This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0817
Case C-817/19: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 21 June 2022 (request for a preliminary ruling from the Cour constitutionnelle — Belgium) — Ligue des droits humains v Conseil des ministres (Reference for a preliminary ruling — Processing of personal data — Passenger Name Records (PNR) — Regulation (EU) 2016/679 — Article 2(2)(d) — Scope — Directive (EU) 2016/681 — Use of PNR data of air passengers of flights operated between the European Union and third countries — Power to include data of air passengers of flights operated within the European Union — Automated processing of that data — Retention period — Fight against terrorist offences and serious crime — Validity — Charter of Fundamental Rights of the European Union — Articles 7, 8 and 21 as well as Article 52(1) — National legislation extending the application of the PNR system to other transport operations within the European Union — Freedom of movement within the European Union — Charter of Fundamental Rights — Article 45)
Kawża C-817/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Belġju) – Ligue des droits humains vs Conseil des ministres (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali – Data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 2(2)(d) – Kamp ta’ applikazzjoni – Direttiva (UE) 2016/681 – Użu tad-data PNR tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi – Possibbiltà li tiġi inkluża d-data tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati fi ħdan l-Unjoni – Ipproċessar awtomatizzat ta’ din id-data – Perijodu ta’ żamma – Ġlieda kontra r-reati terroristiċi u l-kriminalità serja – Validità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 21 kif ukoll l-Artikolu 52(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi l-applikazzjoni tas-sistema PNR għal trasport ieħor operat fi ħdan l-Unjoni – Moviment liberu fi ħdan l-Unjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 45)
Kawża C-817/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Belġju) – Ligue des droits humains vs Conseil des ministres (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali – Data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 2(2)(d) – Kamp ta’ applikazzjoni – Direttiva (UE) 2016/681 – Użu tad-data PNR tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi – Possibbiltà li tiġi inkluża d-data tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati fi ħdan l-Unjoni – Ipproċessar awtomatizzat ta’ din id-data – Perijodu ta’ żamma – Ġlieda kontra r-reati terroristiċi u l-kriminalità serja – Validità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikoli 7, 8 u 21 kif ukoll l-Artikolu 52(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi l-applikazzjoni tas-sistema PNR għal trasport ieħor operat fi ħdan l-Unjoni – Moviment liberu fi ħdan l-Unjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 45)
ĠU C 340, 5.9.2022, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Belġju) – Ligue des droits humains vs Conseil des ministres
(Kawża C-817/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali - Data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 2(2)(d) - Kamp ta’ applikazzjoni - Direttiva (UE) 2016/681 - Użu tad-data PNR tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi - Possibbiltà li tiġi inkluża d-data tal-passiġġieri tat-titjiriet tal-ajru operati fi ħdan l-Unjoni - Ipproċessar awtomatizzat ta’ din id-data - Perijodu ta’ żamma - Ġlieda kontra r-reati terroristiċi u l-kriminalità serja - Validità - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7, 8 u 21 kif ukoll l-Artikolu 52(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi l-applikazzjoni tas-sistema PNR għal trasport ieħor operat fi ħdan l-Unjoni - Moviment liberu fi ħdan l-Unjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 45)
(2022/C 340/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ligue des droits humains
Konvenut: Conseil des ministres
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 2(2)(d) u l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dan ir-regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali previst minn leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi, fid-dritt nazzjonali, kemm id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri, kemm id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE u kif ukoll dawk tad-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja, għal dak li jirrigwarda, minn naħa, ipproċessar ta’ data mwettaq minn operaturi privati u, min-naħa l-oħra, ipproċessar ta’ data mwettaq minn awtoritajiet pubbliċi li jaqa’, unikament jew ukoll, taħt id-Direttiva 2004/82 jew taħt id-Direttiva 2010/65. Għall-kuntrarju, l-imsemmi regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data previst minn tali leġiżlazzjoni li jaqa’ biss taħt id-Direttiva 2016/681, li jitwettaq mill-unità tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri jew mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva. |
2) |
Peress li interpretazzjoni tad-Direttiva 2016/681 fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 21 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tiżgura l-konformità ta’ din id-direttiva ma’ dawn l-artikoli tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-eżami tat-tieni sar-raba’ domanda preliminari u tas-sitt domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-imsemmija direttiva. |
3) |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2016/681, moqri fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-ipproċessar ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (data PNR) miġbura konformement ma’ din id-direttiva għal finijiet differenti minn dawk espressament imsemmija fl-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva. |
4) |
L-Artikolu 12(3)(b) tad-Direttiva 2016/681 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha l-awtorità stabbilita bħala unità tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri (PIU) tkun ukoll awtorità nazzjonali kompetenti awtorizzata tapprova l-komunikazzjoni tad-data PNR mal-iskadenza tal-perijodu ta’ sitt xhur wara t-trasferiment ta’ din id-data lill-PIU. |
5) |
L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2016/681, moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 8 kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodu ġenerali ta’ żamma tad-data PNR ta’ ħames snin, applikabbli mingħajr distinzjoni għall-passiġġieri kollha tal-ajru, inkluż għal dawk li fir-rigward tagħhom la l-evalwazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a) ta’ din id-direttiva, la l-verifiki eventwali mwettqa matul il-perijodu ta’ sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 12(2) tal-imsemmija direttiva u lanqas xi ċirkustanza oħra ma jkunu żvelaw l-eżistenza ta’ elementi oġġettivi ta’ natura li jistabbilixxu riskju fil-qasam ta’ reati terroristiċi jew ta’ kriminalità serja li jkollhom rabta oġġettiva, tal-inqas indiretta mat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri. |
6) |
Id-Direttiva 2004/82 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għat-titjiriet, kemm jekk skedati kif ukoll jekk le, imwettqa minn trasportatur tal-ajru li joriġinaw mit-territorju ta’ Stat Membru u li jkunu intiżi li jinżlu fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew iktar, mingħajr waqfa fit-territorju ta’ pajjiż terz (titjiriet ġewwa l-UE). |
7) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2016/681, moqri fid-dawl tal-Artikolu 3(2) TUE, u tal-Artikolu 67(2) TFUE u tal-Artikolu 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi:
|
8) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li qorti nazzjonali tillimita ratione temporis l-effetti ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità li hija għandha tagħmel, abbażi tad-dritt nazzjonali, fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq it-trasportaturi tal-ajru, ferrovjarji u bit-triq kif ukoll fuq l-operaturi tal-ivvjaġġar, it-trasferiment tad-data PNR u li tipprevedi pproċessar u żamma ta’ din id-data inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2016/681, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 3(2) TUE, tal-Artikolu 67(2) TFUE, tal-Artikoli 7, 8 u 45 kif ukoll tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-ammissibbiltà tal-provi miksuba b’dan il-mod taqa’, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali tal-Istati Membri, taħt id-dritt nazzjonali, bla ħsara għall-osservanza, b’mod partikolari, tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività. |