Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979D0639

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 1979 li tistabblixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 77/706/KEE

ĠU L 183, 19.7.1979, p. 1–10 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/05/2015; Imħassar b' 32015D0632

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1979/639/oj

31979D0639



Official Journal L 183 , 19/07/1979 P. 0001 - 0010
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0019
Greek special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0019
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 3 P. 0162
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 3 P. 0162


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-15 ta' Ġunju 1979 li tistabblixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 77/706/KEE

(79/639/KEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE tas-7 ta’ Novembru 1977 dwar l-iffissar ta’ mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta’ sorsi primarji ta’ enerġija fil-każ ta’ diffikultajiet filprovvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi [1] u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu;

Wara li kkonsulta ‘l-Istati Membri skond l-Artikolu 5 talimsemmija Deċiżjoni,

Billi l-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 1729/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 dwar il-komunika ta'l-informazzjoni dwar l-istat tal-provvisti ta' enerġija tal-Komunità [2];

Billi l-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 1729/76 tal-21 ta’ Ġunju 1976 dwar il-komunika ta’l-informazzjoni dwar l-istat talprovvisti ta’ enerġija tal-Komunità [3];

Billi l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Nru 77/706/KEE jipprovdi illi fejn iqumu diffikultajiet fil-provvista ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi fi Stat Membru wieħed jew aktar, il-Kummissjoni waqt li taġixxi fuq talba tal-Istati Membri jew minn jeddha, wara li tikkonsulta l-grupp imsemmi fid-Direttiva 73/738/KEE, tista’ tistabbilixxi mira għat-tnaqqis tal-konsum talprodotti petroliferi fil-Komunità ġeneralment sa 10 % millkonsum normali;

Billi l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni Nru 77/706/KEE jipprovdi illi, biex tiġi mħarsa l-unitá tas-suq u biex jiġi żgurat illi l-konsumaturi ta’l-enerġija fil-Komunità ibagħtu sehemhom imparzjali fiddiffikultajiet li jqumu mill-kriżi, il-Kummissjoni għandha, fl-għeluq ta’ xahrejn wara li jiġi applikat l-Artikolu 1(1), tipproponi lill-Kunsill mira oħra biex jitnaqqas il-konsum sa 10 % millkonsum normali u differenzjat skond l-Istat Membru, u wara dan il-kwantitajiet imġemmgħin għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri;

Billi l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE jipprovdi illi fil-każ ta’ perijodu ta’ nuqqas ikbar il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill- Kunsill li l-mira biex jitnaqqas il-konsum teċċedi l-10 % u testendi għal forma oħra ta’ enerġija;

Billi t-tqassim bejn l-Istati Membri tal-kwantitajiet imġemmgħin wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3) tad-Deċizjoni Nru 7/706/KEE tista’ timplika spejjeż ulterjuri, li l-evalwazzjoni u l-ħlas tagħhom huma kompetenza tal-partjiet involuti; billi, madankollu, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi fuq talba ta’ Stat Membru li tagħmel rakkomandazzjonijiet u tagħti opinjonijiet lill-Istati Membri konċernati biex ikun jista’ jintlaħaq ftehim bejn l-Istati Membri dwar spejjeż ulterjuri;

Billi, sabiex twettaq dan il-Kummissjoni għandu ikollha l-għarfien preċiż tas-sitwazzjoni tal-enerġija fl-Istati Membri, il-provvisti tagħhom ta’ prodotti petroliferi u tal-żejt mhux maħdum, il-possibilitajiet ta’ sostituzzjoni bejn il-forom varji tal-enerġija, u miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-Istati Membri; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1(a), (b), (c) u (d) rispettivament tad-Deċizjoni Tal-Kummissjoni 78/890/KEE għandhom jgħoddu għal:

(a) "konsum normali ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi",

(b) "perijodu bażi",

(ċ) "nuqqas ta' provvisti" u

(d) "provvista normali"

2. Għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a) "konsum normali tal-enerġija" tfisser il-konsum medju ta' kuljum reġistrat f'perijodu bażi, i.e.:

Produzzjoni domestika ta' karburanti primarji,

u importazzjonijiet,

u kunsinni minn pajjiżi fil-Komunità,

mnaqqsa l-esportazzjonijiet,

mnaqqsa kunsinni lil pajjiżi fil-Komunità,

u jew imnaqqsa varjazzjonijiet fil-ħażniet.

bunkers ta' vapuri fuq il-baħar jingħaddu bħala esporti;

(b) "Prodotti petroliferi- sostitwibbli" tfisser iż-żejt karburanti kollu kkonsmat għall-ġenerazzjoni tal-elettriku u, kif xieraq, f'setturi oħra ta'l-industrija inklużu awto-produċenti kif stmati skond l-artikolu 2(2);

(ċ) "enerġija sostitwibbli" tfisser l-enerġija kollha kkonsmata għall-ġenerazzjoni ta'l-elettriku u, fejn xieraq, f'setturi oħra ta'l-industrija, inklużi awto-produċenti kif stmati skond l-artikolu 2(2).

