This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0065
Commission Decision of 15 December 2006 establishing the Commission's standard security measures and alert states and amending its Rules of Procedure as regards operational procedures for management of crisis situations
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri standard ta' sigurtà u l-istati ta' twissija tal-Kummissjoni u li temenda r-Regoli tagħha ta' Proċedura dwar il-proċeduri operattivi għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri standard ta' sigurtà u l-istati ta' twissija tal-Kummissjoni u li temenda r-Regoli tagħha ta' Proċedura dwar il-proċeduri operattivi għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi
ĠU L 32, 6.2.2007, p. 144–160
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 157–173
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 03/06/2016; Imħassar b' 32016D0883
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000Q3614 | Tħassir | anness Test | 15/12/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32009D0970 | Emenda | anness APP 2A | 10/12/2009 | |
Repealed by | 32016D0883 | 04/06/2016 |
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
157 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Diċembru 2006
li tistabbilixxi l-miżuri standard ta' sigurtà u l-istati ta' twissija tal-Kummissjoni u li temenda r-Regoli tagħha ta' Proċedura dwar il-proċeduri operattivi għall-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi
(2007/65/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi proċeduri operattivi u miżuri għall-ġestjoni ta' kriżijiet u emerġenzi (minn issa 'l quddiem imsejħa “sitwazzjonijiet ta' kriżi”), u, b'mod partikolari, tassigura li d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa jistgħu jittieħdu bl-aktar mod effiċjenti u rapidu possibbli, filwaqt li tassigura li jibqgħu suġġetti għall-kontroll politiku. |
(2) |
Jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi struttura operattiva għall-ġestjoni ta' kriżi. |
(3) |
Il-proċeduri u l-miżuri għandhom, inter alia, jiġu stabbiliti biex jimmaniġġjaw l-aspetti ta' sigurtà ta' sitwazzjoni ta' kriżi. Fl-interessi taċ-ċarezza, il-proċeduri u l-miżuri li għandhom jintużaw f'kundizzjonijiet ta' sigurtà normali għandhom jiġu speċifikati wkoll. |
(4) |
L-immaniġġjar tajjeb ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi tinvolvi l-possibbiltà li tintbagħat twissija rapida lill-personnel dwar in-natura tat-theddida u l-miżuri protettivi li għandhom jittieħdu. |
(5) |
Il-prattika attwali fl-Istati Membri u f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra turi li t-twaqqif ta' sistema ta' stati ta' twissija huwa l-aktar mod effiċjenti biex jassigura li l-miżuri xierqa u proprozjonati ta' sigurtà qed jittieħdu b'rispons għall-livell evalwat ta' riskju. Sistema li tinkludi miżuri standard ta' sigurtà u tliet stati ta' twissija għandha għalhekk tiġi mwaqqfa. Din għandha tapplika għall-bini kollu tal-Kummissjoni. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà annessi mar-Regoli interni tagħha ta' Proċedura bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (1) jistipulaw li membru tal-Kummissjoni ikun responsabbli għal kwistjonijiet ta' sigurtà u għall-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà tal-Kummissjoni. |
(7) |
Il-prinċipji ġenerali stabbiliti fit-taqsima 2 ta' l-Anness ma' dawk id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà jistabbilixxu prinċipji ġenerali ta' legalità, trasparenza, responsabbiltà u sussidjarjetà (proporzjonalità) li japplikaw għall-immaniġġjar ta' kriżi. |
(8) |
L-għoti ta' awtorità fi ħdan il-Kummissjoni u s-sitwazzjoni partikolari tad-delegazzjonijiet tal-Komunità f'pajjiżi terzi jeħtieġu proċeduri speċifiċi u modi distinti ta' azzjoni, skond il-miżuri ta' sigurtà jikkonċernawx il-bini tal-Kummissjoni fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. |
(9) |
Skond il-prinċipju ta' kontinwità tas-servizz pubbliku, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi li twettaq ix-xogħol tagħha fiċ-ċirkostanzi kollha kif stabbilit fit-Trattati. Għalhekk, fil-każ ta' ġrajjiet eċċezzjonali u imprevedibbli li jagħmluha impossibbli għall-Kummissjoni li tadotta deċiżjonijiet bħala Kulleġġ bi proċedura bil-miktub jew orali kif ipprovdut fir-Regoli tagħha ta' Proċedura (2), il-President tal-Kummissjoni għandu jkollu poteri straordinarji biex jieħu kull miżura li, fil-kuntest tas-sitwazzjoni speċifika, hija kkunsidrata urġenti u meħtieġa. |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar proċeduri operattivi għall-imaniġġjar ta' kriżijiet, kif anness mar-Regoli interni tagħha ta' Proċedura bid-Deċiżjoni 2003/246/KE, Euratom (3), għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għandhom ikunu mibdula b'din id-Deċiżjoni. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Is-sistema ta' kriżi għandha tkun immaniġġjat minn Grupp ta' Tmexxija, skond paragrafu 2. Għandha tkun appoġġjata minn Skwadra Operattiva u Skwadra ta' Monitoraġġ, stabbiliti mid-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.
2. Il-Grupp ta' Tmexxija għandu jiltaqa' taħt il-presidenza tad-Deputat Segretarju-Ġenerali. Għandu jikkonsisti f'Membru tal-Kabinett tal-President u fil-Membru tal-Kummissjoni li huwa responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà, fid-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, fid-Diretturi Ġenerali tas-Servizz Legali, tal-Personnel u l-Amministrazzjoni, tal-Baġit, tal-Komunikazzjoni, tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, tar-Relazzjonijiet Esterni, ta' l-Informatika u persuni oħra li d-Deputat Segretarju-Ġenerali jikkonsidra li huma xierqa fiċ-ċirkostanzi.
3. Jekk tinqala' sitwazzjoni ta' kriżi barra l-Unjoni Ewropea, membru tal-kabinett tal-Kummissarju responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni għandu jiġi mistieden biex jattendi l-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija.
4. Il-Grupp ta' Tmexxija għandu jkun responsabbli li jagħti pariri lill-Kummissjoni u b'mod partikolari lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà dwar miżuri xierqa li għandhom jittieħdu għall-protezzjoni ta' l-impjegati u ta' l-assi tal-Kummissjoni, u jiżgura l-effettività operattiva f'sitwazzjoni ta' kriżi.
5. Il-President, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjoniiet ta' sigurtà u kull Membru tal-Kummissjoni involut fis-sitwazzjoni ta' kriżi għandu jiġi infurmat bl-iżviluppi mill-President tal-Grupp ta' Tmexxija.
6. Servizz għal dak li jista' jinqala' li jkopri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa għandu jitħaddem, fuq il-bażi ta' preżenza kostanti ta' mhux inqas minn żewġ uffiċjali, biex id-Direttorat tas-Sigurtà jista' jonora r-responsabbiltajiet tiegħu.
Artkolu 2
1. Fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet tas-sigurtà jista' fi kwalunkwe ħin jordna lid-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex jibda jopera s-sistema ta' l-immaniġġjar ta' kriżi.
2. Jekk tinqala' sitwazzjoni ta' kriżi barra l-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni biex tibda topera sistema ta' immaniġġjar ta' kriżi għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Membri tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni u għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà.
Artikolu 3
1. Sabiex id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu b'ħeffa biżżejjed sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta' l-impjegati tal-Kummissjoni (inkluża l-protezzjoni ta' saħħithom fil-post tax-xogħol), it-tagħrif, il-bini u assi oħra minn kull theddida u biex jiżguraw il-kapaċità operattiva, f'sitwazzjonijiet fejn l-urġenza ma tippermettix l-użu tal-proċeduri normali tat-teħid ta' deċiżjonijiet, paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw.
2. Jekk tinqala' sitwazzjoni ta' kriżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà jista' jieħu kull deċiżjoni li huwa jaħseb li tkun xierqa għall-protezzjoni ta' l-impjegati u ta' l-assi tal-Kummissjoni minn theddida bħal din.
F'sitwazzjonijiet ta' urġenza estrema d-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jista' jieħu deċiżjonijiet simili għal dawk provduti fl-ewwel sottoparagrafu, u jaġġixxi fejn huwa possibbli f'konsultazzjoni mal-Grupp ta' Tmexxija. Kull użu ta' dawn il-poteri għandu jiġi immedjatament rappurtat lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà, għall-evalwazzjoni, u fejn huwa xieraq għall-approvazzjoni, għall-emendar jew għar-revoka. Il-president tal-Grupp ta' Tmexxija għandu jiġi infurmat fl-istess ħin mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà.
