28.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 320/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2020 – GE Auto Service Leasing GMBH vs Tribunal Económico Administrativo Central
(Kawża C-294/20)
(2020/C 320/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Nacional
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GE Auto Service Leasing GMBH
Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Central
Domandi preliminari
1) |
Huwa ammess li persuna taxxabbli, li wara li tkun intalbet ripetutament mill-amministrazzjoni tat-taxxa biex tistabbilixxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dritt għal rimbors, ma twettaqx dak li huwa mitlub mingħajr ebda ġustifikazzjoni raġonevoli u li, wara li r-rimbors ma jkunx ingħatalha, tipposponi l-produzzjoni ta’ dokumenti sakemm jintlaħaq l-istadju ta’reviżjoni jew ta’ proċedura ġudizzjarja? |
2) |
Il-fatt li l-persuna taxxabbli ma tipprovdix l-informazzjoni neċessarja li tissustanzja d-dritt tagħha lill-amministrazzjoni tat-taxxa, meta kellha d-dritt tagħmel dan u meta kien meħtieġ minnha li tagħmel dan, u meta ma għamlitx dan mingħajr raġuni ġġustifikata, u meta għall-kuntrarju din l-informazzjoni tiġi pprovduta volontarjament iktar tard lill-organu ta’ reviżjoni jew lill-organu ġudizzjarju, jista’ jitqies bħala abbuż ta’ dritt? |
3) |
Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita, sew għaliex ma tkunx ipproduċiet fit-terminu u mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli l-informazzjoni rilevanti sabiex tistabbilixxi d-dritt tagħha għar-rimbors, jew inkella għaliex tkun aġixxiet b’mod abbużiv, titlef id-dritt tagħha għal rimbors ladarba jkun iddekorra t-terminu previst jew mogħti f’dan ir-rigward u l-amministrazzjoni tat-taxxa tkun tat deċiżjoni li tiċħad ir-rimbors? |