Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0383

    Kawża T-383/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2022 – Good Services vs EUIPO – ITV Studios Global Distribution (EL ROSCO)

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/47


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2022 – Good Services vs EUIPO – ITV Studios Global Distribution (EL ROSCO)

    (Kawża T-383/22)

    (2022/C 340/65)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Good Services ltd. (Sliema, Malta) (rappreżentant: L. Alonso Domingo, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ITV Studios Global Distribution Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva EL ROSCO – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 265 483

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2022 fil-Każ R 958/2021-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonferma r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 265 483 għall-prodotti u s-servizzi kollha li kienu s-suġġett tal-konċessjoni tagħha jew, sussidjarjament, il-każ jitressaq quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għal kunsiderazzjoni ulterjuri tal-każ wara l-indikazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali.

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċedimenti preċedenti quddiem l-EUIPO.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Ksur tal-ġurisprudenza li tinterpreta l-imsemmi artikolu u tal-kunċett ta’ mala fide, kif ukoll il-mument li fih din tal-aħħar għandha tiġi evalwata.


    Top