3. Jekk tinqala' sitwazzjoni ta' kriżi barra l-Unjoni Ewropea, f'sitwazzjonijiet ta' urġenza estrema il-Kap ta' missjoni tal-Kummissjoni jew delegazzjoni tal-Komunità jista' jieħu deċiżjonijiet simili għal dawk maħsuba fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 2. Kull użu ta' dawn il-poteri għandu jiġi rrappurtat lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni li għandu immedjatament jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu evalwati b'mod konġunt miż-żewġ Membri, u fejn xieraq approvati, emendati jew revokati. Il-president tal-Grupp ta' Tmexxija għandu jiġi infurmat fl-istess ħin mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà.
4. Kull deċiżjoni meħuda skond dan l-artikolu għandha tiġi sottomessa lill-laqgħa li jmiss tal-Kulleġġ għall-evalwazzjoni u, fejn huwa xieraq għall-approvazzjoni, għall-emendar jew għar-revoka.
Artikolu 4
1. Fil-każ ta' ġrajjiet eċċezzjonali u imprevedibbli li jagħmluha impossibbli li l-Kummissjoni tiddeċiedi bħala Kulleġġ bi proċedura miktuba jew orali kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regoli tagħha ta' Proċedura, il-President tal-Kummissjoni jista', f'isem il-Kummissjoni u taħt ir-responsabbiltà tagħha, jadotta kull miżura li, fil-kuntest tas-sitwazzjoni speċifika ta' kriżi, hija kkunsidrata urġenti u meħtieġa biex tħares l-interess pubblika tal-Komunità, biex tissodisfa l-obbligi legali tal-Komunità jew biex tevita ħsarat li jistgħu jiġu evitati lill-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità, Stati Membri jew liċ-ċittadini u l-intrapriżi ta' l-Unjoni.
2. Il-President għandu jaġixxi, sakemm huwa prattikabbli, wara konsultazzjoni mad-dipartimenti b'interess leġittimu u mal-membri tal-Kummissjoni li jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.
3. Kull deċiżjoni meħuda skond dan l-artikolu għandha tiġi sottomessa lill-Kulleġġ għall-evalwazzjoni u, fejn xieraq, għall-approvazzjoni, emendar jew revoka meta l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tal-Kulleġġ huma fis-seħħ.
Artikolu 5
Id-dispożizzjonijiet dwar delegar stipulati fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kummissjoni u r-Regoli li jagħmluhom effettivi għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjoni preżenti.
Artikolu 6
Twaqqfet sistema li tinkludi miżuri standard ta' sigurtà u tliet Stati ta' Twissija. Is-sistema u l-miżuri korrispondenti ta' sigurtà għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness. Dan għandu japplika għall-bini kollu tal-Kummissjoni.
Artikolu 7
Id-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar proċeduri operattivi għall-imaniġġjar ta' kriżijiet, kif anness mar-Regoli tagħha ta' Proċedura bid-Deċiżjoni 2003/246/KE, Euratom, għandhom jitħassru.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni li twaqqaf is-sistema ta' twissija ġenerali ARGUS annessa mar-Regoli tagħha ta' Proċedura b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/25/KE, Euratom (4).
Artikolu 9
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' l-adozzjoni tagħha.
Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 15 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).
(2) ĠU L 347, 30.12.2005, p. 83.
(4) ĠU L 19, 24.1.2006, p. 20.
ANNESS
MIŻURI STANDARD TA' SIGURTÀ U STATI TA' TWISSIJA
Sezzjoni 1
Sistema ta' sigurtà li tinkludi Miżuri Standard ta' Sigurtà u tliet Stati ta' Twissija li jikkorrispondu għall-eżistenza ta' theddida tapplika fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Miżuri Standard ta' Sigurtà u l-Istati ta' Twissija, mil-livell wieħed sal-livell tlieta, li jikkorrispondu għal livelli jiżdiedu ta' theddida, imfissra fl-Appendiċi 1, huma identifikati bil-kodiċi tal-kuluri “ABJAD”, “ISFAR”, “ORANĠJO” u “AĦMAR”.
Sezzjoni 2
Il-Miżuri Standard ta' Sigurtà, identifikati mill-kulur “ABJAD”, imniżżla fl-Appendiċi 2A u 2B japplikaw fejn ma ġiet identifikata ebda theddida partikolari għas-sigurtà.
Il-Miżuri Standard ta' Sigurtà imniżżla fl-Appendiċi 2A għall-Anness preżenti japplikaw fil-bini tal-Kummissjoni Ewropea li jinsab fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Miżuri Standard ta' Sigurtà imniżżla fl-Appendiċi 2B għall-Anness preżenti japplikaw fil-bini tal-Kummissjoni Ewropea li jinsabu f'pajjiżi terzi.
Sezzjoni 3
1. |
Fi ħdan l-UE, id-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni huwa awtorizzat li jimmodifika l-applikazzjoni tal-Miżuri Standard ta' Sigurtà “ABJAD” biex jiġu kkunsidrati evalwazzjonijiet lokali jew temporanji ta' theddida. Huwa għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà, u l-president tal-Grupp ta' Tmexxija bl-azzjonijiet tiegħu, u r-raġunijiet għalihom. Mingħajr preġudizzju għas-sezzjoni 4(3)(a), il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà għandu
F'sitwazzjonijiet ta' urġenza estrema fejn is-sitwazzjoni ta' sigurtà teħtieġ bidla immedjata għall-Istat ta' Twissija, id-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fil-paragrafu preċedenti. Huwa għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà, u l-president tal-Grupp ta' Tmexxija bl-azzjonijiet tiegħu, u r-raġunijiet għalihom. Fejn possibbli, id-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jikkonsulta mal-Grupp ta' Tmexxija kif stipulat fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni preżenti. |
2. |
Barra l-UE, id-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni huwa awtorizzat li jimmodifika l-applikazzjoni tal-Miżuri Standard ta' Sigurtà “ABJAD” skond is-sitwazzjonijiet lokali. Huwa għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni li għandu immedjatament jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà u l-president tal-Grupp ta' Tmexxija bl-azzjonijiet meħuda u r-raġunijiet għalihom. Mingħajr preġudizzju għas-sezzjoni 4(3)(a), il-Membri tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni u għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà għandhom jiddeċiedu b'mod konġunt:
F'sitwazzjonijiet ta' urġenza estrema fejn is-sitwazzjoni ta' sigurtà teħtieġ bidla immedjata għall-Istat ta' Twissija, il-Kap tal-missjoni tal-Kummissjoni jew tad-Delegazzjoni KE għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fil-paragrafu 2. Huwa għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni li għandu immedjatament jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà u l-president tal-Grupp ta' Tmexxija bl-azzjonijiet meħuda u r-raġunijiet għalihom. |
Sezzjoni 4
1. Ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni, ir-Rappreżentanzi Reġjonali u l-Missjonijiet ta' l-UE fl-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fl-Istati Membri
(a) |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jipprepara linji gwida, li għandhom jiġu segwiti mir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u r-Rappreżentanzi Reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu żviluppati mad-DG COMM u d-DG RELEX rispettivament u għandhom iqisu kull evalwazzjoni ta' theddida magħmula mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Id-DG COMM u d-DG RELEX rispettaviment għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni, l-operat u l-infurzar tal-miżuri rilevanti ta' sigurtà. |
(b) |
Jekk il-Kap ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni jew Rappreżentanza Reġjonali fl-Istati Membri jikkunsidra li hija meħtieġa bidla fl-Istat ta' Twissija, għandu jissottometti talba lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, b'kopja lid-DG COMM jew lid-DG RELEX rispettivament, li għandhom janalizzaw is-sitwazzjoni u jibagħtu t-talba lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà għall-konsiderazzjoni. |
(ċ) |
F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza estrema, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni jew ir-Rappreżentanza Reġjonali fl-Istati Membri jista' jieħu kull deċiżjoni meqjusa meħtieġa biex jipproteġi l-istaff u l-assi mit-theddida. Kull użu ta' dawn il-poteri għandu jiġu immedjatament irrappurtat lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, b'kopja lid-DG COMM u d-DG RELEX rispettivament, li għandhom jirrappurtaw lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà għall-evalwazzjoni u, fejn xieraq, għall-approvazzjoni, emendar jew revoka. Il-president tal-Grupp ta' Tmexxija għandu jiġi infurmat fl-istess ħin mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà. |
2. Iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta
(a) |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jipprepara linji gwida, li għandhom jiġu segwiti fiċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni. Dawn il-linji gwida għandhom jiġu żviluppati maċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta u għandhom iqisu kull evalwazzjoni ta' theddida magħmula mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Iċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunt għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni, l-operat u l-infurzar tal-miżuri rilevanti ta' sigurtà. |
(b) |
Jekk il-Kap taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunt tal-Kummissjoni jikkunsidra li hija meħtieġa bidla fl-Istat ta' Twissija, għandu jissottometti talba lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni li janalizza s-sitwazzjoni u jibgħat it-talba lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà għall-konsiderazzjoni. |
(ċ) |
F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza estrema, il-Kap taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jista' jieħu kull deċiżjoni li jqis meħtieġa biex jipproteġi l-istaff u l-assi mit-theddida. Kull użu ta' dawn il-poteri għandu jiġi immedjatament irrappurtat lil-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà, għall-evalwazzjoni, u fejn huwa xieraq għall-approvazzjoni, emendar jew revoka. Il-president tal-Grupp ta' Tmexxija għandu jiġi infurmat fl-istess ħin mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà. |
3. Id-Delegazzjonijiet KE tal-Kummissjoni u l-Missjonijiet f'Pajjiżi mhux ta' l-UE
(a) |
F'pajjiżi mhux ta' l-UE, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni għandu jiddeċiedi b'mod konġunt mal-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà dwar l-Istat ta' Twissija għal kull Delegazzjoni tal-KE. |
(b) |
F'sitwazzjonjiet ta' emerġenza estrema, jew fejn is-sitwazzjoni ma tippermettix konsultazzjoni, il-Kap tad-Delegazzjoni KE tal-Kummisjoni jista' jieħu kull deċiżjoni meqjusa meħtieġa biex jipproteġi l-istaff u l-assi mit-theddida, inkluz li jagħmel bidliet temportanji fl-Istat ta' Twissija. Kull użu ta' dawn il-poteri u kull bidla fl-Istat ta' Twissija, għandu, mingħajr dewmien, jiġi notifikat lill-Kap tad-Delegazzjoni KE lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni li għandu immedjatament jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà bl-azzjonijiet meħuda u r-raġunijiet għalihom. Il-president tal-Grupp ta' Tmexxija għandu jiġi infurmat fl-istess ħin mal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet ta' sigurtà. |
(ċ) |
F'sitwazzjonijiet oħra ħlief dawk koperti mill-paragrafu preċedenti, jekk il-Kap tal-missjoni tal-Kummissjoni jew Delegazzjoni KE jikkunsidra li hija meħtieġa bidla fl-Istat ta' Twissija, għandha ssir talba lid-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni, li għandu jirraporta lid-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. L-awtorizzazzjoni biex isir hekk għandha tingħata b'mod konġunt mill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-Kwistjonijiet ta' Sigurtà. |
Appendiċi 1
STATI TA' TWISSIJA TAS-SIGURTÀ FIL-KUMMISSJONI
Introduzzjoni
Stat ta' Twissija huwa sensiela ta' miżuri ta' sigurtà maħsub biex jipprovdi livell speċifiku ta' protezzjoni lill-istaff tal-Kummissjoni, l-informazzjoni, il-bini u assi oħra tal-Kummissjoni minn kull theddida u biex jassigura l-kapċità operattiva tiegħu. Dawn il-miżuri ta' sigurtà huma implimentati u jitwaqqfu b'mod ġenerali u selettiv, hekk kif jiżdied jew jonqos il-livell tat-theddida.
Stat ta' Twissija jeħtieġ l-adozzjoni ta' miżuri dettaljati li għandhom jiġu implimentati mid-Direttorat tas-Sigurtà jew mill-Kap tad-Delegazzjoni kkonċernata mis-sitwazzjoni ta' kriżi skond in-natura tat-theddida. Sensiela ta' miżuri huma elenkati f'deċiżjoni separata.
Il-miżuri standard ta' sigurtà “ABJAD”
Il-Miżuri Standard ta' Sigurtà bil-kodiċi “ABJAD” jintużaw meta ma tiġi identifikata ebda theddida sinifikanti għas-sigurtà. Dawn il-Miżuri Standard ta' Sigurtà japplikaw fuq bażi ta' kuljum. Jindikaw sitwazzjoni normali ta' sigurtà u jipprovdu livell minimu aċċettabbli ta' sigurtà. Jiffurmaw il-bażi ta' miżuri ta' sigurtà applikati fil-bini tal-Kummissjoni.
L-istat ta' twissija “ISFAR”
L-Istat ta' Twissija “ISFAR” jidħol fis-seħħ meta jsir theddid jew jiġru ġrajjiet eċċezzjonali li jpoġġu fil-periklu l-integrità ta' l-istaff, l-informazzjoni, il-bini u assi oħra u li possibbilment jistgħu ikollhom effett ħażin fuq il-Kummissjoni Ewropea jew il-mod kif taħdem.
L-istat ta' twissija “ORANĠJO”
L-Istat ta' Twissija “ORANĠJO” jidħol fis-seħħ meta jsir theddid jew jiġru ġrajjiet eċċezzjonali li jpoġġu fil-periklu l-integrità ta' l-istaff, l-informazzjoni, il-bini u assi oħra u li huma immirati lejn il-Kummissjoni Ewropea jew il-mod kif taħdem, anki jekk ma jiġi identifikat ebda oġġett, mira jew ħin ta' l-attakk definit.
L-istat ta' twissija “AĦMAR”
L-Istat ta' Twissija “AĦMAR” jidħol fis-seħħ meta l-Kummissjoni Ewropea jew il-mod kif taħdem issir il-mira ta' theddid jew ġrajjiet eċċezzjonali li jpoġġu fil-periklu l-integrità ta' l-istaff, l-informazzjoni, il-bini u assi oħra. Dan it-theddid huwa ċar u definit u jista' jseħħ f'kull mument.
Appendiċi 2A
IL-MIŻURI STANDARD TA' SIGURTÀ LI JAPPLIKAW FIL-BINI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LI JINSAB FL-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA
Introduzzjoni
Il-Miżuri ta' Sigurtà Standard jiġu stabbiliti f'termini ġenerali u, meta japplikaw, ikunu akkumpanjati ma' struzzjonijiet dettaljati lis-servizzi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-ħolqien ta' dawn l-istruzzjonijiet dettaljati, u s-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tagħhom, għandu jsir mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni.
1. Termini ta' applikazzjoni:
Dawn il-Miżuri Standard ta' Sigurtà japplikaw b'mod ġenerali. Jipprovdu livell ta' sigurtà skond is-sitwazzjoni fejn m'hemm l-ebda livell elevat ta' theddid. Din is-sitwazzjoni ser tkun identifikata bil-kodiċi tal-kulur “ABJAD”. Jiffurmaw il-bażi ta' miżuri ta' sigurtà applikati fil-bini tal-Kummissjoni.
2. Komunikazzjonijiet barra l-Kummissjoni
a. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi u jżomm kuntatti ma' servizzi tal-pulizija lokali u federali fi Stati Membri b'mod partikolari fil-Belġju u l-Lussemburgu. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi punti ta' kuntatt għall-iskambju regolari ta' informazzjoni ta' interess reċiproku l-aktar fir-rigward tal-miżuri tas-sigurtà. Jekk u meta meħtieġ, għandhom jiġu organizzati laqgħat ta' koordinazzjoni. |
b. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi u jżomm kuntatti ma' servizzi tas-sigurtà ta' l-Istati Membri. Għandu jistabbilixxi skambju regolari ta' informazzjoni ta' interess reċiproku bejn il-punti ta' kuntatt. Jekk u meta meħtieġ, għandu jagħmel laqgħat ta' koordinazzjoni. |
ċ. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi u jżomm kuntatti ma' servizzi tas-sigurtà ta' l-Istituzzjonijiet oħra tal-Komunità. Għandu jistabbilixxi skambju regolari ta' informazzjoni ta' interess reċiproku bejn il-punti ta' kuntatt. Jekk u meta meħtieġ, għandu jagħmel laqgħat ta' koordinazzjoni. |
3. Komunikazzjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jinforma lill-istaff kollu ġdid, inkluż l-istaff temporanju, l-esperti nazzjonali u l-aġenti kuntrattwali bil-Miżuri Standard ta' Sigurtà li japplikaw għall-bini tal-Kummissjoni. It-tkattir ta' l-għarfien għandu jenfasizza għall-inqas ir-responsabbiltà individwali ta' l-uffiċjali tal-Kummissjoni fl-oqsma li ġejjin: l-aċċess għall-bini tal-Kummissjoni, il-viżitaturi, ir-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-laqgħat, l-użu tas-sistema tal-posta, l-użu tal-posta elettronika, l-aspetti ta' sigurtà tal-komunikazzjonijiet bit-telefon u l-ġestjoni u l-użu ta' informazzjoni klassifikata ta' l-UE.
