This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document COM:2008:209:FIN
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signature, on behalf of the European Community and its Member States, of a Protocol to the Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other, on the free movement of persons regarding the participation, as contracting parties, of the Republic of Bulgaria and Romania pursuant to their accession to the European Union Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion, on behalf of the European Community and its Member States, of a Protocol to the Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other, on the free movement of Persons, regarding the participation, as contracting parties, of the Republic of Bulgaria and Romania, pursuant to their accession to the European Union
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2008/0209 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 22.4.2008 KUMM(2008) 209 finali 2008/0080 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. Il-Ftehim jeħtieġ li jiġi emendat biex jippermetti l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija bħala Partijiet Kontraenti. Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Mejju 2006, negozjati dwar Protokoll inżammu mal-Konfederazzjoni Żvizzera għall-adattament tal-Ftehim. In-negozjati ġew konklużi fid-29 ta’ Jannar 2008, u abbozz ta’ Protokoll ġie inizjalat fid-29 ta’ Frar 2008. L-abbozz tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim jipprevedi perjodi ta’ tranżizzjoni speċjali għal ħaddiema impjegati, u fornituri ta’ servizzi f’ċerti setturi, li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Dawn il-perjodi ta’ tranżizzjoni jintemmu mhux aktar tard minn għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll. Barra dan, l-abbozz tal-Protokoll jintroduċi adattamenti dwar l-akkwist ta’ propjetà immobbli, kif ukoll adattamenti tekniċi, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Anness II (Koordinazzjoni ta’ Skemi tas-Sigurtà Soċjali). L-adattamenti neċessarji għall-Anness II dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt tal-Ftehim. Il-bażi ġuridika tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill proposti hija l-istess bħal dik użata għall-Ftehim oriġinali. Dwar ir-ratifika mill-Istati Membri, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, għandha tippreżenta lill-Kunsill abbozz tal-Protokoll biex jiġi ffirmat u konkluż. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1], Billi: (1) Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Mejju 2006, in-negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera għal Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea, ġew konklużi. (2) Skond l-Artikolu 6(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, abbozz tal-Protokoll ġie preżentat mill-Kummissjoni lill-Kunsill. (3) Huwa xieraq li l-abbozz tal-Protokoll, li ġie inizjalat fid-29 ta’ Frar 2008, jiġi ffirmat. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll jinsab anness ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President 2008/0080 (AVC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2], Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[3] Billi: (1) Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Mejju 2006, in-negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera għal Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ Persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea, ġew konklużi. (2) Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill …./…./KE ta’ ……2008, u sakemm jiġi konkluż b’mod finali aktar tard, dan il-Protokoll ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi ….2008. (3) Il-Protokoll għandu jiġi konkluż. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ Persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jittrażmetti n-notifka ta’ l-approvazzjoni taħt it-termini stipulati fl-Artikolu 6 tal-Protokoll. