Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0727

    Kawża T-727/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru – Basaglia vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/65


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru – Basaglia vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża T-727/19)

    (2019/C 432/76)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Balossi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

     

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 6474 final tal-4 ta’ Settembru 2019 skont l-Artikolu 4 tad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti, mitlub mir-rikorrent, relatati ma’ xi proġetti mwettqa permezz ta’ finanzjament Komunitarju parzjali, li dwarhom hemm proċeduri pendenti quddiem il-Procura della Repubblica presso il Tribunale di Milano (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja).

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ir-restrizzjoni unilaterali tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba inizjali, kif ukoll fuq in-nuqqas li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li:

    f’dan il-każ ma tinstab ebda ċirkustanza eċċezzjonali li tiġġustifika r-restrizzjoni tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba u, għalhekk, tad-drittijiet tad-difiża tal-individwu fi proċeduri kriminali li fihom jinsab akkużat fi Stat Membru;

    l-ammont ta ’xogħol meħtieġ sabiex jiġu estratti l-kopji tad-dokumenti mitluba ma huwiex sproporzjonat fir-rigward ta’ tali interess;

    il-ġurisprudenza ċċitata fid-dispożizzjoni kkontestata hija irrilevanti; u li

    id-deċiżjoni ma tibbilanċjax b’mod korrett l-interessi tal-partijiet.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li:

    id-deċiżjoni ma tibbilanċjax b’mod korrett l-interessi tal-partijiet;

    id-deċiżjoni twettaq żball meta ssostni li ma hemm l-ebda interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba; u li

    teżisti proporzjonalità bejn it-talbiet magħmula mir-rikorrent u l-interess protett.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li:

    id-deċiżjoni kkontestata ma tieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li d-dokumenti mitluba jirrigwardaw proġetti Komunitarji li jmorru lura ħafna fiż-żmien u li ġew konklużi u li, għalhekk, id-dritt għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali neċessarjament jiddgħajjef; u li

    id-deċiżjoni ma tibbilanċjax b’mod korrett l-interessi tal-partijiet.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-ineżistenza ta’ interess pubbliku.

    F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żball meta ma tieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikostruzzjoni tal-verità fi proċeduri kriminali fi Stat Membru tikkostitwixxi interess pubbliku evidenti.


    Top