Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/180/16

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5202 — Triton/Altor/Papyrus Group) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 180, 17.7.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 180/26


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5202 — Triton/Altor/Papyrus Group)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 180/16)

    1.

    Fit-8 ta' Lulju 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Triton Managers II Limited (“Triton”, Jersey) u Altor Fund II GP Limited (“Altor”, Jersey) jakkwistaw fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt ta' l-impriża Papyrus AB (“Papyrus”, l-Iżvezja) permezz ta' akkwist ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Triton: kumpanija ta' ekwità privata li tispeċjalizza f'kumpaniji f'pajjiżi ta' lingwa Ġermaniża u ta' l-Ewropa ta' Fuq,

    għal Altor: fond ta' ekwità privata li jispeċjalizza f'kumpaniji Nordiċi,

    għal Papyrus: kumpanija prinċipalment attiva fid-distribuzzjoni ta' karta u prodotti tal-karta fl-UE u fin-Norveġja, fost pajjiżi oħra.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.5202 — Triton/Altor/Papyrus Group, fl-indirizz li ġej:

    Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussell


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


    Top