Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2015G0002

    Deċiżjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA Nru 2/2015/SC tal-24 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi Kumitat Interim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021 [2015/2024]

    ĠU L 295, 12.11.2015, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2024/oj

    12.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 295/63


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA

    Nru 2/2015/SC

    tal-24 ta' Settembru 2015

    li tistabbilixxi Kumitat Interim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021 [2015/2024]

    IL-KUMITAT PERMANENTI TAL-ISTATI TAL-EFTA,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala l-Ftehim ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġi konkluż li jistabbilixxi Mekkaniżmu Finanzjarju ġdid taż-ŻEE għall-perjodu 2014–2021,

    Wara li kkunsidra l-ftehim li għandu jiġi konkluż bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea biex ikun stabbilit Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja għall-perjodu 2014–2021,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   Kumitat Interim għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Interim, li għandu jibda' jopera mill-aktar fis, huwa b'dan stabbilit.

    2.   Il-Kumitat Interim għandu jassisti lill-Istati tal-EFTA fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-2014–2021.

    3.   Il-Kumitat Interim għandu jirrapporta lill-Kumitat Permanenti.

    4.   Il-Kumitat Interim jista' jiġi assistit mill-Missjonijiet tal-Istati tal-EFTA u ż-ŻEE għall-UE.

    5.   Il-Kumitat Interim għandu, dakinhar tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew dakinhar tal-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021, jiġi ssostitwit minn Kumitat għall-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014–2021.

    6.   Il-Kumitat Interim għandu jiddiskuti u jivvaluta l-koordinazzjoni possibbli bejn il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u l-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.

    7.   Il-Kumitat Interim għandu bi qbil jagħżel President li għandu jkun ikkonfermat mill-Kumitat Permanenti.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni jkollha effett immedjat.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kumitat Permanenti

    L-Aġent President

    Ingrid SCHULERUD

    Is-Segretarju Ġenerali

    Kristinn F. ÁRNASON


    Top