EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0436

Kawża T-436/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2022 – Machková vs EUIPO – Aceites Almenara (ALMARA SOAP)

ĠU C 340, 5.9.2022, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/52


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2022 – Machková vs EUIPO – Aceites Almenara (ALMARA SOAP)

(Kawża T-436/22)

(2022/C 340/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Veronika Machková (Šestajovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Balcar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aceites Almenara, SL (Puebla de Almenara, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ALMARA SOAP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 198 833

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2022 fil-Każ R 1613/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiċħad id-deċiżjoni kkontestata għall-prodotti kkontestati kollha;

alternattivament, tibgħat il-każ lura lill-EUIPO għal evalwazzjoni ġdida;

tordna li l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 198 833 tiġi rreġistrata fir-Reġistru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lil Aceites Almenara, SL għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, iffissati għal EUR 620;

tikkundanna lil Aceites Almenara għall-ispejjeż tal-appell, iffissati għal EUR 720;

tikkundanna lil Aceites Almenara għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top