This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0041
Case C-41/15: Reference for a preliminary ruling from High Court of Ireland (Ireland) made on 2 February 2015 — Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited v Minister for Finance
Kawża C-41/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-2 ta’ Frar 2015 – Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited vs Minister for Finance
Kawża C-41/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-2 ta’ Frar 2015 – Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited vs Minister for Finance
ĠU C 138, 27.4.2015, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-2 ta’ Frar 2015 – Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited vs Minister for Finance
(Kawża C-41/15)
(2015/C 138/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gerard Dowling, Padraig McManus, Piotr Skoczylas, Scotchstone Capital Fund Limited
Konvenut: Minister for Finance
Domandi preliminari
1) |
It-Tieni Direttiva dwar il-kumpanniji (1) tipprekludi, f’kull ċirkustanza, inkluż fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, l-għoti ta’ ordni skont l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-2010 dwar l-istabilizzazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu, abbażi tal-opinjoni tal-Minister li tgħid li huwa neċessarju, meta tali ordni għandha l-effett li jiżdied il-kapital ta’ kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali, li jingħataw ishma ġodda mingħajr ma dawn jiġu offerti fuq bażi preferenzjali lill-azzjonisti eżistenti u mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali, li jitnaqqas il-valur nominali tal-ishma tal-kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali u, għal dan il-għan, li jiġu emendati l-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-kumpannija mingħajr il-kunsens tal-laqgħa ġenerali? |
2) |
L-ordni mogħtija mill-High Court skont l-Artikolu 9 tal-Liġi tal-2010 dwar l-istabilizzazzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu fir-rigward ta’ Irish Life and Permanent Group Holdings plc u ta’ Irish Life and Permanent plc kisret id-dritt tal-Unjoni? |
(1) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE, tat-13 ta’ Diċembru 1976, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 8.