Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0129

Kawża T-129/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – Colombani vs SEAE (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Persunal tas-SEAE – Pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Kanada – Pożizzjoni ta’ Direttur Medju-Orjent Afrika tat-Tramuntana – Ċaħda ta’ kandidatura”)

ĠU C 340, 5.9.2022, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2022 – Colombani vs SEAE

(Kawża T-129/21) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Persunal tas-SEAE - Pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Kanada - Pożizzjoni ta’ Direttur Medju-Orjent Afrika tat-Tramuntana - Ċaħda ta’ kandidatura”)

(2022/C 340/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marc Colombani (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2020 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ċaħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Direttur Medju-Orjent Afrika tat-Tramuntana (Avviż ta’ pożizzjoni vakanti 2020/48) u tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2020 li permezz tagħha s-SEAE ċaħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kanada (Avviż ta’ pożizzjoni vakanti 2020/134).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Marc Colombani huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


Top