Artikolu 2

1. L-ammont ta' tnaqqis differenzjali f'prodotti ta' żejt sostitwibbli kif indikat fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE m' għandhiex teċċedi l-kapaċitá attwali għas-sostituzzjoni, il-livell ta' liema huwa mwaqqaf skond il-paragarfu 2 hawn taħt, li teżisti meta jqumu diffikultajiet fil-provvediment.

2. Il-grupp imwaqqaf mid-Direttiva 73/238/KEE għandha teżamina kull sena u, f'każ ta' diffikultajiet fil-provvista, fuq bażi ta' informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill l-Istati Membri, kalkolata skond l-artikolu 10, il-kapaċità għas-sostituzzjoni fl-Istati Membri tal-prodotti petroliferi definiti bħala li jkopru primarjament rekwiżiti għal żejt karburanti jew ġenerazzjoni ta'l-elettriku, imma wkoll b' konsiderazzjoni għall-possibilitajiet ta' sostituzzjoni ta' żejt karburanti fl-industrija, inklużi awto-produċenti. Wara dan l-eżami, il-Kummissjoni għanda tirreġistra l-possibilitajiet ta' sostituzzjoni hekk imwaqqfa.

Artikolu 3

1. Fejn, skond l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tistabbilixxi mira għat-tnaqqis ta' konsum fil-prodotti petroliferi sa 10 % tal-konsum normali, għandha tikkonsidra partikolarment dawn li ġejjin: — is-sitwazzjoni ġenerali tal-provvista ta' prodotti petroliferi,

- is-sitwazzjoni ta' provvista f'kull Stat Membru

- miżuri meħuda fl-Istati Membri biex jitnaqqas il-konsum,

- dmirijiet internazzjonali ta'l-Istati Membri.

2. Fejn, skond l-artikolu 1(2)(a) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill għanijiet differenti biex jitnaqqas il-konsum ta' prodotti petroliferi sostitwibbli u mhux sostitwibbli, għandha tikkonsidra l-fatturi elenkati fil-paragrafu 1 u, partikolarment, il-limitazzjonijiet imposti fuq kull Stat Membru mill-possibiltajiet reali ta' sostituzzjoni fil-ġenerazzjoni ta' l-elettriku u, kif xieraq, setturi oħra ta' l-industrija inklużi awto-produċenti kif imwaqqfa skond l-artikolu 2.

3. Fejn, skond l-artikolu 1(2)(b) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill li l-mira biex jitnaqqas il-konsum għandu jeċċedi l-10 % u jiġi estiż għal forom oħra ta' enerġija, għandha tikkonsidra partikolarment il-fatturi elenkati fil-paragrafu 1 kif ukoll dan li ġej:

- is-siwazzjoni ġenerali tal-proviżjoni ta'l-enerġija,

- id-dewmien mistenni ta' diffikultajiet fil-proviżjoni ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi,

- kemm ittieħed diġà mill-ħażniet obbligatorji ta' zejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi fl-Istati Membri.

Artikolu 4

Fejn jiġi applikat l-Artikolu 1 ta' Deċizjoni Nru 77/706/KEE C l-Istati Membri jistgħu, minfolk irażżnu l-konsum, jieħdu minn dak is-sehem tal-ħażniet tagħhom ta' żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi li jeċċedi l-obbligi tagħhom skond id-Direttivi Directives 68/414/KEE u 72/425/KEE.

Artikolu 5

1. Il-kwantitajiet salvati u li għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri skond l-artikolu 1(3) ta' Deċiżjoni 77/706/KEE jiġu ikkalkulati billi jiġu applikat r-rati differenti ta' riduzzjoni fil-konsum tal-prodotti petroliferi għal kull Stat Membru kif provdut fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni msemmija.

