Ten dokument pochodzi ze strony internetowej EUR-Lex
Dokument 32011D0242
2011/242/EU: Commission Decision of 14 April 2011 on the members of the advisory group on the food chain and animal and plant health established by Decision 2004/613/EC
2011/242/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ April 2011 dwar il-membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti stabbilit mid-Deċiżjoni 2004/613/KE
2011/242/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ April 2011 dwar il-membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti stabbilit mid-Deċiżjoni 2004/613/KE
ĠU L 101, 15.4.2011, str. 126—128
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Już nie obowiązuje, Data zakończenia ważności: 13/07/2017; Revokat u sostitwit bi 32017D0715(01)
15.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/126 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ April 2011
dwar il-membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti stabbilit mid-Deċiżjoni 2004/613/KE
(2011/242/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE tas-6 ta’ Awwissu 2004 marbut mal-kreazzjoni ta’ grupp konsultattiv tal-katina alimentari u tas-saħħa tal-annimali u veġetali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
Ġie stabbilit grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti bid-Deċiżjoni 2004/613/KE b'effett mill-25 ta’ Awwissu 2004. Dan il-grupp huwa kkonsultat mill-Kummissjoni fuq il-programm ta’ ħidma tiegħu dwar is-sikurezza tal-ikel u l-għalf, it-tikkettjar u l-preżentazzjoni tal-ikel u l-għalf, in-nutrizzjoni tal-bniedem fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u s-saħħa tal-pjanti u wkoll dwar il-miżuri li l-Kummissjoni trid tieħu jew tipproponi li tieħu f'dawn l-oqsma. |
(2) |
Skont l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2004/613/KE, il-Kummissjoni għandha tagħżel entitajiet Ewropej rappreżentattivi li jissodisfaw bl-aktar mod effettiv il-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Deċiżjoni u li rreaġixxew għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess. |
(3) |
Oriġinarjament il-Kummissjoni għażlet 36 membru tal-grupp konsultattiv. Il-lista tal-membri oriġinali għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-2005 (2). |
(4) |
Il-Kummissjoni issa ddeċidiet li testendi s-sħubija tal-grupp konsultattiv, b'mod partikolari sabiex tinkludi ċerti setturi li mhumiex rappreżentati. Wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, ġew magħżula disa' entitajiet addizzjonali. |
(5) |
Il-membri kollha tal-grupp konsultattiv għandhom status ugwali. |
(6) |
Huwa xieraq li jiġu kkonfermati s-36 membru attwali tal-grupp konsultattiv, u, b'żieda ma’ dan, li jiġu maħtura d-disa' membri li għadhom kif intgħażlu. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni tikkonferma bħala membri tal-grupp konsultattiv dwar il-katina alimentari u s-saħħa tal-annimali u tal-pjanti l-entitajiet Ewropej elenkati fil-parti A tal-Anness, u, b'żieda ma’ dan, taħtar bħala membri tal-grupp konsultattiv l-entitajiet Ewropej elenkati fil-parti B tal-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 275, 25.8.2004, p. 17.
ANNESS
PARTI A
AIPCE-CEP |
Association des industries du poisson de l’Union européenne/Comité des organisations nationales des importateurs et exportateurs de poisson de l’Union européenne |
ANIMALS ANGELS |
Animal Welfare Association |
AVEC |
Association of Poultry Processors and Poultry Import and Export Trade in the European Union Countries |
BEUC (1) |
Bureau européen des unions de consommateurs |
CEFIC |
Conseil européen des fédérations de l’industrie chimique |
CELCAA |
Comité européen de liaison des commerces agroalimentaires |
CES/ETUC |
Confédération européenne des syndicats/European Trade Union Confederation |
CIAA |
Confédération des industries agroalimentaires de l’Union européenne |
CLITRAVI |
Centre de liaison des industries transformatrices de viandes de l’Union européenne |
COCERAL |
Comité du commerce des céréales, aliments du bétail, oléagineux, huile d’olive, huiles et graisses et agrofournitures de l’Union européenne |
COPA-Cogeca |
Comité des organisations professionnelles agricoles de l’Union européenne – Confédération générale des coopératives agricoles de l’Union européenne |
ECCA |
European Crop Care Association |
ECPA |
European Crop Protection Association |
ECSLA |
European Cold Storage and Logistics Association |
EDA |
European Dairy Association |
EFFAT |
European Federation of Food, Agriculture and Tourism Trade Unions |
EFPRA |
European Fat Processors and Renderers Association |
EMRA |
European Modern Restaurant Association |
ESA |
European Seed Association |
EUROCHAMBRES |
Association of European Chambers of Commerce and Industry |
EUROCOMMERCE |
European Representation of Retail, Wholesale and International Trade |
EUROCOOP |
European Community of Consumer Cooperatives |
EUROGROUP |
Eurogroup for Animal Welfare |
EUROPABIO |
European Association of Bioindustries |
FEDIAF |
Fédération européenne de l’industrie des aliments pour animaux familiers |
FEFAC |
Fédération européenne des fabricants d’aliments composés pour animaux |
FERCO |
Fédération européenne de la restauration collective concédée |
FESASS |
Fédération européenne pour la santé animale et la sécurité sanitaire |
FRESHFEL |
European Fresh Produce Association |
FVE |
Federation of Veterinarians of Europe |
HOTREC |
Confédération des associations nationales de l’hôtellerie, de la restauration, des cafés et établissements similaires de l’Union européenne et de l’Espace économique européen |
IFAH-EUROPE |
International Federation for Animal Health Europe |
IFOAM EU GROUP |
International Federation of Organic Agriculture Movements — European Union Regional Group |
UEAPME |
Union européenne de l’artisanat et des petites et moyennes entreprises |
UECBV |
Union européenne du commerce du bétail et de la viande |
UGAL |
Union des groupements de détaillants indépendants de l’Europe |
PARTI B
AESGP |
Association of the European Self-Medication Industry |
ECVC |
European Coordination Via Campesina |
EHPM |
European Federation of Associations of Health Product Manufacturers |
EUWEP |
European Union of Wholesale with Eggs, Egg Products and Poultry and Game |
FEFANA |
EU Association of Specialty Feed Ingredients and their Mixtures |
FoEE |
Friends of the Earth Europe |
PAN EUROPE |
Pesticide Action Network Europe |
PFP |
Primary Food Processors |
SLOW FOOD |
Slow Food Associazione Internazionale |
(1) 3 siġġijiet huma allokati lill-BEUC sabiex tiġi ffaċilitata r-rappreżentanza tal-konsumaturi Ewropej.