EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/048/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 48, 18.2.2012, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 48/09

1.

Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Forfarmers Group B.V (“Forfarmers”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju Hendrix (“Hendrix”), attwalment proprjetà ta’ Nutreco Nederland B.V, permezz tax-xiri tal-ishma u tal-assi. Dan in-negozju jħaddan (i) il-kapital azzjonarju maħruġ f’Hendrix UTD B.V (il-Pajjiżi l-Baxxi), Hedimix B.V (il-Pajjiżi l-Baxxi), Hendrix UTD GmbH (il-Ġermanja) u Hendrix Illesch GmbH (il-Ġermanja) u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, (ii) l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ Nutreco Feed Belgium N.V. (il-Belġju) u Hendrix N.V. (il-Belġju) u (iii) ċerti drittijiet ta’ proprjetà intelletwali.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Forfarmers: tipproduċi u tissupplixi għalf kompost, sriedaq għat-tnissil u prodotti agrikoli oħra. Hija wkoll attiva fil-forniment ta’ materja prima u tipprovdi servizzi varji tal-agrikoltura,

għal Hendrix: hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-għalf kompost u s-sriedaq għat-tnissil. Tipprovdi wkoll servizzi varji tal-agrikoltura.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top