Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0383

    Kawża T-383/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2019 – Walker et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (UE) Nru 2018/1806 – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/58


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2019 – Walker et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

    (Kawża T-383/19 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 2018/1806 - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà”)

    (2019/C 432/70)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hilary Elizabeth Walker (Cadix, Spanja), Jennifer Ann Cording (Valdagno, l-Italja), Douglas Edward Watson (Beaumont-du-Périgord, Franza), Christopher David Randolph (Ballinlassa Belcarra Castlebar, l-Irlanda), Michael Charles Strawson (Serralongue, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

    Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u R. van de Westelaken, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Cholakova, R. Meyer u M. Bauer, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament (UE) 2019/592 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (ĠU 2019, L 103 I, p. 1), u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri provviżorji.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top