EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0190

Kawża T-190/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Azarov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal-libertà ta’ intrapriża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C 200, 11.6.2018, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201805250451897242018/C 200/381902016TC20020180611MT01MTINFO_JUDICIAL20180426313221

Kawża T-190/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Azarov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal-libertà ta’ intrapriża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Top

C2002018MT3110120180426MT0038311322

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2018 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-190/16) ( 1 )

“(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Użu ħażin ta’ poter — Dritt għall-proprjetà — Dritt għal-libertà ta’ intrapriża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)”

2018/C 200/38Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 76), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2016, L 60, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mykola Yanovych Azarov huwa kkundannat għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 222, 20.6.2016.

Top