2. Stat Membru li r-rata ta' tnaqqis fil-konsum tiegħu teċċedi l-medja tal-Komunità għandu jerġa' jalloka kwantità ekwivalenti għad-differenza bejn il-livell tal-konsum li seta' jżomm kieku ġie applikat livell uniformi ta' tnaqqis għall-Komunità kollha u l-konsum tiegħu imnaqqas skond l-artikolu 1(2) tad-Deċizjoni 77/706/KEE.

3. Stat Membru li r-rata ta' tnaqqis fil-konsum tiegħu huwa inqas mill-medja tal-Komunità huwa intitolat li jerġa' jalloka kwantità ekwivalenti għad-differenza bejn il-livell tal-konsum tiegħu imnaqqas skond l-artikolu 1(2) tad-Deċizjoni 77/706/KEE u l-livell ta' konsum li seta' jżomm kieku ġie applikat livell uniformi ta' tnaqqis għall-Komunità kollha u l-konsum tiegħu.

Artikolu 6

1. Spejjeż addizzjonali li setgħu saru fit-tqassim fost l-Istati Membri tal-kwantitajiet imġemmgħin permezz ta' l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(3) ta' Deċizjoni Nru 77/706/KEE għandhom jitħallsu mill-partijiet li jibbenefikaw minn tali tqassim. L-evalwazzjoni ta' dawn l-ispejjeż addizzjonali huma fil-kompetenza tal-partijiet involuti.

2. F'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar dawn l-ispejjeż addizzjonali, il-Kummissjoni tista' fuq talba ta' l-Istati Membri, tagħmel rakkomandazzjonijiet jew tagħti opinjonijiet lill l-Istati Membri konċernati.

Artikolu 7

1. Il-Kommissjoni tista' tikkonsulta lill-kumpaniji li jissupplixxu lill-Komunità biż-żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi biex tikseb informazzjoni ġenerali u, fejn hemm bżonn, assistenza teknika xierqa partikolarment biex tapplika l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE kif provdut mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 78/890/KEE.

2. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar id-drittijiet jew dmirjiet tagħhom ta' allokazzjoni skond l-artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa.

Artikolu 8

Għandha tinkiseb informazzjoni dwar konsum ta' l-enerġija mqassma skond il-prodotti u setturi ewlenin tal-konsum mir-risposti mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond ir- Regolament (KEE) Nru 1729/76.

Artikolu 9

1. Għandha tinkiseb informazzjoni dwar konsum normali ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi mir-risposti mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-artikolu 5 tad-Deċiżjoni 78/890/KEE.

2. Fejn hemm diffikultajiet fl-ammonti suppliti ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi, il-Kummissjoni tista' titlob li tiġi provduta din l-informazzjoni fil-forma ta' stimi skond proċedura li għandha tistabbilixxi fuq bażi tal-mudelli f'dan l-Anness.

3. Biex tinftiehem aħjar is-sitwazzjoni tal-proviżjoni, partikolarment b'rigward għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 77/706/KEE, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta l-grupp imwaqqaf skond id-Direttiva 73/238/KEE, tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu l-informazzjoni rikjesta fil-paragrafi 1 u 2 imqassma għal kull impriża.

Artikolu 10

1. Skond l-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom, sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi ta' mudell komuni mwaqqaf minnha, l-informazzjoni meħtieġa biex tistabbilixxi l-possibilitajiet ta' sostituzzjoni kif jeżistu fl-1 t' Ottubru ta' dik is-sena.

2. Meta jiġi applikat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 77/706/KEE, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tistabbilixxi l-possibilitajiet attwali ta' sostituzzjoni kif jeżistu f'dik id-data partikolari.

Artikolu 11

Fejn l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/706/KEE l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura li ttieħdet biex jitnaqqas il-konsum ta' prodotti petroliferi kif tiġi addottata.

Artikolu 12

Malli tirċievi l-informazzjoni miġbura skond l-Artikli 9, 10 u 11 il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Grupp stabbilit fl-Artikolu 3 ta' Direttiva 73/238/KEE b'taqsira.

Artikolu 13

L-informazzjoni provduta skond din id-Deċiżjoni hija kunfidenzjali. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tipprevjeni d-distribuzzoni ta'l-informazzjoni ġenerali jew taqsiriet li ma jkunux jinsabu fihom dettalji dwar impriżi individwali.

Artikolu 14

Fuq talba ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-grupp stabbilit mid-Direttiva 73/238/KEE, għandha teżamina problemi li jistgħu jinqalgħu mill-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni biex tagħmel l-emendi meħtieġa fuq it-test fuq bażi ta' esperjenza fl-imgħoddi jew fid-dawl ta' tibdil sinjifikanti fl-istruttura ta' provisti ta'l-enerġija, notevolment dwar power stations fi Stat Membru wieħed jew aktar.