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Abbozz PROTOKOLL MAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITà EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGħHA, MIN-NAħA L-WAħDA, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni RIGWARD il-parteċipazzjoni BħALA PARTIJIET KONTRAENTI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U TAR-RUMANIJA wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea ABBOZZ PROTOKOLL MAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT ĦIELES TAL-PERSUNI RIGWARD IL-PARTEĊIPAZZJONI BĦALA PARTIJIET KONTRAENTI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U TAR-RUMANIJA WARA L-ADEŻJONI TAGĦHOM MA’ L-UNJONI EWROPEA IL-KOMUNITÀ EWROPEA, irrappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u IR-RENJU TAL-BELġJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ċEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANċIżA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA’ L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIżA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA’ L-ISVEZJA U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, minn hawn il quddiem "l-Istati Membri", irrappreżentati wkoll mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn il quddiem "l-Iżvizzera", min-naħa l-oħra, minn hawn il quddiem "il-Partijiet Kontraenti", WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni (minn hawn il-quddiem "il-Ftehim"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002; WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll tas-26 ta’ Ottubru 2004 mal-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja. ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem "il-Protokoll ta’ l-2004"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006; WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (minn issa il quddiem "l-Istati Membri l-ġodda") ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007; BILLI l-Istati Membri l-ġodda ser isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim; WARA LI KKUNSIDRAW li l-Att ta’ l-Adeżjoni jagħti lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea il-poter li jikkonkludi f’isem l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea protokoll dwar l-adeżjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda għall-Ftehim; FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. L-Istati Membri l-ġodda b’dan isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim. 2. Mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom jorbtu lill-Istati Membri l-ġodda bħalma jorbtu lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll. Artikolu 2 Fit-test prinċipali tal-Ftehim u fl-Anness I tiegħu għandhom isiru l-adattamenti li ġejjin: a) Il-lista tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim għandha tinbidel b’dan li ġej: ‘IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA’ L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA, iR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAħA L-WAħDA, U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, MIN-NAħA L-OħRA,’ b) Fl-Artikolu 10 tal-Ftehim, il-paragrafi li ġejjin 1b, 2b, 3b, 4c u 5b għandhom jiżdiedu fl-aħħar tal-paragrafi korrispondenti 1a, 2a, 3a, 4b u 5a rispettivament: ‘1b. L-Iżvizzera tista’ żżomm, sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, limiti kwantitattivi fir-rigward ta’ aċċess minn ħaddiema impjegati fl-Iżvizzera u għal persuni li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għaż-żewġ kategoriji ta’ residenza li ġejjin: residenza għal perjodu ta’ aktar minn erba’ xhur u inqas minn sena u residenza għal perjodu ugwali għal, jew aktar minn, sena. M’għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni kwantitattiva fuq residenza għal inqas minn erba’ xhur. Qabel it-tmiem tal-perjodu tranżitorju imsemmi hawn fuq, il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-funzjonament tal-perjodu tranżitorju applikat lil ċittadini ta’ l-Istati Membri l-ġodda fuq il-bażi ta’ rapport mill-Iżvizzera. Hekk kif ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu imsemmi hawn fuq, l-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Kumitat Konġunt jekk hijiex se tkompli tapplika l-limiti kwantitattivi lil ħaddiema impjegati fl-Iżvizzera. L-Iżvizzera tista’ tkompli tapplika dawn il-miżuri sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. Fin-nuqqas ta’ din in-notifika, il-perjodu tranżitorju għandu jiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta’ sentejn speċifikat fl-ewwel subparagrafu. Fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju definit f’dan il-paragrafu, il-limiti kwantitattivi kollha applikabbli għaċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandhom jiġu aboliti. Dawn l-Istati Membri għandhom id-dritt li jintroduċu l-istess limitazzjonijiet kwantitattivi għal ċittadini Żvizzeri għall-istess perjodi.’ ‘2b. L-Iżvizzera u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jżommu, sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għal ħaddiema ta’ waħda minn dawn il-Partijiet Kontraenti impjegati fit-territorju tagħhom il-kontrolli fuq il-prijorità ta’ ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari u s-salarju u l-kondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għal ċittadini tal-Parti Kontraenti l-oħra ikkonċernata. L-istess kontrolli jistgħu jinżammu għal persuni li jipprovdu servizzi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan il-Ftehim, fl-erba’ setturi li ġejjin: Attivitajiet ta' servizzi ortikulturali; Kostruzzjoni, inklużi fergħat relatati; Attivitajiet ta' sigurtà; Tindif industrijali (Kodiċi NACE[4] 01.41; 45.1 sa 4; 74.60; 74.70 rispettivament). L-Iżvizzera għandha, matul il-perjodi tranżitorju imsemmija f’paragrafi 1b, 2b, 3b u 4c, tagħti preferenza lil ħaddiema li huma ċittadini ta’ l-Istati Membri l-ġodda fuq ħaddiema ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE u pajjiżi li mhumiex fl-EFTA rigward aċċess għas-suq tax-xogħol tagħha. Il-kontrolli fuq il-prijorità ta’ ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari m’għandhomx japplikaw għall-provvedituri tas-servizzi liberalizzati minn ftehim speċifiku bejn il-Partijiet Kontraenti dwar il-provvista ta’ servizzi (inkluż il-Ftehim dwar ċerti aspetti ta' akkwist tal-gvern safejn ikopri l-provvista ta’ servizzi). Għall-istess perjodu, ir-rekwiżiti tal-kwalifiki jistgħu jinżammu għal permessi tar-residenza ta’ inqas minn erba’ xhur[5] u għal persuni li jipprovdu servizzi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan il-Ftehim, fl-erba’ setturi imsemmija hawn fuq. Fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, il-Kumitat Konġunt għandu jirrevedi l-funzjonament tal-miżuri tranżitorji li jinsabu f’dan il-paragrafu fuq il-bażi ta’ rapport imħejji minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti li qed timplimentahom. Hekk kif ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel, il-Parti Kontraenti li tkun implimentat il-miżuri tranżitorji li jinsabu f’dan il-paragrafu, u li tkun innotifikat lill-Kumitat Konġunt bl-intenzjoni tagħha li tkompli tapplika dawn il-miżuri tranżitorji, tista’ tkompli tagħmel dan sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. Fin-nuqqas ta’ din in-notifika, il-perjodu tranżitorju se jiskadi fl-aħħar tal-perjodu ta’ sentejn speċifikat fl-ewwel subparagrafu. Fl-aħħar tal-perjodu tranżitorju definit f’dan il-paragrafu, ir-restrizzjonijiet kollha imsemmija hawn fuq f’dan il-paragrafu għandhom jiġu aboliti.’ ‘3b. Mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u sa tmiem il-perjodu deskritt fil-paragrafu 1b, l-Iżvizzera għandha tirriserva fuq bażi annwali ( pro rata temporis ), fil-kwota ġenerali tagħha għall-pajjiżi terzi, għal ħaddiema impjegati fl-Iżvizzera u għal persuni li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri l-ġodda numru minimu ta’ permessi tar-residenzi ġodda[6] skond l-iskeda li ġejja: Sa | Numru ta’ permessi għal perjodu ugwali għal jew aktar minn sena | Numru ta’ permessi għal perjodu ta’ aktar minn erba’ xhur u inqas minn sena | L-ewwel sena | 362 | 3620 | It-tieni sena | 523 | 4 987 | It-tielet sena | 684 | 6 355 | Ir-raba’ sena | 885 | 7 722 | Il-ħames sena | 1 046 | 9 090’ | ‘4c. Fl-aħħar tal-perjodu deskritt f’paragrafu 1b u f’dan il-paragrafu u sa għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10(4) ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw għal ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri l-ġodda. F'każ ta' disturbi serji tas-suq tax-xogħol tagħha jew ta' theddida tagħhom, l-Iżvizzera u kull wieħed mill-Istati Membri l-ġodda li jkun implimenta l-miżuri tranżitorji għandhom jinnotifikaw dawn iċ-ċirkostanzi lill-Kumitat Konġunt qabel it-tmiem tal-perjodu tranżitorju ta’ ħames snin speċifikat fil-paragrafu 2b, is-subparagrafu 2. F’dan il-każ, il-pajjiż li qed jinnotifika jista’ jkompli japplika għall-ħaddiema impjegati fit-territorju tiegħu stess il-miżuri deskritti fil-paragrafi 1b, 2b u 3b sa seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel. F’dan il-każ, in-numru annwali ta’ permessi tar-residenza imsemmija fil-paragrafu 1b għandu jkun: Sa | Numru ta’ permessi għal perjodu ugwali għal jew aktar minn sena | Numru ta’ permessi għal perjodu ta’ aktar minn erba’ xhur u inqas minn sena | Is-sitt sena | 1 126 | 10 457 | Is-seba’ sena | 1 207 | 11 664’ | ‘5b. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-paragrafi 1b, 2b, 3b u 4c, u b’mod partikolari dawk tal-paragrafu 2b dwar il-prijorità ta’ ħaddiema integrati fis-suq tax-xogħol regolari u l-kontrolli fuq is-salarju u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, m’għandhomx japplikaw għal persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom li, fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ma’ dan il-Ftehim rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, huma awtorizzati li jsegwu attività ekonomika fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti. Dawn il-persuni, b’mod partikolari, għandhom igawdu mobilità okkupazzjonali u ġeografika. Id-detenturi ta’ permessi tar-residenza validi għal inqas minn sena għandu jkollhom id-dritt li jġeddu l-permessi tagħhom; l-eżawriment ta’ limiti kwantitattivi ma jistax ikun invokat kontrihom. Id-detenturi ta’ permessi tar-residenza validi għal perjodu ugwali għal, jew iktar minn, sena għandu awtomatikament ikollhom id-dritt li l-permessi tagħhom jiġu estiżi. Dawn il-persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom għandhom għalhekk igawdu d-drittijiet għal moviment ħieles mogħtija lil persuni stabbiliti fid-dispożizzjonijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu, mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll imsemmi qabel.’ c) Fl-Artikolu 27(2) ta’ l-Anness I għall-Ftehim, ir-referenza għall-‘Artikolu 10(2, 2a, 4a u 4b)’ għandha tinbidel bir-referenza għall-‘Artikolu 10(2, 2a, 2b, 4a, 4b u 4c)’. Artikolu 3 B’deroga mill-Artikolu 25 ta’ l-Anness I għall-Ftehim, il-perjodi tranżitorji ta’ l-Anness I ma’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw. Artikolu 4 1. L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat skond l-Anness 2 ma’ dan il-Protokoll. 2. L-Anness III għall-Ftehim għandu jiġi adattat mid-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilita mill-Artikolu 14 tal-Ftehim. Artikolu 5 1. L-Annessi 1 u 2 għal dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu. 2. Dan il-Protokoll, flimkien mal-Protokoll ta’ l-2004, għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim. Artikolu 6 1. Dan il-Protokoll għandu jkun ratifikat jew approvat mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, f’isem l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, u mill-Iżvizzera skond il-proċeduri tagħhom. 2. Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq ta’ dawn il-proċeduri. Artikolu 7 Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data ta’ l-aħħar notifika ta’ approvazzjoni. Artikolu 8 Dan il-Protokoll għandu jibqa’ fis-seħħ għall-istess tul ta’ żmien u skond l-istess arranġamenti bħall-Ftehim. Artikolu 9 1. Dan il-Protokoll, kif ukoll id-Dikjarrazzjonijiet mehmuża miegħu, għandu jiġi mfassal f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, u kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku. 2. Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru u bir-Rumen tal-Ftehim, inkluż l-Annessi u l-Protokolli kollha u l-Att Finali għandhom ikunu ugwalment awtentiċi. Il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 14 tal-Ftehim għandu japprova t-testi awtentiċi tal-Ftehim fil-lingwi l-ġodda. Magħmul fi … fil-jum … ta’ ….fis-sena elfejn u tmienja. Għall-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea Għall-Konfederazzjoni Żvizzera ANNESS 1 Miżuri Tranżitorji dwar ix-Xiri ta’ Art u Residenzi Sekondarji 1. Ir-Repubblika tal-Bulgarija Ir-Repubblika tal-Bulgarija tista’ żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ art għal residenzi sekondarji minn ċittadini Żviżżeri li mhumiex residenti fil-Bulgarija u minn persuni ġuridiċi kostitwiti skond il-liġijiet ta’ l-Iżvizzera. Ċittadini Żvizzeri li huma legalment residenti fil-Bulgarija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tal-Bulgarija. Ir-Repubblika tal-Bulgarija tista' żżomm fis-seħħ għal seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta' art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini Żvizzeri u minn persuni ġuridiċi kostitwiti skond il-liġijiet ta’ l-Iżvizzera. Fl-ebda każ ma jista' ċittadin Żvizzeru jiġi trattat b'mod inqas favorevoli fir-rigward ta' l-akkwist ta' art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data ta' l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll jew jiġi trattat b'mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta' pajjiż terz. Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini Żvizzeri u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Bulgarija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija. Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta' dawn il-miżuri tranżitorji fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perjodu tranżitorju indikat fl-ewwel subparagrafu. 2. Ir-Rumanija Ir-Rumanija tista’ żżomm fis-seħħ għal ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta’ propjetà immobbli għal residenzi sekondarji minn ċittadini Żviżżeri li mhumiex residenti fir-Rumanija u minn kumpaniji kostitwiti skond il-liġijiet ta’ l-Iżvizzera u li la huma stabbiliti u lanqas għandhom fergħa jew aġenzija rappreżentattiva fit-territorju tar-Rumanija. Ċittadini Żvizzeri li huma legalment residenti fir-Rumanija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe regola u proċedura barra minn dawk li għalihom huma soġġetti ċ-ċittadini tar-Rumanija. Ir-Rumanija tista' żżomm fis-seħħ għal seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-liġi attwali tagħha, eżistenti fil-mument ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll, dwar l-akkwist ta' art agrikola, foresti jew art imsaġġra minn ċittadini Żvizzeri u minn kumpaniji kostitwiti skond il-liġijiet ta’ l-Iżvizzera li la huma stabbiliti u lanqas huma reġistrati fir-Rumanija. Fl-ebda każ ma jista' ċittadin Żvizzeru jiġi trattat b'mod inqas favorevoli fir-rigward ta' l-akkwist ta' art agrikola, foresti u art imsaġġra milli fid-data ta' l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll jew jiġi trattat b'mod iżjed restrittiv minn kif jiġi trattat ċittadin ta' pajjiż terz. Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini Żvizzeri u li jixtiequ li jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu legalment fir-Rumanija m’għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti jew għal kwalunkwe proċeduri li mhumiex soġġetti għalihom ċittadini tar-Rumanija. Għandha ssir reviżjoni ġenerali ta' dawn il-miżuri tranżitorji fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perjodu tranżitorju indikat fl-ewwel subparagrafu. ANNESS 2 L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta’ persuni huwa b’dan emendat kif ġej: 1. Taħt l-intestatura ‘Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ir-Regolament għandu jiġi adattat kif ġej:’, punt 1 ta’ Taqsima A ta’ l-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: (a) taħt (i), dwar l-Anness III, Parti A, għandu jiżdied dan li ġej wara l-aħħar frażi ‘Is-Slovakkja — l-Iżvizzera’: ‘Il-Bulgarija — l-Iżvizzera Xejn. Ir-Rumanija — l-Iżvizzera L-ebda konvenzjoni.’ (b) taħt (j), dwar l-Anness III, Parti B, għandu jiżdied dan li ġej wara l-aħħar frażi ‘Is-Slovakkja — l-Iżvizzera’: ‘Il-Bulgarija — l-Iżvizzera Xejn. Ir-Rumanija — l-Iżvizzera L-ebda konvenzjoni.’ 2. Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu ‘Taqsima A: Atti li għalihom hemm referenza’ taħt punt 1. ‘Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71’ wara ‘304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 …’: ‘Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni— Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles ta’ l-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim.’ 3. Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu ‘Taqsima A: Atti li għalihom hemm referenza’ taħt punt 2. ‘Ir-Regolament (KEE) Nru 574/72’ wara ‘304 R 631: Ir-Regolament (KE) Nru 631/2004 …’: ‘Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni — Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 ta’ l- 20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles ta’ l-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim.’ 4. Dan li ġej għandu jiddaħħal taħt it-Titolu ‘Taqsima B: Atti li l-Partijiet Kontraenti għandhom jagħtu każ tajjeb tagħhom’ taħt il-punti ‘4.18. 383 D 0117: Id-Deċiżjoni Nru 117 …’, ‘4.27. 388 D 64: Id-Deċiżjoni Nru 136 …’, ‘4.37. 393 D 825: Id-Deċiżjoni Nru 150 …’, wara ‘12003 TN 02/02 A: L-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, …’, u taħt il-punt ‘4.77: Id-Deċiżjoni Nru 192 …’: ‘Taqsima 2 (Moviment Ħieles ta’ Persuni — Sigurtà Soċjali) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 li jadatta ċerti Regolamenti u Deċiżjonijiet adottati fil-qasam tal-moviment ħieles ta’ l-oġġetti, il-moviment ħieles tal-persuni, il-liġi dwar il-kumpaniji, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura (inkluż il-leġiżlazzjoni veterinarja u fitosanitarja), il-politika tat-trasport, it-tassazzjoni, l-istatistika, l-enerġija, l-ambjent, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, safejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkonċernaw atti Komunitarji imsemmija fl-Anness II għal dan il-Ftehim.’ 5. Għal ħaddiema li huma ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, l-arranġamenti li jinsabu fil-paragrafu 1 tat-taqsima Assigurazzjoni għall-Qgħad tal-Protokoll għall-Anness II għandhom japplikaw sa l-aħħar tas-seba’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA dwar l-Adattament ta’ l-Anness III għall-Ftehim Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Ftehim, l-Anness III tiegħu għandu jiġi adattat kemm jista’ jkun malajr sabiex jintegra, fost ħwejjeġ oħra, id-Direttiva 2005/36/KE kif emendata mid-Direttiva 2006/100/KE u entrati Żvizzeri ġodda. DIKJARAZZJONI mill-Iżvizzera dwar Miżuri Awtonomi mid-Data ta’ l-Iffirmar L-Iżvizzera se tipprovdi aċċess proviżorju għas-suq tax-xogħol tagħha għal ċittadini ta’ l-Istati Membri l-ġodda, ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ l-arranġamenti tranżitorji li jinsabu f’dan il-Protokoll. Għal dan il-għan, l-Iżvizzera se tiftaħ kwoti speċifiċi għal permessi ta’ xogħol fit-terminu qasir kif ukoll fit-terminu t-twil, kif definit fl-Artikolu 10(1) tal-Ftehim, favur iċ-ċittadini mill-Istati Membri l-ġodda, mid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll. Il-kwoti se jkunu 282 permess fit-terminu t-twil u 1 006 permess fit-terminu l-qasir kull sena. Barra minn hekk, 2 011 ħaddiem fit-terminu l-qasir kull sena jiddaħħal għal żjara ta’ inqas minn 4 xhur. [1] ĠU C , , p. . [2] OJ C , , p. . [3] PE opinjoni [4] NACE: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Settembru 2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [5] Ħaddiema jistgħu japplikaw għal permessi tar-residenza fit-terminu qasir skond il-kwoti msemmija fis-subparagrafu 3b anke għal perjodu ta’ inqas minn erba’ xhur. [6] Dawn il-permessi se jingħataw flimkien mal-kwota imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim li hija riservata għal persuni impjegati u li jaħdmu għal rashom li huma ċittadini ta’ l-Istati Membri fil-mument ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim (21 ta’ Ġunju 1999) u ta’ l-Istati Membri li saru Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll ta’ l-2004. Dawn il-permessi huma addizzjonali ma’ permessi mogħtija permezz ta’ ftehimiet bilaterali għall-iskambju ta’ apprentisti bejn l-Iżvizzera u l-Istati Membri l-ġodda.