Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0911

    Kawża T-911/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO – Hesse (TESTA ROSSA)

    ĠU C 53, 20.2.2017, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 53/44


    Rikors ippreżentat fit-23 ta Diċembru 2016 – Wedl & Hofmann vs EUIPO – Hesse (TESTA ROSSA)

    (Kawża T-911/16)

    (2017/C 053/54)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wedl & Hofmann GmbH (Mils/Hall in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Raubal, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kurt Hesse (Nürnberg, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-elementi verbali “TESTA ROSSA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 070 519

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 68/2016-1

    Talbiet

    tannulla jew temenda d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet l-appell tar-rikorrent u ddikjarat ir-revoka tat-trade mark tar-rikorrenti għall-klassijiet 7, 11, 20, ta’ partijiet mill-klassijiet 21 u 25, tal-klassi 28, ta’ partijiet mill-klassi 30, u tal-klassijiet 34 u 38 kif ukoll sa fejn din ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-17 ta’ Novembru 2015 f’dak ir-rigward (madankollu, il-parti mid-deċiżjoni kkontestata li tilqa’ l-appell tar-rikorrent tibqa’ mhux ikkontestata mir-rikorrenti);

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95, moqri flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tiegħu.


    Top