Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62020CN0294

    Kawża C-294/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2020 – GE Auto Service Leasing GMBH vs Tribunal Económico Administrativo Central

    ĠU C 320, 28.9.2020г., стр. 10—10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 320/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2020 – GE Auto Service Leasing GMBH vs Tribunal Económico Administrativo Central

    (Kawża C-294/20)

    (2020/C 320/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Nacional

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: GE Auto Service Leasing GMBH

    Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Central

    Domandi preliminari

    1)

    Huwa ammess li persuna taxxabbli, li wara li tkun intalbet ripetutament mill-amministrazzjoni tat-taxxa biex tistabbilixxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dritt għal rimbors, ma twettaqx dak li huwa mitlub mingħajr ebda ġustifikazzjoni raġonevoli u li, wara li r-rimbors ma jkunx ingħatalha, tipposponi l-produzzjoni ta’ dokumenti sakemm jintlaħaq l-istadju ta’reviżjoni jew ta’ proċedura ġudizzjarja?

    2)

    Il-fatt li l-persuna taxxabbli ma tipprovdix l-informazzjoni neċessarja li tissustanzja d-dritt tagħha lill-amministrazzjoni tat-taxxa, meta kellha d-dritt tagħmel dan u meta kien meħtieġ minnha li tagħmel dan, u meta ma għamlitx dan mingħajr raġuni ġġustifikata, u meta għall-kuntrarju din l-informazzjoni tiġi pprovduta volontarjament iktar tard lill-organu ta’ reviżjoni jew lill-organu ġudizzjarju, jista’ jitqies bħala abbuż ta’ dritt?

    3)

    Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita, sew għaliex ma tkunx ipproduċiet fit-terminu u mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli l-informazzjoni rilevanti sabiex tistabbilixxi d-dritt tagħha għar-rimbors, jew inkella għaliex tkun aġixxiet b’mod abbużiv, titlef id-dritt tagħha għal rimbors ladarba jkun iddekorra t-terminu previst jew mogħti f’dan ir-rigward u l-amministrazzjoni tat-taxxa tkun tat deċiżjoni li tiċħad ir-rimbors?


    Нагоре