EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0500

Kawża C-500/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – ÖBB-Infrastruktur Aktiengesellschaft vs Lokomotion Gesellschaft für Schienentraktion mbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehimiet internazzjonali – Trasport bil-ferrovija – Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) – Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt għall-Użu ta’ Infrastruttura tat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (CUI) – Artikolu 4 – Dritt vinkolanti – Artikolu 8 – Responsabbiltà tal-amministratur – Artikolu 19 – Azzjonijiet oħra – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Ħsara lil lokomottivi tat-trasportatur wara li nqalbu – Kiri ta’ lokomottivi alternattivi – Obbligu għall-amministratur tal-infrastruttura li jirrimborsa l-ispejjeż tal-kiri – Kuntratt li jipprevedi l-estensjoni tar-responsabbiltà tal-partijiet permezz ta’ riferiment għad-dritt nazzjonali)

ĠU C 340, 5.9.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – ÖBB-Infrastruktur Aktiengesellschaft vs Lokomotion Gesellschaft für Schienentraktion mbH

(Kawża C-500/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehimiet internazzjonali - Trasport bil-ferrovija - Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) - Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt għall-Użu ta’ Infrastruttura tat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (CUI) - Artikolu 4 - Dritt vinkolanti - Artikolu 8 - Responsabbiltà tal-amministratur - Artikolu 19 - Azzjonijiet oħra - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ħsara lil lokomottivi tat-trasportatur wara li nqalbu - Kiri ta’ lokomottivi alternattivi - Obbligu għall-amministratur tal-infrastruttura li jirrimborsa l-ispejjeż tal-kiri - Kuntratt li jipprevedi l-estensjoni tar-responsabbiltà tal-partijiet permezz ta’ riferiment għad-dritt nazzjonali)

(2022/C 340/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ÖBB-Infrastruktur Aktiengesellschaft

Konvenut: Lokomotion Gesellschaft für Schienentraktion mbH

Dispożittiv

1)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, adita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 267 TFUE, għandha ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta l-Artikolu 4, l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 19(1) tal-Appendiċi E tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980 kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnjus tat-3 ta’ Ġunju 1999, intitolat “Regoli Uniformi dwar il Kuntratt għall-Użu ta’ Infrastruttura tat-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (CUI)”.

2)

L-Artikolu 8(1)(b) tal-Appendiċi E, tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980 kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnjus tat-3 ta’ Ġunju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-responsabbiltà tal-amministratur tal-infrastruttura fir-rigward tad-danni materjali ma tkoprix l-ispejjeż sostnuti mill-impriża ferrovjarja għall-kiri ta’ lokomottivi alternattivi matul il-perijodu ta’ tiswija tal-lokomottivi li ġarbu ħsara.

3)

L-Artikolu 4 u l-Artikolu 19(1) tal-Appendiċi E, tal-Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija tad-9 ta’ Mejju 1980 kif emendata bil-Protokoll ta’ Vilnjus tat-3 ta’ Ġunju 1999, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-partijiet għall-kuntratt jistgħu jestendu r-responsabbiltà tagħhom permezz ta’ riferiment ġenerali għad-dritt nazzjonali, li permezz tiegħu l-portata tar-responsabbiltà tal-amministratur tal-infrastruttura hija usa’ u li tissuġġetta din ir-responsabbiltà għall-eżistenza ta’ ħtija.


(1)  ĠU C 19, 18.1.2021.


Top