EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0350

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/350 tal-25 ta’ Frar 2021 li jemenda għat-318-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2021/1427

OJ L 68, 26.2.2021, p. 182–183 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/350/oj

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/182


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/350

tal-25 ta’ Frar 2021

li jemenda għat-318-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fid-19 ta’ Frar 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ entrati mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Id-Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)  ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżika” jitħassru:

(1)

“Said Ben Abdelhakim Ben Omar Al-Cherif (kitba oriġinali: سعيد بن عبد الحكيم بن عمر الشريف) (psewdonimu affidabbli: (a) Cherif Said (Data tat-twelid: 25.1.1970; post tat-twelid: it-Tuneżija); (b) Binhamoda Hokri (Data tat-twelid: 25.1.1970; post tat-twelid: Sosa, it-Tuneżija); (c) Hcrif Ataf (Data tat-twelid: 25.1.1971; post tat-twelid: Solisse, it-Tuneżija); (d) Bin Homoda Chokri (Data tat-twelid: 25.1.1970; post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija); (e) Atef Cherif (Data tat-twelid: 12.12.1973; post tat-twelid: l-Alġerija); (f) Sherif Ataf (Data tat-twelid: 12.12.1973; post tat-twelid: Aras, l-Alġerija); (g) Ataf Cherif Said (Data tat-twelid: 12.12.1973; post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija); (h) Cherif Said (Data tat-twelid: 25.1.1970; post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija); (i) Cherif Said (Data tat-twelid: 12.12.1973; post tat-twelid: l-Alġerija); psewdonimu mhux affidabbli: (a) Djallal; (b) Youcef; (c) Abou Salman; (d) Said Tmimi). Data tat-twelid: 25.1.1970. Post tat-twelid: Manzil Tmim, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-Passaport M307968 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-8.9.2001, skada fis-7.9.2006). Indirizz: Corso Lodi 59, Milan, Italy. Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Radhiyah Makki; (b) Deporat mill-Italja lejn it-Tuneżija fis-27.11.2013. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 12.11.2003.”

(2)

“Emrah Erdogan (psewdonimu (a) Imraan Al-Kurdy, (b) Imraan, (c) Imran, (d) Imran ibn Hassan, (e) Salahaddin El Kurdy, (f) Salahaddin Al Kudy, (g) Salahaddin Al-Kurdy, (h) Salah Aldin, (i) Sulaiman, (j) Ismatollah, (k) Ismatullah, (l) Ismatullah Al Kurdy). Data tat-twelid: 2.2.1988. Post tat-twelid: Karliova, it-Turkija. Indirizz: Il-ħabs ta’ Werl, il-Ġermanja (minn Mejju 2015). Nazzjonalità: Ġermaniża. Nru tal-Passaport BPA C700RKL8R4 (identifikazzjoni nazzjonali Ġermaniża maħruġa fit-18 ta’ Frar 2010, skada fis-17 ta’ Frar 2016). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: għajnejn kannella, xagħar kannella, mibni: B’saħħtu, piż: 92 kg, tul: 176 cm, għazza fuq id-dahar fuq il-lemin. (b) Isem l-omm: Emine Erdogan. (c) Isem il-missier: Sait Erdogan.”


Top