EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0050

Kawża C-50/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

ĠU C 100, 17.4.2010, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/24


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-50/10)

2010/C 100/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u C. Zadra, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, peress li ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ permessi skont l-Artikoli 6 u 8 jew, kif xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti kollha fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2008/1/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, joperaw skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10 u 13, l-Artikolu 14(a) u (b) u l-Artikolu 15(2) tal-istess direttiva, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 5(1) tad-direttiva jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti josservaw, permezz ta’ permessi skont l-Artikoli 6 u 8 jew, kif xieraq, billi jikkunsidraw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li sat-30 ta’ Ottubru 2007 l-installazzjonijiet eżistenti skont l-Artikolu 2(4) tal-istess direttiva joperaw skont ir-rekwiżiti tad-direttiva stess.

Madankollu, sa Jannar 2010, u b’mod partikolari sad-data li fih ġie ppreżentat dan ir-rikors, il-Gvern Taljan għadu ma wettaqx l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU L 24, p. 8


Top