4. Protezzjoni Fiżika/Kontroll ta' aċċess
4.1.
a. |
Dħul fil-bini tal-Kummissjoni għandu jkun strettament fuq bażi ta' “bżonn ta' aċċess”. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jistabbilixxi l-prinċipji operattivi li permezz tagħhom l-aċċess għall-bini tal-Kummissjoni Ewropea jew partijiet minnu għandu jiġi kkontrollat. |
b. |
Il-persuni kollha li jidħlu f'bini tal-Kummissjoni għandhom ikollhom pass ta' aċċess validu rikonoxxut mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Il-persuni kollha li jidħlu f'bini tal-Kummissjoni għandhom l-obbligu li jirrispettaw l-istruzzjonijiet kollha ta' sigurtà mogħtija mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jew minn membru tas-servizz tal-gwardja. |
ċ. |
Il-pass ta' aċċess validu għandu jkun muri f'kull ħin mill-persuni kollha ġewwa l-bini tal-Kummissjoni. |
d. |
L-iskeda għall-aċċess fil-bini tal-Kummissjoni mill-kategoriji differenti ta' impjegati għandha tiġi stabbilita b'kooperazzjoni mad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
e. |
Barra mill-iskeda li saret referenza għaliha hawn fuq, u inklużi tmiem il-ġimgħa u l-vaganzi, persuni li għandhom kard ta' servizz tal-Kummissjoni għandhom iniżżlu isimhom fir-reġistru pprovdut fir-reception tal-bini. Kull impjegat ieħor għandu juri, barra milli jniżżel l-identifikazzjoni tiegħu fir-reġistru, awtorizzazzjoni valida li tippermetti l-aċċess f'bini tal-Kummissjoni. Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni wara talba mis-servizz responsabbli u għandha tiġi trażmessa skond il-proċeduri eżistenti lir-reception ikkonċernata. |
4.2.
a. |
Kards tas-servizz għandhom jinħarġu lill-Kummissarji u lill-istaff tal-Kummissjoni jiġifieri persuni koperti mir-Regolamenti ta' l-Istaff jew bil-Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema tal-Komunitajiet Ewropej u esperti nazzjonali ssekondati u fejn meqjus neċessarju anki lill-istaff ta' istituzzjonijiet oħra, aġenziji u korpi oħra li jinsabu fil-bini tal-Kummissjoni. Kards tas-servizz minn istituzzjonijiet oħra ta' l-UE għandhom jiġu aċċettati fuq il-bażi ta' ftehim ma' l-istituzzjoni kkonċernata. |
b. |
Kards ta' aċċess għandhom jinħarġu lill-impjegati l-oħra kollha li għandhom bżonn aċċess għall-bini tal-Kummissjoni biex jaqdu l-obbligi kuntrattwali mas-servizzi tal-Kummissjoni. Kards għall-impjegati b'kuntratt limitat fiż-żmien m'għandhomx jestendu lil hinn minn dan il-limitu ta' żmien jekk mhux awtorizzati mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Il-perjodu ta' validità ta' kard ta' aċċess għal persuni bħal dawn m'għandu qatt jestendi lil hinn mit-tmiem tas-sena kurrenti. Fejn Membru tal-Parlament Ewropew jixtieq jidħol f'bini tal-Kummissjoni, jista' jagħmel dan billi jippreżenta l-kard ta' aċċess tiegħu maħruġa mill-Parlament Ewropew lill-gwardja tas-sigurtà li jkun xogħol, mingħajr ħtieġa li jgħaddi mill-kontroll addizzjonali ta' sigurtà meħtieġa għall-viżitaturi esterni. |
ċ. |
Passes Laissez-passer għandhom jinħarġu mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għal raġunijiet leġittimi li jiġġustifikaw l-aċċess f'bini tal-Kummissjoni. |
d. |
Passes għall-membri ta' l-istampa: It-talba għall-akkreditazzjoni mill-ġurnalisti hija pproċessata mid-DG COMM, b'kooperazzjoni mal-Kunsill u s-servizzi nazzjonali. Jekk talba għall-akkreditazzjoni tiġi approvata, id-DG COMM jitlob lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex joħroġ pass. |
e. |
Passes ta' aċċess għall-viżitaturi jew passes ta aċċess għall-viżitaturi mill-kuntrattur għandhom jinħarġu temporanjament lill-viżitaturi fil-punt tar-reception tal-bini tal-Kummissjoni wara verifika ta' identifikazzjoni bona fide. |
f. |
Dawk biss li għandhom kard ta' servizz jistgħu jistiednu viżitaturi f'bini tal-Kummissjoni. Fejn id-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli minn dawk li għandhom passes oħra validi ta' aċċess jixtieq jistieden viżitaturi, jista' jagħmel talba bil-motivazzjoni lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
g. |
Membri tal-familja ta' uffiċjali tal-Kummissjoni li jitolbu aċċess fiż-żoni amministrattivi għandhom jiġu ttratati bħala viżitaturi. |
h. |
Il-kards tas-servizz u l-passes ta' aċċess kollha jibqgħu proprjetà tal-Kummissjoni u għandhom jingħataw lura meta mitluba lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni li talbu lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għall-ħruġ ta' passes ta' aċċess validi għandhom jassiguraw li l-pass jintradd lura lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jew fi tmiem il-kuntratt jew jekk il-bażi li fuqha nħareġ il-pass m'għadhiex aktar valida. |
4.3.
a. |
Viżitaturi individwali fiż-żoni amministrattivi tal-Kummissjoni għandhom jiġu akkumpanjati minn persuna li għandha kard tas-servizz tal-Kummissjoni. Żoni amministrattivi huma dawk il-partijiet tal-bini tal-Kummissjoni li m'humiex ta' interess ġenerali u jikkonċernaw it-tħaddim tal-Kummissjoni. Il-viżitaturi għandhom jiġu milqugħa fiż-żona ta' reception u, fi tmiem iż-żjara, għandhom jiġu akkumpanjati lura f'din iż-żona. Viżitaturi individwali m'għandhomx jitħallew jiċċaqilqu mingħajr ma jkunu akkumpanjati fi ħdan bini tal-Kummissjoni. |
b. |
Viżitaturi li jieħdu sehem f'laqgħat u avvenimenti. Id-Direttorat ġenerali, il-kabinett jew servizz responsabbli għall-laqgħat u avvenimenti għandu jistabbilixxi fiż-żona ta' reception fejn ser isir l-avveniment il-mezzi neċessarji għall-ħruġ ta' badges għall-viżitaturi parteċipanti Dawn għandhom ikunu viżibilment murija mill-parteċipant matul il-preżenza tiegħu fil-bini tal-Kummssjoni fejn qed isir l-avveniment. |
ċ. |
Viżitaturi ta kuntrattur għandhom jingħataw aċċess biss għal raġuni speċifikata u jirċievu pass temporanju wara verifika ta' identifikazzjoni bona fide. Il-proċeduri li jirregolaw l-aċċess u r-reġistrazzjoni tal-viżitaturi għandhom jiġu osservati qabel ma jsir kull aċċess għall-bini tal-Kummissjoni. |
d. |
Kontroll fuq l-aċċess għandu jsir kull ħin, anki f'każ ta' evakwazzjoni tal-bini jew f'sitwazzjoni ta' emerġenza. |
e. |
Is-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandu jagħti avviż bil-quddiem ta' kull eżerċizzju ta' evakwazzjoni lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex jiġi assigurat kontroll ta' aċċess matul u wara l-eżerċizzju. |
f. |
Kuntratturi li qed iwasslu kunsinna f'bini tal-Kummissjoni għandhom jippreżentaw manifest tal-merkanzija bir-raġuni tal-kunsinna. Kull ksur ta' din il-proċedura għandu jiġi immedjatament notifikat lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
g. |
Jekk persuna ma titħalliex tidħol f'bini jew iktar minn bini wieħed tal-Kummissjoni, din l-informazzjoni għandha tintbagħat lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni li għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji. |
h. |
Viżitaturi f'bini tal-Kummissjoni u l-oġġetti personali tagħhom jistgħu jgħaddu minn kontrolli tekniċi bħal m'huma tfittxijiet u spezzjonijiet tal-bagalji. |
4.4.
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli għall-arranġamenti ta' sigurtà kollha li jsiru f'bini tal-Kummissjoni jew f'żoni assoċjati. Dawn għandhom jinkludu żjarat minn VIPs li ż-żjara tagħhom fil-Kummissjoni teħtieġ li jsiru arranġamenti addizzjonali ta' sigurtà. Is-servizz tal-Kummissjoni li jorganizza ż-żjara għandu jinnotifika lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni bid-dettalji kollha neċessarji hekk kif isiru magħrufa. Is-servizz ikkonċernat għandu jżomm lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni infurmat b'kull żvilupp ġdid jew tibdil fil-programm notifikat.
