Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2008C0717(03)

    Tħabbira min-Norveġja rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' l-idrokarburi — Avviż ta' l-istedina għall-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt Il-Blata Kontinentali Norveġiża — L-20 Ħruġ ta' Liċenzji

    ĠU C 180, 17.7.2008, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 180/19


    Tħabbira min-Norveġja rigward id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' l-idrokarburi

    Avviż ta' l-istedina għall-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt Il-Blata Kontinentali Norveġiża — L-20 Ħruġ ta' Liċenzji

    (2008/C 180/11)

    Il-Ministeru għaż-Żejt u l-Enerġija Norveġiż b'dan qed joħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt fuq il-Blata Kontinentali Norveġiża skond id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi, Artikolu 3(2)(a) .

    Applikazzjonijiet għal liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt għandhom jinbagħtu lil:

    Il-Ministeru għaż-Żejt u l-Enerġija

    Kaxxa Postali 8148 Dep,

    N-0033 Oslo

    sas-7 ta' Novembru 2008.

    L-għotja ta' liċenzji għall-produzzjoni taż-żejt fl-20 Ħruġ tal-Liċenzji għall-Blata Kontinentali Norveġiża hija ppjanata għar-Rebbiegħa ta' l-2009.

    Iktar informazzjoni, inklużi mapep dettaljati, tista' tinkiseb billi żżur www.npd.no/20runde jew billi tikkuntattja lill-Ministeru għaż-Żejt u l-l-Enerġija, tel. (47) 22 24 62 09.


    Top