This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0057
Case C-57/15: Request for a preliminary ruling from the Hof van beroep te Antwerpen (Belgium) lodged on 9 February 2015 — United Video Properties Inc. v Telenet NV
Kawża C-57/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fid-9 ta’ Frar 2015 – United Video Properties Inc. vs Telenet NV
Kawża C-57/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fid-9 ta’ Frar 2015 – United Video Properties Inc. vs Telenet NV
ĠU C 138, 27.4.2015, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fid-9 ta’ Frar 2015 – United Video Properties Inc. vs Telenet NV
(Kawża C-57/15)
(2015/C 138/46)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: United Video Properties Inc.
Konvenuta: Telenet NV
Domandi preliminari
1) |
Il-kunċetti ta’ “spejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli u proporzjonati” fl-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar [tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali] (1), jipprekludu l-leġiżlazzjoni Belġjana li tagħti lill-qorti l-possibbiltà li tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi ddefiniti partikolari għall-kawża u li tipprovdi sistema ta’ tariffi fissi varjati fir-rigward ta’ spejjeż għall-assistenza ta’ avukat? |
2) |
Il-kunċetti ta’ “spejjeż legali u spejjeż oħra raġonevoli u proporzjonati” fl-Artikolu 14 tad-Direttiva fuq l-infurzar [tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali], jipprekludu l-ġurisprudenza li tgħid li l-ispejjeż ta’ konsulenza teknika jistgħu jinġabru biss fil-każ ta’ nuqqas (kuntrattwali jew extra-kuntrattwali)? |
(1) Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, p. 45).