4.5.
a. |
Servizzi tal-pulizija tal-pajjiż ospitanti m'għandhomx dritt ta' aċċess għal bini tal-Kummissjoni skond il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 19 tiegħu, ħlief għal talba u awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kummissjoni. Jekk jingħata l-aċċess, impjegati tal-Kummissjoni għandhom jassistu lill-pulizija jekk u meta meħtieġ. |
b. |
Talbiet dettaljati ta' aċċess għall-pajjiżi ospitanti jistgħu jiġu stipulati fi ftehimiet speċifiċi. |
ċ. |
Persuni armati m'ghandhomx jidħlu jew jiċċaqilqu f'bini tal-Kummissjoni ħlief permezz ta' awtorizzazzjoni preċedenti bil-miktub mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
d. |
Ma jitħallewx annimali f'bini tal-Kummissjoni ħlief għal klieb li jintużaw għall-kontrolli tal-bini tal-Kummissjoni mitluba mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, klieb ta' l-għassa li jintużaw għas-sigurtà tal-bini tal-Kummissjoni u klieb li jiggwidaw lill-għomja u lit-torox. |
e. |
Ħlief għall-ħtiġijiet tas-servizz, l-ebda fotografija, iffilmjar jew rekordjar fil-format awdjo ma jitħalla jsir f'bini tal-Kummissjoni mingħajr kunsens minn qabel tas-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għall-Komunikazzjoni u d-Direttorat tas-Sigurtà. |
4.6.
a. |
Dawk is-sewwieqa biss li għandhom pass validu ta' aċċess għall-vettura u kard tas-servizz valida, kard ta' aċċess jew laisseż-passer jistgħu idaħħlu karozza fil-garaxxijiet jew żoni ta' parkeġġ tal-Kummissjoni. Il-passiġġieri l-oħra kollha fil-karozza għandhom ikollhom pass ta' aċċess validu għall-bini tal-Kummissjoni. Kards tas-servizz u aċċess għandhom jintwerew fuq talba tal-gwardja li tkun xogħol jew lill-impjegati tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
b. |
Il-vetturi kollha li jagħmlu talba għall-aċċess fil-garaxxijiet u ż-żoni ta' parkeġġ tal-Kummissjoni, ħlief għall-vetturi tas-servizz tal-Kummissjoni li għandhom marka apposta, għandhom ikollhom pass ta' aċċess validu għall-vettura li jidher b'mod ċar f'kull ħin fil-garaxx jew fiż-żona ta' parkeġġ |
ċ. |
Uffiċjal tal-Kummissjoni li jitlob aċċess għall-vettura għandu jingħata pass wieħed biss ta' aċċess għall-vettura. Dan il-pass għandu jingħata lura mill-uffiċjal biex jinħareġ ieħor ġdid. Ebda pass ġdid m'għandu jinħareġ jekk ma jingħatax lura il-qadim. Jekk pass jinsteraq jew jintilef, trid issir stqarrija formali lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
d. |
Barra mill-ħinijiet ta' l-uffiċċju, il-vetturi jistgħu jitħallew fil-garaxx tal-Kummissjoni jew iż-żona ta' parkeġġ fejn l-uffiċjal tal-Kummissjoni ikkonċernat qed jaqdi l-funzjoni tiegħu. Barra minn hekk, dan jeħtieġ ftehim minn qabel mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
e. |
Aċċess għall-garaxxijiet jew żoni ta' parkeġġ tal-Kummissjoni jista' jiġi rifjutat minħabba raġunijiet ta' sigurtà mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jiġġustifikaw li jsir hekk. |
f. |
Miżuri urġenti u speċifiċi jistgħu jittieħdu dwar sigurtà jew ħarsien rigward il-vetturi kollha pparkjati fil-garaxxijiet, fiż-żoni ta' parkeġġ jew fiż-żona ta' madwar il-bini tal-Kummissjoni. |
4.7.
a. |
Kull posta kollha esterna li dieħla inklużi l-pakketti għandhom jgħaddu miċ-ċentru rilevanti li jirċievi l-posta tal-Kummissjoni. Jekk u meta meħtieġ, posta mhux tas-soltu u/jew suspettuża għandhom isirulha iktar kontrolli ta' sigurtà. |
b. |
Ħlief għall-każijiet notifikati lil, u approvati minn, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, ebda oġġett postali estern li jitwassal bl-idejn m'għandu jiġi ppreżentat direttament f'bini tal-Kummissjoni. |
4.8.
Staff tal-Kummissjoni responsabbli għall-proprjetà tal-Kummissjoni għandu jieħu l-prekawzjonijiet xierqa kollha biex jassigura l-użu u l-hażna tajba ta' din il-proprjetà u biex tiġi evitata ħsara, telfien jew aċċess mhux awtorizzat.
4.9.
a. |
Kull persuna li taħdem f'bini tal-Kummissjoni għandha tirrapporta lid-Direttorat tas-Sigurtà każijiet ta' persuni li qed jippruvaw jidħlu b'mod klandestin f'bini tal-Kummissjoni. Għandhom immedjatament jirrappurtaw kull vettura jew oġġett suspettuż misjub ħdejn il-bini tal-Kummissjoni lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
b. |
Qabel il-ħruġ mill-bini tal-Kummissjoni bil-lejl, qabel tmiem il-ġimgħa u l-vaganzi, għandhom isiru sforzi partikolari mill-persuni kollha li jaħdmu fil-bini tal-Kummissjoni biex jiċċekkjaw li t-twieqi huma magħluqa u, fejn japplika, il-bibien magħluqa u d-dwal mitfija. |
ċ. |
Meta d-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jirċievi informazzjoni dwar xi ġrajja b'implikazzjoni potenzjali ta' sigurtà jew inċidenti li jseħħu barra jew viċin bini tal-Kummissjoni għandu immedjatament jieħu l-miżuri ta' sigurtà neċessarji biex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat minn persuni jew vetturi. Jekk meħtieġ, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jikkuntattja s-servizzi ta' sigurtà jew emerġenza tal-pajjiż ospitanti. |
4.10.
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jiddefinixxi l-istandards ta' sigurtà li għandhom jiġu rispettati mill-persuni kollha fil-postijiet kollha tal-Kummissjoni.
4.11.
a. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jinkorpora s-servizz tal-Kummissjoni responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u iġjene fuq ix-xogħol. |
b. |
Il-hotline intern ta' emerġenza jitmexxa mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Jekk meħtieġ, id-dipartiment tat-tifi tan-nar tal-pajjiż ospitanti u/jew is-servizzi mediċi ta' emerġenza għandhom jiġu avżati, wara l-istruzzjonijiet ta' emerġenza fis-seħħ. |
ċ. |
Meta d-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jiġi infurmat b'inċident ta' sigurtà bħal xi ġrajja medika serja, nar, ħruġ tal-gass, qtugh ta' l-elettriku, għargħar jew problemi strutturali gravi f'bini tal-Kummissjoni, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu javża lill-impjegati tas-servizzi li jokkupaw il-bini, kif ukoll is-servizz tekniku. |
d. |
Jekk meħtieġ, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni huwa responsabbli li jieħu miżuri xierqa għall-evakwazzjoni ta' persuni preżenti fil-bini tal-Kummissjoni. |
e. |
Jekk jinqala' inċident li jinvolvi korriment personali serju, xi membru ta' l-istaff għandu jċempel lis-servizzi mediċi ta' emerġenza tal-pajjiż ospitanti. Il-persuna li ċċempel lis-servizzi ta' emerġenza għandha immedjatament tinforma lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jassigura li tittieħed azzjoni xierqa biex il-bini tal-Kummissjoni ma jitħalliex mingħajr sorveljanza. |
4.12.
a. |
Fil-każ ta' dimostrazzjoni eżatt barra l-bini tal-Kummissjoni, l-istaff fiż-żoni tar-reception u l-garaxx għandu jinforma lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni, li għandu jieħu l-miżuri protettivi u joħroġ ordnijiet dwar is-sigurtà tal-bini. |
b. |
Fejn hemm indikazzjonijiet li aktarx isir attakk fuq il-bini tal-Kummissjoni, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jagħti ordnijiet speċifiċi lis-servizzi kollha kkonċernati u lill-istaff tal-Kummissjoni. Skond in-natura tat-theddida, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jieħu kull miżura meħtieġa biex jindirizza l-problema u jimplimenta l-miżuri stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' Stati ta' Twissija ta' sigurtà. |
4.13.
a. |
Il-persuni kollha awtorizzati li jridu jkunu preżenti fil-bini tal-Kummissjoni għandhom l-obbligu li jilbsu kard tas-servizz viżibbli jew pass ta' aċċess validu. Il-persuni kollha mingħajr kard tas-servizz jew pass ta' aċċess validu jistgħu jkollhom iħallu l-bini tal-Kummissjoni immedjatament fuq talba ta' l-istaff inkarigat mill-kontroll ta' aċċess jew ta' uffiċjal li jiġi identifikat mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
b. |
Fejn persuni qed jippruvaw jiksbu aċċess kontra l-liġi fil-bini tal-Kummissjoni, uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom l-ewwel jieħdu ħsieb li jagħlqu l-uffiċċji, kaxxaforti u serraturi, sakemm il-protezzjoni fiżika tagħhom m'hijiex f'riskju. Għandhom jirrappurtaw immedjatament l-inċident lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Fejn id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jirċievi informazzjoni dwar dawn l-inċidenti għandu joħroġ struzzjonijiet dwar l-azzjoni li trid tittieħed u s-servizzi adegwati jiġu avżati. |
ċ. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jieħu kull miżura meħtieġa biex jindirizza l-problema u jimplimenta l-miżuri stipulati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' Stati ta' Twissija ta' sigurtà. |
4.14.
