This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1300
Commission Regulation (EC) No 1300/2007 of 6 November 2007 amending Regulation (EC) No 1622/2000 laying down certain detailed rules for implementing Regulation (EC) No 1493/1999 on the common organisation of the market in wine and establishing a Community code of oenological practices and processes
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1300/2007 tas- 6 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1300/2007 tas- 6 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi
ĠU L 289, 7.11.2007, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2008
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000R1622 | Emenda | anness 13 | 10/11/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32008R0423 |
7.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 289/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1300/2007
tas-6 ta’ Novembru 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi enoloġiċi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness V, is-Sezzjoni B punt 3, tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprovdi l-possibilità ta’ deroga mill-kontenut massimu permissibbli fl-aċidità volatili għal ċerti kategoriji ta’ nbejjed. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) jiddefinixxi ċerti regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jirrigwardaw b’mod partikolari l-kontenuti massimi totali ta’ aċidità volatili fl-inbejjed. B’mod partikolari, l-Artikolu 20 jipprovdi li għall-inbejjed li għalihom id-derogi huma applikabbi jinsabu fl-Anness XIII tar-Regolament imsemmi. |
(3) |
Ċerti nbejjed likorużi ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati ta’ Spanja, kif ukoll l-inbejjed ta’ kwalità prodotti f’reġjuni determinati Taljani ta’ l-Alto Adige, li huma żviluppati skond metodi partikolari u għandhom qawwa alkoħolika ogħla minn 13 % vol, jippreżentaw normalment kontenut ta’ aċidità volatili ogħla mil-limiti stabbiliti fl-Anness V, Sezzjoni B, punt 1 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 iżda fi kwanlunkwe każ mhux anqas minn 35 jew 40 milli-ekwivalenti għal kull litru, skond il-każ. Għaldaqstant dawn l-inbejjed għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000. |
(4) |
Ir-Reġolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 556/2007 (ĠU L 132, 24.5.2007, p. 3).
ANNESS
L-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-punt (ċ) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
2. |
Il-punt (f) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|