Artikolu 15

Din id-Deciżjoni hi indirizzata lill l-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Ġunju 1979.

Għall-Kummissjoni

Guido Brunner

Membru tal-Kummisjoni

[1] ĠU L 292, tas-16.11.1977, p. 9.

[2] ĠU L 198, tat-23.7.1976, p. 1.

[3] ĠU L 311, ta’ l-4.11.1978, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

KWESTJONARU TA' KULL XAHAR DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-KOMUNITÀ TAL-PROVISTA TA' ŻEJT

I. NOTI TA' SPJEGAZZJONI

A. Unitajiet u fatturi ta' konverzjoni

(a) Unitajiet

Id-data kollha għandha tiġi espressa f’eluf ta’ tunnellati miġjuba għall-eqreb elf tunnellata.

(b) Prodotti petroliferi u "ekwivalenti għaż-żejt mhux maħdum"

Il-Prodotti kollha taż-żejt għandhom jiġu kkonvertiti fil-"ekwivalenti għaż-żejt mhux maħdum" tagħhom billi l-kwantitajiet espressi f’tunnellati jiġu multiplikati skond il-fattur tal-konverżjoni 1 7065.

(ċ) Konverżjoni ta' bramel f' tunnellati

Biex jinkisbu t-tunnellati, in-numru ta' bramel għandu jiġi diviż bil-fattur tal-konverżjoni li jikkorrispondi għad-densità attwali. Fejn il-konverżjoni ġiet bażata fuq bramel/jum, l-unitajiet miksuba jiġu multiplikati bin-numru ta' ġranet fix-xahar in kwistjoni.

(d) Konverżjoni tal-metri kubi (kilolitri) f'tunnellati

Biex jiġu konvertiti metri kubi f' tunnellati uża l-fatturi tal-konverżjoni li jikkorrespondu għad-densitajiet attwali.

B. Noti Ġeografiċi-

- Prodotti tal-Faroe Islands għandhom jiġu inklużi mal-prodotti tad-Danimarka,

- il-prodotti tas-Surinam u tad-Dutch Antilles m' għandhomx jiġu inklużi mal-prodotti ta' l-Olanda,

- il-Prodotti tal-Canary Islands għandhom jiġu inklużi mal-prodotti ta' Spanja,

- il-prodotti tal-fabbriki tal-irfinar tal-Karibew fit-Tabella III Ċ tinkludi importazzjonijiet mid- Dutch Antilles, il-Bahamas, Trinidad u Tobago.

II. DEFINIZZJONIJIET U NOTI TA' SPJEGAZZJONI DWAR IT-TABELLI VARJI

1. Produzzjoni nazzjonali ta' żejt mhux maħdum u kondensati tal-gass naturali (Tabella 1)

Agħti l-ammonti ta' żejt mhux maħdum u kondensati ta' gass naturali (i.e. likwide kollha separati mill-gass fl-impjanti tal-produzzjoni tall-kondensati tal-gass naturali [1] magħmula f' territorju nazzjonali inkluż il-Blata Kontinentali (offshore). Dawn l-ammonti għandhom jinkludu l-kondensati mneħħija mill-hydrocarbons fil-forma ta' gassijiet.

2. Importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta' żejt mhux maħdum, kondensati tal-gass naturali u feedstocks (li joriġinaw jew /esportati għal pajjiżi gewwa jew barra milll-Komunità) (Tabelli I, II u IV)

Importazzjonijiet u esportazzjonijiet għandhom jitqiesu bħallikieku ġew effettwati fid-data li fiha jaslu fiżikament, kemm jekk il-kunsinna ġiet mgħoddija mid-dwana jew le. Iżda, kwantitajiet f' transitu permezz ta' mezz fuq l-oċean jew li jaqsam territoru nazzjonali b'kull mod li jista' jintuża, (eż. pipelines) m' għandhomx jiġu inklużi (dan japplika wkoll għall-importazzjoni u esportazzjoni tal-prodotti petroliferi). Min-naħa l-oħra, l-importazzjonijiet għandom jinkludu żejt importat f'żoni rriservati fid-dwana għat-trattament u esportazzjoni mill-ġdid. Esportazzjonijiet mill-ġdid ta' żejt importat għall-proċessar fiż-żoni riservati għandu jiġi inkluż fil-figuri ta' l-esportazzjoni.