a. |
Biex tinżamm protezzjoni ta' sigurtà aċċettabbli għall-persuni li jaħdmu fil-bini tal-Kummissjoni u għall-proprjetà tal-Kummissjoni, il-membri kollha ta' l-istaff tal-Kummissjoni għandhom jirrappurtaw kull persuna b'imġieba stramba jew suspettuża. L-istaff tal-Kummissjoni għandu d-dmir li jirrapporta dawn il-persuni lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. |
b. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu immedjatament jiġi infurmat b'kull persuna suspettuża jew mhux awtorizzata fil-bini tal-Kummissjoni. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu f'kull ħin, u mingħajr dewmien, joħroġ struzzjonijiet dwar l-azzjoni li trid tittieħed u s-servizzi adegwati jiġu avżati. |
4.15.
a. |
Jekk persuna li taħdem fil-bini tal-Kummissjoni tirċievi theddida ta' bomba, dik il-persuna għandha immedjatament tinforma lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jipprova jikseb l-informazzjoni kollha possibbli mill-persuna li ċċempel jew mill-messaġġ li jirċievi. |
b. |
Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jagħti struzzjonijiet dwar l-azzjoni li trid tittieħed u s-servizzi adegwati li għandhom jiġu avżati f'kull ħin tal-ġurnata u l-lejl inkluża l-evakwazzjoni fejn xierqa. |
4.16.
a. |
Kull uffiċjal jew membru ta' l-istaff xogħol fil-Kummissjoni għandu immedjatament jinforma lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni bis-sejba ta' pakkett suspettuż jew oġġett ieħor. Fejn jinstab pakkett jew oġġett ieħor suspettuż, għandu jitwaqqaf perimetru ta' sigurtà madwaru, jew mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jew mis-servizz lokali tal-Kummissjoni responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Ebda persuna m'għandha tmiss jew tbagħbas il-pakkett suspettuż jew oġġett ieħor. L-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni mingħajr fili għandu jkun ipprojbit fil-viċinanzi tal-post ta' l-inċident. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jopera f'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizz lokali tal-Kummissjoni responsabbli għas-saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol fl-interventi deskritti hawn fuq. |
b. |
Wara li ssir evalwazzjoni tat-theddida u ċ-ċirkostanzi, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jikkuntattja lis-servizz lokali tal-Kummissjoni responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet ma' servizzi oħra tal-Kummissjoni u tal-pajjiż ospitanti. |
4.17.
Fil-każ ta' mġiba ħażina jew xi offiża fi ħdan il-bini tal-Kummissjoni, xhieda tal-ġrajjiet għandhom jikkuntattjaw lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni li għandu jieħu l-miżuri xierqa. Ix-xhieda m'għandhomx ibagħbsu mal-provi.
Appendiċi 2B
MIŻURI STANDARD TA' SIGURTÀ LI JAPPLIKAW FIL-BINI TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LI JINSAB F'PAJJIŻI OĦRA BARRA DAWK INKLUŻI F'APPENDIĊI 2A.
Introduzzjoni
Barra l-Unjoni Ewropea, il-Miżuri Standard ta' Sigurtà u l-istruzzjonijiet dettaljati tagħhom huma implimentati taħt l-awtorità tal-Kap tad-Delegazzjoni KE tal-Kummissjoni Ewropea. Id-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni iżomm lid-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni infurmat f'kull ħin.
Meta Delegazzjoni KE hija ospitata fiż-żona diplomatika ta' Stat Membru jew organizzazzjoni Internazzjonali, ir-regoli ta' sigurtà mill-anqas ekwivalenti għal dawk fid-Deċiżjoni preżenti huma stipulati fil-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummisjoni Ewropea u l-Istat Membru, pajjiż ospitanti jew organizzazzjoni.
1. Termini ta' applikazzjoni:
Dawn il-Miżuri Standard ta' Sigurtà japplikaw b'mod ġenerali. Jipprovdu livell ta' sigurtà skond is-sitwazzjoni fejn m'hemm ebda livell elevat ta' theddid. Din is-sitwazzjoni ser tkun identifikata bil-kodiċi tal-kulur “ABJAD”. Jiffurmaw il-bażi ta' miżuri ta' sigurtà applikati fil-bini tal-Kummissjoni.
Jekk meħtieġ, dawn il-miżuri Standard ta' Sigurtà għandhom jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet lokali speċifiċi.
2. Komunikazzjonijiet barra d-Delegazzjoni KE
a. |
Il-Kap tad-Delegazzjoni KE għandu fuq bażi regolari u jekk possibbli jistabbilixxi u jżomm il-kuntatti fil-qasam tas-sigurtà ma' l-awtoritajiet xierqa tal-pajjiż ospitanti. Jekk u meta meħtieġ, għandhom jiġu organizzati laqgħat ta' koordinazzjoni. |
b. |
Il-Kap tad-Delegazzjoni KE għandu jistabbilixxi punti ta' kuntatt ma' l-ambaxxati ta' l-Istati Membri l-oħra għall-iskambju regolari ta' informazzjoni ta' interess reċiproku speċjalment rigward miżuri ta' sigurtà. Jekk u meta meħtieġ, għandhom jiġu organizzati laqgħat ta' koordinazzjoni. |
ċ. |
Meta meħtieġ, kuntatti bħal dawn jistgħu ukoll jiġu stabbiliti ma' Organizzazzjonijiet Internazzjonali fuq il-post. |
3. Komunikazzjonijiet fi ħdan id-Delegazzjoni KE
Il-Kap tad-Delegazzjoni KE għandu jgħarraf lill-istaff il-ġdid kollu, inkluż l-istaff temporanju, esperti nazzjonali sekondati u aġenti kuntrattwali bil-Miżuri Standard ta' Sigurtà li japplikaw għalbini tad-Delegazzjoni KE. It-tkattir tat-taħriġ għandu jenfasizza għall-inqas ir-responsabbiltà individwali ta' l-uffiċjali tal-Kummissjoni fl-oqsma li ġejjin: l-aċċess għall-bini tal-Kummissjoni, il-viżitaturi, ir-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-laqgħat, l-użu tas-sistema tal-posta, l-użu tal-posta elettronika, l-aspetti ta' sigurtà tal-komunikazzjonijiet bit-telefon u l-ġestjoni u l-użu ta' informazzjoni klassifikata ta' l-UE.
4. Protezzjoni Fiżika/Kontroll ta' aċċess
4.1.
a. |
Dħul fil-bini tal-Kummissjoni għandu jkun strettament fuq bażi ta' “bżonn ta' aċċess”. Il-Kap tad-Delegazzjoni KE, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali tas-Servizz Estern għandu jistabbilixxi l-prinċipji operattivi li permezz tagħhom l-aċċess għall-bini tad-Delegazzjoni KE għandu jiġi kkontrollat. |
b. |
Il-persuni kollha li jidħlu f'bini tad-Delegazzjoni KE għandhom ikollhom pass ta' aċċess validu tal-Kummissjoni maħruġ mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni jew pass ta' aċċess validu maħruġ mill-Kap tad-Delegazzjoni KE skond in-normi u l-istandards li jridu jiġu stabbiliti mid-Direttorat tas-Sigurtà. Il-persuni kollha li jidħlu f'bini tal-Kummissjoni għandhom l-obbligu li jirrispettaw kull struzzjoni ta' sigurtà mogħtija mill-Kap tad-Delegazzjoni KE. |
ċ. |
Il-pass ta' aċċess validu għandu jkun f'kull ħin muri mill-persuni kollha ġewwa l-bini tad-Delegazzjoni KE. |
4.2.
