EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0285

Kawża C-285/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil- 11 ta’ Ġunju 2014 – Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne vs Brasserie Bouquet SA

OJ C 261, 11.8.2014, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-11 ta’ Ġunju 2014 – Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne vs Brasserie Bouquet SA

(Kawża C-285/14)

2014/C 261/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Directeur régional des douanes et droits indirects d’Auvergne

Konvenuta: Brasserie Bouquet SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni b’liċenzja tinftiehem esklużivament bħala produzzjoni b’liċenzja għall-użu ta’ privattiva jew ta’ trade mark jew jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni b’liċenzja tinftiehem bħala produzzjoni skont proċess ta’ manifattura li jappartjenti għal terz u li huwa awtorizzat minnu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 206.


Top