Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0236

    Kawża C-236/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid- 29 ta’ Ġunju 2009 — Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier vs Conseil des ministres

    ĠU C 205, 29.8.2009, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fid-29 ta’ Ġunju 2009 — Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier vs Conseil des ministres

    (Kawża C-236/09)

    2009/C 205/47

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour constitutionnelle

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier

    Konvenut: Conseil des ministres

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (1) huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar speċifiku mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni ggarantit mill-istess dispożizzjoni?

    2)

    Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, huwa l-istess Artikolu 5(2) tad-Direttiva inkompattibbli wkoll mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jekk l-applikazzjoni tiegħu hija limitata biss għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja?


    (1)  ĠU L 373, p. 37.


    Top