Jidħol fis-seħħ il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Kanada (CETA)
Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada (CETA) daħal fis-seħħ b’mod provviżorju fil-21 ta’ Settembru 2017.
Dan sar wara l-approvazzjoni mill-Istati Membri tal-UE, espressa fil-Kunsill, u aktar tard mill-Parlament Ewropew. Hu se jidħol fis-seħħ bis-sħiħ u b’mod definittiv biss meta l-Istati Membri tal-UE kollha jkunu rratifikaw il-Ftehim.