Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0010

    Kawża T-10/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – United States Seafoods vs EUIPO (UNITED STATES SEAFOODS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva UNITED STATES SEAFOODS – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 432, 23.12.2019, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 432/52


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – United States Seafoods vs EUIPO (UNITED STATES SEAFOODS)

    (Kawża T-10/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva UNITED STATES SEAFOODS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2019/C 432/61)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: United States Seafoods LLC (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 817/2018-5) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva UNITED STATES SEAFOODS.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    United States Seafoods LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż tal-EUIPO.


    (1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


    Top