a. |
Kards tas-Servizz għandhom jinħarġu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jiġifieri, persuni koperti mir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew bil-Kundizzjonijiet ta' impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej u esperti nazzjonali ssekondati u fejn meqjus neċessarju anki lill-istaff ta' istituzzjonijiet oħra, aġenziji u korpi oħra li jinsabu fil-bini tad-Delegazzjoni KE. |
b. |
Kards ta' aċċess għandhom jinħarġu lill-istaff l-ieħor kollu li għandu bżonn aċċess fil-bini tad-Delegazzjoni KE biex jissodisfa l-obbligi kuntrattwali mas-servizzi tal-Kummissjoni. Kards għall-istaff b'kuntratt limitat fiż-żmien m'għandhomx jestendu lil hinn minn dan il-limitu ta' żmien. Il-perjodu ta' validità ta' kard ta' aċċess m'għandu qatt jestendi lil hinn mit-tmiem tas-sena kurrenti. |
ċ. |
Passes laissez-passer għandhom jinħarġu mill-Kap tad-Delegazzjoni KE għal raġunijiet leġittimi li jiġġustifikaw aċċess f'bini tad-Delegazzjoni KE. |
d. |
Passes ta' aċċess għall-viżitaturi jew passes ta aċċess għall-viżitaturi mill-kuntrattur għandhom jinħarġu temporanjament lill-viżitaturi fil-punt tar-reception tal-bini tad-Delegazzjoni KE wara verifika ta' identifikazzjoni bona fide. |
e. |
Membri tal-familja ta' uffiċjali tad-Delegazzjoni KE li jitolbu aċċess fiż-żoni amministrattivi għandhom jiġu ttrattati bħala viżitaturi. |
f. |
Dawk biss li għandhom kard ta' servizz jistgħu jistiednu viżitaturi f'bini tad-Delegazzjoni KE. |
g. |
Il-kards tas-servizz u l-passes ta' aċċess kollha jibqgħu proprjetà tal-Kummissjoni u għandhom jingħataw lura meta mitluba lill-Kap tad-Delegazzjoni KE. Is-servizzi li joħorġu l-passes ta' aċċess validi għandhom jassiguraw li l-pass jiġi ritornat lura jew fi tmiem il-kuntratt jew jekk il-bażi li fuqu l-pass inħareġ m'għadux iktar validu. |
4.3.
a. |
Viżitaturi individwali fiż-żoni amministrattivi tad-Delegazzjoni KE għandhom jiġu akkumpanjati minn persuna li għandha kard tas-servizz tal-Kummissjoni. Żoni amministrattivi huma dawk il-partijiet tal-bini tad-Delegazzjoni KE li m'humiex ta' interess ġenerali u jikkonċernaw it-tħaddim tal-Kummissjoni. Il-viżitaturi għandhom jiġu milqugħa fiż-żona ta' reception u, fi tmiem iż-żjara, għandhom jiġu akkumpanjati lura f'din iż-żona. Viżitaturi individwali m'għandhomx jitħallew jiċċaqilqu mingħajr ma jkunu akkumpanjati fi ħdan il-bini tad-Delegazzjoi KE. |
b. |
Għall-viżitaturi li jieħdu sehem f'laqgħat u avvenimenti soċjali, il-Kap tad-Delegazzjoni KE għandu jistabbilixxi fiż-żona ta' reception fejn l-avveniment ser isir il-mezzi neċessarji għall-ħruġ tal-badges ta' viżitaturi parteċipanti tal-laqgħa u l-avvenimenti speċifiċi. Dawn għandhom ikunu viżibilment murija mill-parteċipant matul il-preżenza tiegħu fil-bini tad-Delegazzjoni KE fejn qed isir l-avveniment. |
ċ. |
Viżitaturi ta kuntrattur għandhom jingħataw aċċess biss għal raġuni speċifikata u jirċievu pass temporanju wara verifika ta' identifikazzjoni bona fide. Il-proċeduri li jirregolaw l-aċċess u r-reġistrazzjoni tal-viżitaturi għandhom jiġu osservati qabel ma jsir kull aċċess għall-bini tad-Delegazzjoni KE. |
d. |
Kontroll fuq l-aċċess għandu jsir kull ħin, anki, jekk possibbli, f'każ ta' evakwazzjoni tal-bini jew f'sitwazzjoni ta' emerġenza. |
e. |
Is-sigħat tal-ftuħ tad-Delegazzjoni KE huma ffissati mill-Kap tad-Delegazzjoni KE. Barra l-ħinijiet tal-ftuħ li saret referenza għalihom hawn fuq, u inklużi tmiem il-ġimgħa u l-vaganzi, persuni li għandhom kard tas-servizz tal-Kummissjoni u li jidħlu fid-Delegazzjoni KE, għandhom iniżżlu isimhom fir-reġistru pprovdut fir-reception tal-bini, |
f. |
Il-viżitaturi kollha għandhom ikunu reġistrati fir-reception tad-Delegazzjoni KE. Għandhom jipprovdu, barra milli jniżżlu l-identifikazzjoni tagħhom fir-reġistru, awtorizzazzjoni valida li tippermetti l-aċċess fid-Delegazzjoni KE. |
g. |
Kuntratturi li qed iwasslu kunsinna f'bini tad-Delegazzjoni KE għandhom jippreżentaw manifest tal-merkanzija bir-raġuni tal-kunsinna. Kull ksur ta' din il-proċedura għandu jiġi immedjatament notifikat lid-Direttorat Ġenerali tas-Servizz Estern. |
h. |
Viżitaturi f'bini tal-Kummissjoni u l-oġġetti personali tagħhom jistgħu jgħaddu minn kontrolli tekniċi bħal m'huma tfittxijiet u spezzjonijiet tal-bagalji. |
4.4.
Il-Kap tad-Delegazzjoni KE għandu jkun responsabbli għall-arranġamenti ta' sigurtà għaż-żjarat uffiċjali kollha li jsiru f'bini tad-Delegazzjoni KE jew f'żoni assoċjati.
4.5.
a. |
Aċċess għall-bini tad-Delegazzjoni KE huwa rregolat minn:
|
b. |
Kwistjonijiet dettaljati ta' aċċess għall-pajjiżi ospitanti għandhom jitniżżlu fi ftehimiet speċifiċi li jiddikjaraw li, sakemm il-Kap tad-Delegazzjoni KE ma jirrifjutax l-aċċess, is-servizzi ta' emerġenza tal-pajjiż ospitanti jistgħu jidħlu f'bini tad-Delegazzjoni KE f'każ ta' periklu immedjat għas-sigurtà jew is-saħħa ta' l-istaff li jeħtieġ intervent immedjat. Id-Direttur Ġenerali tad-Relazzjonijiet Esterni għandu jiġi immedjatament infurmat b'dawn l-interventi. Servizzi tal-pulizija tal-pajjiż ospitanti m'għandhomx dritt ta' l-aċċess għall-bini tad-Delegazzjoni KE, ħlief fuq talba tal-Kap tad-Delegazzjoni KE. Jekk jingħata l-aċċess, impjegati tad-Delegazzjoni KE għandhom jassistu lill-pulizija jekk u meta meħtieġ. |
ċ. |
Persuni armati m'għandhomx jidħlu jew jiċċaqilqu f'bini tad-Delegazzjoni KE ħlief jekk mhux bi ftehim bil-miktub mal-Kap tad-Delegazzjoni KE. |
d. |
Ma jitħallewx annimali f'bini tad-Delegazzjoni KE ħlief għall-klieb li jintużaw għall-kontrolli fil-bini tad-Delegazzjoni KE, klieb ta' l-għassa li jintużaw għas-sigurtà u klieb li jiggwidaw lill-għomja u lit-torox. |
e. |
Ħlief għall-ħtiġijiet tas-servizz, l-ebda fotografija, iffilmjar jew rekordjar fil-format awdjo ma jitħalla jsir f'bini tad-Delegazzjoni KE mingħajr kunsens minn qabel tal-Kap tad-Deletgazzjoni KE. |
4.6.
a. |
Dawk is-sewwieqa biss li għandhom pass validu ta' aċċess għall-vettura u kard tas-servizz valida, kard ta' aċċess jew laisseż-passer jistgħu idaħħlu karozza fil-garaxxijiet jew żoni ta' parkeġġ tad-Delegazzjoni KE. Il-passiġġieri l-oħra kollha fil-karozza għandhom ikollhom pass ta' aċċess validu għall-bini tad-Delegazzjoni KE. Kards ta' aċċess u servizz għandhom jintwerew meta mitluba. |
b. |
Il-vetturi kollha li jagħmlu talba għall-aċċess fil-garaxxijiet u ż-żoni ta' parkeġġ tad-Delegazzjoni KE, ħlief għall-vetturi tas-servizz tal-Kummissjoni li għandhom marka apposta, għandhom ikollhom pass ta' aċċess validu għall-vettura li jidher b'mod ċar mhux biss fid-dħul fil-bini imma anki matul iż-żjara fil-garaxx jew fiż-żona ta' parkeġġ |
ċ. |
Uffiċjal tal-Kummissjoni li jitlob aċċess għall-vettura għandu jingħata pass wieħed biss ta' aċċess għall-vettura. Dan il-pass għandu jingħata lura mill-uffiċjal biex jinħareġ ieħor ġdid. Ebda pass ġdid m'għandu jinħareġ jekk ma jingħatax lura il-qadim. Jekk il-pass jintilef jew jinsteraq, għandha ssir stqarrija formali lill-Kap tad-Delegazzjoni KE. |
d. |
Aċċess għall-garaxxijiet jew żoni ta' parkeġġ tad-Delegazzjoni KE jista' jiġi rifjutat għal raġunijiet ta' sigurtà mill-Kap tad-Delegazzjoni KE. |
e. |
Miżuri urġenti u speċifiċi jistgħu jittieħdu dwar sigurtà jew ħarsien rigward il-vetturi kollha pparkjati fil-garaxxijiet, fiż-żoni ta' parkeġġ jew fiż-żona ta' madwar il-bini tad-Delegazzjoni KE. |
4.7.
a. |
Ħlief għall-posta diplomatika, il-posta esterna kollha li dieħla inklużi l-pakketti għandha, meta tkun mhux tas-soltu jew suspettuża, tgħaddi minn aktar kontrolli ta' sigurtà. |
b. |
Ħlief għall-każijiet notifikati lil, u approvati minn, il-Kap tad-Delegazzjoni KE, ebda oġġett postali estern li jitwassal bl-idejn m'għandu jiġi ppreżentat direttament f'bini tad-Delegazzjoni KE. |
4.8.