"Feedstocks" għandha titqies li tfisser Prodotti kollha jew ġabra ta' Prodotti minbarra taħlitiet, imnissla minn żejt mhux maħdum u maħsub għall-proċessar ulterjuri. Jiġi trasferit f'komponent wieħed jew aktar u/jew prodotti lesti.

3. Importazzjonijiet/Esportazzjonijiet ta' prodotti petroliferi (li joriġinaw fi/għall-esportazzjoni f' pajjżi ġewwa jew barra mill-Komunitá) (Tabellli I, III u V)

- Ara punt 2.

- Is-segwenti huma l-prodotti petroliferi interessati gass tal-żejt likwidifikat (GPL), naphthas, spirtu tal-muturi, karburanti tal-jets, kerosini, żejt tal-gass/diesel, lubrikanti u bitumen [2].

Bunkers marittimi m'għandhomx jidhru fit-Tabella I punt 5, imma jingħataw separatament taħt il-punt 9.

4. Livell ta' ħażniet (Tabella I)

Il-livell tal-ħażniet tfisser iż-żejt kollu maħżun ġewwa fil-fruntieri tal-pajjiż dikjarant minbarra żejt fil-pipelines, żejt miżmum mill-bejjiegħa u stazzjonijiet tal'mili, ħażniet miżmuma mill-konsumaturi finali u li mhux soġġetti għal superviżjoni amministrativa, u ħażniet miżmuma għall-konsum militari.

5. Varjazzjonijiet fil-ħażniet (Tabella I)

Dawn il-varjazzjonijiet jikkorrispondu għad-differenza bejn il-livell ta' ħażniet fil-bidu u fi tmiem ta' perijodu.

Il-varjazzjoni fil-ħażniet għax-xahar ta' qabel l-aħħar (Tabella I) hija d-differenza bejn l-informazzjoni finali magħrufa (xahar qabel l-aħħar) tal-komunikazzjoni preżenti u l-informazzjoni finali magħrufa (xahar qabel l-aħħar) tal-komunikazzjoni preċedenti.

KWISTJONARU TA' KULL XAHAR DWAR IS-SITWAZZJONI FIL-KOMUNITÀ TAL-PROVISTA TA' ŻEJT

TABELLA I

KONSUM TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM [3] U EKWIVALENTI [4]

Pajjiż:

Xahar Kurrenti:

(1000 tunnellata) |

| Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) |

Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skeda | Skedat |

1.Produzzjoni indiġena [5] | | | | | |

2.Importazzjoni ta' mhux maħdum [5] | | | | | |

3.Importazzjoni ta' prodotti petroliferi [6] | | | | | |

4.Esportazzjoni ta' mhux maħdum [5] | | | | | |

5.Esportazzjoni ta' prodotti petroliferi [6] | | | | | |

6.Livelli ta' ħażniet [7]li minnhom:(a)żejt mhux maħdum [5](b)prodotti petroliferi [6] | | | | | |

7.Tibdil fil-ħażniet [8]li minnhom:(a)żejt mhux maħdum [5](b)prodotti petroliferi [6] | | | | | |

8.Total [9] | | | | | |

9.Bunkers [10] [6] | | | | | |

TABELLA II

IMPORTAZZJONIJIET TA’ ŻEJT MHUX MAĦDUM [11]

Pajjiż:

Xahar Kurrenti:

(1 000 tunnellata) |

Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) |

Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat |

Abu Dhabi | | | | | |

Algeria | | | | | |

Ekwador | | | | | |

Indoneżja | | | | | |

Iran | | | | | |

Iraqq | | | | | |

Kuwajt | | | | | |

Libja | | | | | |

Niġerija | | | | | |

Katar | | | | | |

Arabja Sud | | | | | |

United Arab Emirates [12] | | | | | |

Venezwela | | | | | |

Norveġja | | | | | |

Renju Unit | | | | | |

USSR | | | | | |

Pajjiżi oħrajn ta'-Ewropa ta' l-Ilvant | | | | | |

Ċina | | | | | |

OĦrajn | | | | | |

Importazzjonijiet totali | | | | | |

TABELLA III

IMPORTAZZJONI TA' PRODOTTI PETROLIFERI [13]

Pajjiż:

Xahar Kurrenti:

(1 000 tunnellata) [14] |

Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) |

Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat |

Belġju | | | | | |

Danimarka | | | | | |

Ġermanja | | | | | |

Franza | | | | | |

Irlanda | | | | | |

Italja | | | | | |

Lussemburgu | | | | | |

Olanda | | | | | |

Renju Unit | | | | | |

Greċja | | | | | |

Spanja | | | | | |

Portugall | | | | | |

Norveġja | | | | | |

Svezja | | | | | |

USA | | | | | |

Bahrejn | | | | | |

Indoneżja | | | | | |

Iran | | | | | |

Kuwajt | | | | | |

Arabja Sud | | | | | |

Veneżwela | | | | | |

USSR | | | | | |

Pajjiżi oħrajn fl-Ewropa ta'l-Ilvant | | | | | |

OĦrajn | | | | | |

Total ta' importazzjonijiet | | | | | |

TABELLA IV

ESPORTAZZJONI TAŻ-ŻEJT MHUX MAĦDUM [15]

Pajjiż:

Xahar Kurrenti:

(1 000 tunnellata) |

Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) |

Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat |

Belġju | | | | | |

Danimarka | | | | | |

Ġermanja | | | | | |

Franza | | | | | |

Irlanda | | | | | |

Italja | | | | | |

Lussemburgu | | | | | |

Olanda | | | | | |

Renju Unit | | | | | |

Greċja | | | | | |

Spanja | | | | | |

Portugall | | | | | |

Awstrija | | | | | |

Svezja | | | | | |

Svizzera | | | | | |

USA | | | | | |

Pajjiżi oħrajn | | | | | |

Total ta' importazzjonijiet | | | | | |

TABELLA V

ESPORTAZZJONI TA' PRODOTTI PETROLIFERI [16]

Pajjiż:

Xahar Kurrenti:

(1 000 tunnellata) [17] |

Pajjiż minnfejn oriġina | Xahar qabel ta' l-aħħar (M-2) | Ix-xahar li għadda (M-1) | Ix-xahar kurrenti (M) | Ix-xahar li jmiss (M+1) | Ix-xahar wara dak li jmiss (M+2) |

Realizzazzjoni | Proviżorju | Stmat | Skedat | Skedat |

Belġju | | | | | |

Danimarka | | | | | |

Ġermanja | | | | | |

Franza | | | | | |

Irlanda | | | | | |

Italja | | | | | |

Lussemburgu | | | | | |

Olanda | | | | | |

Renju Unit | | | | | |

Greċja | | | | | |

Spanja | | | | | |

Portugall | | | | | |

Awstrija | | | | | |

Norveġja | | | | | |

Żvezja | | | | | |

Żvizzera | | | | | |

Turkija | | | | | |

USA | | | | | |

Pajjiżi oħrajn | | | | | |

Total ta' esportazzjonijiet [18] | | | | | |

[1] Ethane inkluż.

[2] Għad-definizzjonijiet ara s-supplement tal-Bulletin ta' kull Kwart tas-Sena dwar Statistiċi ta’l-Enerġija, 3/1976, ippubblikat mill-Uffiċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej.

[3] Inklużi likwidi ta' gass naturali u feedstocks

[4] Prodotti taż-żejt huma kkonvertiti f'ekwivalenti ta' żejt mhux irfinat bil-fattur1.065

[5] Inklużi likwidi ta' gass naturali u feedstocks

[6] Prodotti petroliferi huma kkonvertiti f'ekwivalenti ta' żejt mhux maħdum bil-fattur1.065

[7] Tmiem tax-xahar

[8] Differenza bejn il-livell tal-ħażniet fl-aħħar xahar u l-livell fl-aħħar tax-xahar li għadda

[9] 8 = 1+2+3-4-5-7

[10] Bunkers marini

[11] esklużi LGN u feedstocks

[12] Eskluż l-Abu Dhabi

[13] Prodotti petroliferi huma kkonvertiti f’:żejt mhux maħdum billi l-kwantitajiet f’tunnellati jiġu multiplikati b’ 1.065

[14] Prodotti petroliferi huma kkonvertiti f’:żejt mhux maħdum billi l-kwantitajiet f’tunnellati jiġu multiplikati b’ 1.065

[15] PInkluż LGN u gassijiet naturali

[16] Prodotti taż-żejt jiġu kkonvertiti f'żejt mhux irfinat billi l-kwantitajiet f'tunnellati jiġu multiplikati b' 1.065

[17] Prodotti taż-żejt jiġu kkonvertiti f'żejt mhux irfinat billi l-kwantitajiet f'tunnellati jiġu multiplikati b' 1.065

[18] Esklużi bunkers marini

--------------------------------------------------

Top