This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0799
Case C-799/19: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 25 November 2020 (request for a preliminary ruling from the Okresný súd Košice I — Slovakia) — NI, OJ, PK v Sociálna poisťovňa (Reference for a preliminary ruling — Social policy — Directive 2008/94/EC — Articles 2 and 3 — Protection of employees in the event of the insolvency of their employer — Concepts of ‘employees’ outstanding claims’ and ‘insolvency of an employer’ — Accident at work — Death of the employee — Compensation for non-material damage — Recovery of the claim against the employer — Impossible — Guarantee institution)
Kawża C-799/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Košice I – is-Slovakkja) – NI, OJ, PK vs Sociálna poisťovňa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2008/94/KE – Artikoli 2 u 3 – Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega – Kunċetti ta’ “krediti mhux imħallsa tal-ħaddiema impjegati” u ta’ “insolvenza ta’ persuna li timpjega” – Inċident fuq il-post tax-xogħol – Mewt tal-impjegat – Kumpens għad-dannu morali – Irkupru tal-kreditu mingħand il-persuna li timpjega – Impossibbiltà – Istituzzjoni ta’ garanzija)
Kawża C-799/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Košice I – is-Slovakkja) – NI, OJ, PK vs Sociálna poisťovňa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2008/94/KE – Artikoli 2 u 3 – Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega – Kunċetti ta’ “krediti mhux imħallsa tal-ħaddiema impjegati” u ta’ “insolvenza ta’ persuna li timpjega” – Inċident fuq il-post tax-xogħol – Mewt tal-impjegat – Kumpens għad-dannu morali – Irkupru tal-kreditu mingħand il-persuna li timpjega – Impossibbiltà – Istituzzjoni ta’ garanzija)
ĠU C 35, 1.2.2021, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Košice I – is-Slovakkja) – NI, OJ, PK vs Sociálna poisťovňa
(Kawża C-799/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2008/94/KE - Artikoli 2 u 3 - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Kunċetti ta’ “krediti mhux imħallsa tal-ħaddiema impjegati” u ta’ “insolvenza ta’ persuna li timpjega” - Inċident fuq il-post tax-xogħol - Mewt tal-impjegat - Kumpens għad-dannu morali - Irkupru tal-kreditu mingħand il-persuna li timpjega - Impossibbiltà - Istituzzjoni ta’ garanzija)
(2021/C 35/22)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Košice I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NI, OJ, PK
Konvenuta: Sociálna poisťovňa
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li timpjega ma tistax titqies li tinsab fi “stat ta’ insolvenza” meta hija kienet is-suġġett ta’ talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ dritt għal kumpens, irrikonoxxut minn deċiżjoni ġudizzjarja, iżda fejn il-kreditu ġie ddikjarat irrekuperabbli fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni minħabba l-insolvenza de facto ta’ din il-persuna li timpjega. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, skont l-Artikolu 2(4) ta’ din id-direttiva, l-Istat Membru kkonċernat iddeċidiex li jestendi l-protezzjoni tal-ħaddiema impjegati prevista mill-imsemmija direttiva għal tali sitwazzjoni ta’ insolvenza, stabbilita permezz ta’ proċeduri differenti minn dawk imsemmija fl-imsemmi Artikolu 2(1), li huma previsti mid-dritt nazzjonali. |
2) |
L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94 għandhom jiġu interpretati fis-sens li kumpens dovut minn persuna li timpjega lill-qraba superstiti għad-dannu morali subit minħabba l-mewt ta’ impjegat wara inċident fuq il-post tax-xogħol jista’ jitqies li jikkostitwixxi “kreditu ta’ ħaddiema impjegati li jirriżulta mill-kuntratti ta’ impjieg jew minn relazzjonijiet ta’ impjieg”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva biss meta jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “remunerazzjoni”, kif dan huwa speċifikat mid-dritt nazzjonali, u dan għandu jiġi stabbilit mill-qorti nazzjonali. |