Staff tad-Delegazzjoni KE responsabbli għall-proprjetà tal-Kummissjoni għandu jieħu l-prekawzjonijiet xierqa kollha biex jassigura l-użu u l-hażna tajba ta' din il-proprjetà u biex tiġi evitata ħsara, telfien jew aċċess mhux awtorizzat.
4.9.
a. |
Kull persuna li taħdem f'bini tad-Delegazzjoni KE għandha tirrapporta persuni li qed josservaw jew qed jippruvaw jidħlu b'mod klandestin fil-bini tad-Delegazzjoni KE. Għandhom jirrappurtaw kull vettura, oġġett jew persuna suspettuża li jinstabu biswit jew viċinbini tad-Delegazzjoni KE lill-Kap tad-Delegazzjoni KE. |
b. |
Qabel il-ħruġ mill-bini tad-Delegazzjoni bil-lejl, qabel tmiem il-ġimgħa u l-vaganzi, għandhom isiru sforzi partikolari mill-persuni kollha li jaħdmu fil-bini tad-Delegazzjoni KE biex jiċċekkjaw li t-twieqi huma magħluqa u, fejn japplika, il-bibien magħluqa u d-dwal mitfija. |
ċ. |
Meta d-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni jirċievi informazzjoni dwar xi avvenimenti b'implikazzjoni potenzjali ta' sigurtà jew inċidenti li jseħħu barra jew qrib bini tad-Delegazzjoni KE, għandu immedjatament jinforma lill-Kap tad-Delegazzjoni KE li għandu minnufih jieħu l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa biex jevita kull aċċess mhux awtorizzat minn persuni jew vetturi. Jekk hemm bżonn, għandu jikkuntattja lill-awtorità xierqa tal-pajjiż ospitanti. |
4.10.
Il-Kap tad-Delegazzjoni KE għandu jiddefinixxi l-istandards li għandhom jiġu rrispettati fl-arranġamenti, ħidmiet u struzzjonijiet ta' sigurtà li japplikaw għall-persuni kollha fil-bini jew iż-żoni ta' madwar id-Delegazzjoni KE.
4.11.
a. |
Jekk jiġi rrappurtat inċident li jinvolvi korriment personali serju, xi membru ta' l-istaff għandu jċempel lis-servizzi mediċi ta' emerġenza lokali. |
b. |
Għandha tittieħed azzjoni xierqa biex il-bini tad-Delegazzjoni KE ma jitħalliex mingħajr sorveljanza. |
4.12.
a. |
Fil-każ ta' dimostrazzjoni eżatt barra l-bini tad-Delegazzjoni tal-KE, l-istaff fiż-żoni tar-reception u l-garaxx għandu jinforma lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE, li għandu jieħu l-miżuri protettivi u joħroġ ordnijiet dwar is-sigurtà tal-bini. |
b. |
Fejn hemm indikazzjoni li attakk fuq il-bini tad-Delegazzjoni tal-KE huwa possibbli, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE għandu joħroġ ordnijiet speċifiċi lis-servizzi kollha kkonċernati u lill-istaff tad-Delegazzjoni tal-KE u jinforma immedjatament lid-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni, li jinforma lid-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni. Skond in-natura tat-theddida, jittieħdu l-miżuri xierqa. |
4.13.
a. |
Il-persuni kollha awtorizzati li jridu jkunu preżenti fil-bini tad-Delegazzjoni tal-KE għandhom l-obbligu li jilbsu pass viżibbli ta' aċċess validu jew kard tas-servizz. Il-persuni kollha mingħajr pass ta' aċċess validu jew kard tas-servizz jistgħu jkollhom iħallu l-bini tad-Delegazzjoni tal-KE immedjatament fuq talba ta' l-istaff inkarigat mill-kontroll ta' aċċess jew ta' uffiċjal li jiġi identifikat mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE. |
b. |
Fejn persuni qed jippruvaw jiksbu aċċess kontra l-liġi fil-bini tad-Delegazzjoni tal-KE, uffiċjali tal-KE għandhom l-ewwel jieħdu ħsieb li jagħlqu l-uffiċċji, kaxxaforti u serraturi, sakemm il-protezzjoni fiżika tagħhom m'hijiex f'riskju. Għandhom jinfurmaw immedjatament lid-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni u jitolbu struzzjonijiet dwar it-tip ta' azzjoni li għandhom jieħdu u s-servizzi xierqa li għandhom jiġu avżati. |
ċ. |
Id-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni għandu jieħu l-miżuri xierqa b'kooperazzjoni mad-Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni biex isolvi l-problema. Huwa jista' jikkuntattja lill-awtoritajiet xierqa tal-pajjiż ospitanti biex jitlob l-għajnuna tagħhom inklużi l-qawwiet tal-pulizija. |
4.14.
a. |
Biex tinżamm protezzjoni ta' sigurtà aċċettabbli għall-persuni li jaħdmu fil-bini tad-Delegazzjoni tal-KE u għall-proprjetà tal-Kummissjoni, il-membri kollha tad-Delegazzjoni tal-KE għandhom jirrappurtaw kull persuna b'imġiba stramba jew suspettuża. L-istaff tad-Delegazzjoni tal-KE għandu d-dmir li jirrapporta dawn il-persuni lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE. |
b. |
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE għandu jiġi immedjatament infurmat bl-intrużjonijiet kollha suspettużi jew mhux awtorizzati fil-bini tal-Kummissjoni. Id-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni għandu f'kull ħin, u mingħajr dewmien, joħroġ struzzjonijiet dwar l-azzjoni li trid tittieħed u jiġu avżati s-servizzi adegwati. |
4.15.
a. |
Jekk persuna li taħdem fid-Delegazzjoni tal-KE tirċievi theddida ta' bomba, dik il-persuna għandha immedjatament tinforma lid-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni. Din il-persuna għandha tipprova tikseb l-informazzjoni kollha possibbli mill-persuna li ċċempel jew mill-messaġġ li tirċievi. |
b. |
Id-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni għandu jagħti struzzjonijiet dwar l-azzjoni li trid tittieħed u, mingħajr dewmien, jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni li min-naħa tiegħu jinforma lill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwistjonijiet tas-sigurtà. |
ċ. |
Fuq talba ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ospitanti (jiġifieri s-servizzi ta' l-emerġenza), il-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE jista' jiddeċiedi li jevakwa l-bini tad-Delegazzjoni tal-KE. Id-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni għandu jiġi infurmat b'dan. |
4.16.
a. |
Kull uffiċjal jew membru ta' l-istaff xogħol tad-Delegazzjoni tal-KE għandu immedjatament jinforma lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE bis-sejba ta' pakkett suspettuż jew oġġett ieħor. Meta jinstab pakkett suspettuż jew xi oġġett ieħor suspettuż, għandu jitwaqqaf perimetru xieraq ta' sigurtà madwaru. Ebda persuna m'għandha tmiss jew tbagħbas il-pakkett suspettuż jew oġġett ieħor. L-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni mingħajr fili għandu jkun ipprojbit fil-viċinanzi tal-post ta' l-inċident. |
b. |
Wara evalwazzjoni tat-theddida u taċ-ċirkostanzi, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet xierqa tal-pajjiż ospitanti. |
4.17.
Fil-każ ta' mġiba ħażina jew xi offiża fi ħdan il-bini tad-Delegazzjoni tal-KE, xhieda tal-ġrajjiet għandhom jikkuntattjaw lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-KE li għandu jieħu l-miżuri xierqa. Ix-xhieda m'għandhomx ibagħbsu mal-provi.