EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0398

Kawża T-398/20: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2020 – Riviera-Airport vs EUIPO – Aéroports de la Côte d’Azur (RIVIERA AIRPORT)

OJ C 271, 17.8.2020, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/47


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2020 – Riviera-Airport vs EUIPO – Aéroports de la Côte d’Azur (RIVIERA AIRPORT)

(Kawża T-398/20)

(2020/C 271/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aeroporto di Villanova d’Albenga SpA (Riviera-Airport) (Villanova d’Albenga, l-Italja) (rappreżentant: G. Casucci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aéroports de la Côte d’Azur (Nice, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RIVIERA AIRPORT bil-kulur – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 392 731

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ April 2020 fil-Każ R 2174/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata sabiex:

l-appell tar-rikorrent jintlaqa’,

it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 20 824 C tar-rikorrent, intiża għall-annullament tat-trade mark kontenzjuża, tintlaqa’ fl-intier tagħha,

tikkundanna lill-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni,

sussidjarjament tibgħat il-kawża lura quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex tindirizza l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi invokati

Interpretazzjoni mhux konformi mal-ġurisprudenza xierqa dwar applikazzjoni mwettqa in mala fide;

Analiżi u evalwazzjoni żbaljati u parzjali tal-indizji rilevanti meħtieġa għall-evalwazzjoni globali u każ b’każ tal-applikazzjoni mwettqa in mala fide;

Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-indizji l-oħra rilevanti kollha u l-provi disponibbli tal-mala fide skont l-evalwazzjoni globali u każ b’każ meħtieġa tal-applikazzjoni mwettqa in mala fide;

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati, għall-kawża inkwistjoni, tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Nuqqas li l-Bord tal-Appell iwettaq analiżi korretta.


Top