Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0343

    Kawża C-343/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Mejju 2022 – PT vs VB

    ĠU C 340, 5.9.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Mejju 2022 – PT vs VB

    (Kawża C-343/22)

    (2022/C 340/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Konvenut u appellant: PT

    Rikorrent u konvenut fl-appell: VB

    Domanda preliminari

    Il-punt 2 tal-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rikors promotur f’kawża bbażata fuq talba għal ħlas dovut, ippreżentat wara li qabel kien inħareġ ordni ta’ ħlas fl-Isvizzera u mingħajr ma ntalab l-annullament tal-oġġezzjoni mressqa kontra l-ordni ta’ ħlas, jikkostitwixxi d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti?


    (1)  ĠU 2009, L 147, p. 5, rettifika fil-ĠU 2009, L 147, p. 44.


    Top