Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0226

Kawża T-226/08: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat- 8 ta’ Lulju 2009 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Alaska — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/36


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska)

(Kawża T-226/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Alaska - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/65

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Schlarmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 1124/2004-4) fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH u Schwarzbräu GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Schwarzbräu GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


Top