ägg från frigående höns inomhus” |
“Ägg från burhöns” |
PARTI B
Marki stipulati fr-raba’ sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12
Il-kodiċi tal-lingwi |
|
BG |
“Уголемени клетки” |
ES |
“Jaulas acondicionadas” |
CS |
“Obohacené klece” |
DA |
“Stimulusberigede bure” |
DE |
“ausgestalteter Käfig” |
ET |
“Täiustatud puurid” |
EL |
“Αναβαθμισμένοι/Διευθετημένοι κλωβοί” |
EN |
“Enriched cages” |
FR |
“Cages aménagées” |
GA |
“Cásanna Saibhrithe” |
IT |
“Gabbie attrezzate” |
LV |
“Uzlaboti būri” |
LT |
“Pagerinti narveliai” |
HU |
“Feljavított ketrecek” |
MT |
“Gaġeg arrikkiti” |
NL |
“Aangepaste kooi” of “Verrijkte kooi” |
PL |
“Klatki ulepszone” |
PT |
“Gaiolas melhoradas” |
RO |
“Cuști îmbunătățite” |
SK |
“Obohatené klietky” |
SL |
“Obogatene kletke” |
FI |
“Varustellut häkit” |
SV |
“Inredd bur” |
ANNESS II
Rekwiżiti minimi li jridu jiġu sodisfatti mis-sistemi ta’ produzzjoni għall-metodi differenti ta’ trobbija tat-tiġieġ tal-bajd
1. |
Il-“bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra” irid ikun prodott f’farms li jissodisfaw ta’ l-anqas il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE tal-Kunsill. Il-kundizzjonijiet li ġejjin iridu jkunu sodisfatti b’mod partikolari:
|
2. |
Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbi ma’ l-art” irid ikun prodott fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw ta’ l-anqas il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE. |
3. |
Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ” iridu jkunu prodotti fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw ta’ l-anqas:
|
4. |
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-derogi għall-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness għall-istabbilimenti ta’ anqas minn 350 tiġieġa tal-bajd jew il-postijiet ta’ trobbija li jrabbu tiġieġ tal-bajd għat-trobbija f’dak li jikkonċerna l-obbligi stipulati fil-punt 1) d) tat-tieni frażi tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, u fil-punti 1) e) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, fil-punt 2) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, fil-punt 3) a) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, u l-punt 3) b) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, tad-Direttiva 1999/74/KE. |
L-ANNESS III
Ir-Reġjuni tal-Finlandja stipulati fl-Artikolu 34
Il-provinċji li ġejjin:
— |
Lappi, |
— |
Oulu, |
— |
ir-reġjuni ta’ Karelia ta’ Fuq u ta’ Savo ta’ Fuq fil-provinċja tal-Finlandja tal-Lvant, |
— |
Åland. |
ANNESS IV
It-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Artikolu 38
Ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 |
Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 |
Dan ir-Regolament |
— |
L-Artikolu 1, l-ewwel sentenza |
L-Artikolu 1, l-ewwel sentenza |
— |
L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-frażi ta’ introduzzjoni |
L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-frażi ta’ introduzzjoni |
— |
L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti a) sa j) |
L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti a) sa j) |
L-Artikolu 2, il-punti 1) sa 9) |
— |
L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti k) sa s) |
— |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 2 |
— |
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 3 |
— |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 1 |
— |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, l-ewwel sentenza |
— |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 1 |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, it-tieni sentenza |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 2 |
— |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza |
— |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 2 |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza |
— |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 3 |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 3 |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 3 |
— |
L-Artikolu 5, il-paragrafu 4 |
— |
L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 6 |
— |
L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 7 |
— |
L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 8 |
— |
L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 9 |
— |
L-Artikolu 10 |
L-Artikolu 10 |
— |
L-Artikolu 11, il-paragrafu 2 |
L-Artikolu 11 |
— |
L-Artikolu 12 |
L-Artikolu 12 |
— |
L-Artikolu 13 |
L-Artikolu 13 |
— |
L-Artikolu 14 |
L-Artikolu 14 |
— |
L-Artikolu 15 |
L-Artikolu 15 |
— |
L-Artikolu 16 |
L-Artikolu 16 |
— |
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 17 |
— |
L-Artikolu 18 |
L-Artikolu 18 |
— |
L-Artikolu 19 |
L-Artikolu 19 |
— |
L-Artikolu 20 |
L-Artikolu 20 |
— |
L-Artikolu 21 |
L-Artikolu 21 |
— |
L-Artikolu 22 |
L-Artikolu 22 |
— |
L-Artikolu 23 |
L-Artikolu 23 |
L-Artikolu 7 |
— |
L-Artikolu 24, il-paragrafi 1, 2 u 3 |
— |
L-Artikolu 24 |
L-Artikolu 24, il-paragrafi 4 u 5 |
— |
L-Artikolu 25 |
L-Artikolu 25 |
— |
L-Artikolu 26 |
L-Artikolu 26 |
— |
L-Artikolu 27 |
L-Artikolu 27 |
— |
L-Artikolu 28 |
L-Artikolu 28 |
— |
L-Artikolu 29 |
L-Artikolu 29 |
— |
L-Artikolu 30 |
L-Artikolu 30 |
— |
L-Artikolu 31 |
L-Artikolu 31 |
— |
L-Artikolu 32 |
L-Artikolu 32 |
— |
L-Artikolu 33 |
L-Artikolu 33 |
— |
L-Artikolu 34 |
L-Artikolu 34 |
— |
L-Artikolu 35 |
L-Artikolu 35 |
L-Artikolu 8 |
— |
L-Artikolu 36 |
L-Artikolu 9 |
— |
L-Artikolu 37 |
— |
L-Artikolu 36 |
L-Artikolu 38 |
— |
L-Artikolu 37 |
L-Artikolu 39 |
— |
L-ANNESS I |
L-ANNESS I |
— |
L-ANNESS II |
L-ANNESS II |
— |
L-ANNESS III |
L-ANNESS III |
— |
L-ANNESS IV |
L-ANNESS IV |
— |
L-ANNESS V |
— |